Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrendi – xogħlijiet fuq toroq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9932, fejn skont ir-risposta tiegħu l-Ministru qal li tul l-2019 kellhom isiru Triq it-Tempesta, Sqaq tal-Lhudija, Sqaq il-Mejda (San Niklaw) u Triq Sant’ Anna fil-Qrendi, jista’ l-Ministru, għal kull waħda minn dawn it-toroq, jgħid: (a) meta beda u meta spiċċa / ser jispiċċa x-xogħol fuq kull triq; (b) x'xogħol sar s'issa u x'xogħol fadal isir biex ix-xogħol ikun lest; (c) kemm kien stmat li kellu jdum ix-xogħol fuq kull triq; (d) kemm kienet stmata li ġejja tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet tiswa kull triq li hi lesta (kull fejn ix-xogħol tlesta); u (e) f'każ li x-xogħol għadu mhux lest, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel sena minn meta tat bidu għall-investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Ix-xogħol fit-toroq residenzjali qed jiġi ppjanat li jsir b’mod u fi żmien li jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Għaldaqstant, jiġi evitat kemm jista’ jkun li jinbdew toroq f’daqqa li jkunu fl-istess inħawi. Fi Sqaq tal-Lhudija x-xogħol tlesta f’Lulju 2019 u hu stmat li se jiswa mal-€110,000. Ix-xogħol fit-toroq l-oħrajn imsemmija għadu għaddej jew mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Ħal Safi – xogħlijiet fuq toroq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9931, fejn skont ir-risposta tiegħu l-Ministru qal li tul l-2019 kellhom isiru Triq l-Iskola, Triq San Ġwann, Triq it-Tellerit, Triq il-Kaċċatur u Triq il-Kuċċard, f'Ħal Safi, jista’ l-Ministru, għal kull waħda minn dawn t-toroq, jgħid: (a) meta beda u meta spiċċa / ser jispiċċa x-xogħol fuq kull triq; (b) x’xogħol sar s'issa u x'xogħol fadal isir biex ix-xogħol ikun lest; (c) kemm kien stmat li kellu jdum ix-xogħol fuq kull triq; (d) kemm kienet stmata li ġejja tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet tiswa kull triq li hi lesta (kull fejn ix-xogħol tlesta) u (e) f'każ li x-xogħol għadu mhux lest, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel sena minn meta tat bidu għall-investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Ix-xogħol fit-toroq residenzjali qed jiġi ppjanat li jsir b’mod u fi żmien li jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Għaldaqstant, jiġi evitat kemm jista’ jkun li jinbdew toroq f’daqqa li jkunu fl-istess inħawi. Ix-xogħol fit-toroq imsemmija għadu għaddej jew mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Ħal Farruġ – xogħlijiet fuq toroq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9930, fejn skont ir-risposta tiegħu l-Ministru qal li tul l-2019 kellhom isiru Triq in-Noqor u Triq Ħal Farruġ, f’Ħal Farruġ, jista’ l-Ministru, għal kull waħda minn dawn t-toroq, jgħid: (a) meta beda u meta spiċċa / ser jispiċċa x-xogħol fuq kull triq; (b) x'xogħol sar s'issa u x'xogħol fadal isir biex ix-xogħol ikun lest; (c) kemm kien stmat li kellu jdum ix-xogħol fuq kull triq; (d) kemm kienet stmata li ġejja tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet tiswa kull triq li hi lesta (kull fejn ix-xogħol tlesta) u (e) f'każ li x-xogħol għadu mhux lest, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel sena minn meta tat bidu għall-investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajji¿, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Ix-xogħol fit-toroq residenzjali qed jiġi ppjanat li jsir b’mod u fi żmien li jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Għaldaqstant, jiġi evitat kemm jista’ jkun li jinbdew toroq f’daqqa li jkunu fl-istess inħawi. Fi Triq in-Noqor ix-xogħol tlesta fi Frar 2020 u hu stmat li se jiswa mal-€250,000. Ix-xogħol fit-triq l-oħra msemmija mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Ħal Kirkop – xogħlijiet fuq toroq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9929, fejn skont ir-risposta tiegħu l-Ministru qal li tul l-2019 kellhom isiru Triq il-Kbira, Triq San Benedettu, Triq San Ġużepp, Triq Nerik Xerri u Sqaq Sant’ Andrija f'Ħal Kirkop, jista’ l-Ministru, għal kull waħda minn dawn t-toroq, jgħid: (a) meta beda u meta spiċċa / ser jispiċċa x-xogħol fuq kull triq; (b) x'xogħol sar s'issa u x'xogħol fadal isir biex ix-xogħol ikun lest; (c) kemm kien stmat li kellu jdum ix-xogħol fuq kull triq; (d) kemm kienet stmata li ġejja tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet tiswa kull triq li hi lesta (kull fejn ix-xogħol tlesta) u (e) f'każ li x-xogħol għadu mhux lest, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel sena minn meta tat bidu għall-investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Ix-xogħol fit-toroq residenzjali qed jiġi ppjanat li jsir b’mod u fi żmien li jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Għaldaqstant, jiġi evitat kemm jista’ jkun li jinbdew toroq f’daqqa li jkunu fl-istess inħawi. Ix-xogħol fit-toroq imsemmija mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Imqabba – xogħlijiet fuq toroq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9928, fejn skont ir-risposta tiegħu l-Ministru qal li tul l-2019 kellhom isiru Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq Innoċenzju, Triq is-Serrer u Triq George Marin fl-Imqabba, jista’ l-Ministru, għal kull waħda minn dawn it-toroq, jgħid: (a) meta beda u meta spiċċa / ser jispiċċa x-xogħol fuq kull triq; (b) x'xogħol sar s'issa u x’xogħol fadal isir biex ix-xogħol ikun lest; (c) kemm kien stmat li kellu jdum ix-xogħol fuq kull triq; (d) kemm kienet stmata li ġejja tiswa kull triq u kemm fil-fatt ġiet tiswa kull triq li hi lesta (kull fejn ix-xogħol tlesta) u (e) f'każ li x-xogħol għadu mhux lest, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel sena minn meta tat bidu għall-investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajjiż, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Ix-xogħol fit-toroq residenzjali qed jiġi ppjanat li jsir b’mod u fi żmien li jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti. Għaldaqstant, jiġi evitat kemm jista’ jkun li jinbdew toroq f’daqqa li jkunu fl-istess inħawi. Fi Triq Innoċenzju x-xogħol tlesta f’Ġunju 2019 u hu stmat li se jiswa mad-€90,000. Ix-xogħol fit-toroq l-oħrajn imsemmija għadu għaddej jew mistenni jibda fiż-żmien li ġej.

Xogħol fuq toroq – garanzija ta’ kwalità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9922 u 10003 u jgħid jekk fil-fatt xogħlijiet ta’ toroq arterjali, distributorji, maġġuri, residenzjali u rurali li saru/qed isiru minn Transport Malta/Infrastructure Malta mill-2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari għandhomx garanzija fuq il-kwalità tax-xogħol? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid għall kull triq li sar ix-xogħol fiha minn Transport Malta/Infrastructure Malta mil-2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm għandha garanzija kull triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq ta’ l-aqwa kwalità, b’aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b’mod sostenibbli tibqa’ twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna anke fil-futur. Minkejja li ma sabitx l-appoġġ tal-Oppożizzjoni, Infrastructure Malta twaqqfet minn dan il-Parlament is-sena li għaddiet biex tiffoka fuq dan l-impenn nazzjonali. Din l-aġenzija mill-ewwel bdiet ħidma bla heda f’ħafna toroq f’kull lokalità. Minbarra proġetti kbar f’toroq arterjali, bħal dawk tal-Marsa Junction Project, il-bini mill-ġdid tal-Marsa-Ħamrun Bypass u t-twessigħ ta’ Triq Diċembru 13, Triq il-Buqana, Triq Reġjonali u Triq tal-Balal, Infrastructure Malta għaddejja wkoll bi programm ta’ ħidma ta’ titjib ta’ mijjiet ta’ toroq oħra, kemm residenzjali kif ukoll dawk fil-kampanja. Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ madwar 120 triq residenzjali f’ħafna lokalitajiet differenti. Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq lokali oħra aktar tard din is-sena. Fl-istess waqt, l-aġenzija qed twettaq ukoll programm ta’ manutenzjoni u tiswijiet ta’ ħafna toroq oħra, bħal ma rajna fil-ġimgħat li għaddew f’aktar minn 17-il triq f’Buġibba u l-Qawra, fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura u Triq it-Torri, f’Tas-Sliema, fost oħrajn. Kull xogħol li jsir għandu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu, skont it-tip ta’ triq, l-użu tagħha u n-natura tax-xogħol li jkun qed isir. Bħal ma jaf sew l-Onorevoli Interpellant, il-kuntratti ta’ dawn ix-xogħlijiet ikollhom stipulati perjodi ta’ garanzija, li matulhom il-kuntratturi li jkunu għamlu x-xogħol jin¿ammu responsabbli għal kull nuqqas li jirriżulta minħabba xogħol jew materjali li ma jkunx sar tajjeb, jew li ma jkunx laħaq l-livelli stabbiliti mitluba minn Infrastructure Malta. It-tul ta’ dawn il-perjodi jvarja skont it-tip ta’ xogħol li jkun sar. Fl-istess waqt, lilhinn mill-iskadenzi tal-garanzija stipulati fil-kuntratti, il-prassi f’dan is-settur hi li fejn jidħlu proġetti ewlenin ta’ bini mill-ġdid ta’ l-istruttura sħiħa ta’ toroq arterjali jew residenzjali, l-infrastruttura li ssir tkun meqjusa li kapaċi sservi 25 sena jew aktar, dejjem jekk tiġi miżmuma tajjeb bit-tiswijiet u l-manutenzjoni perjodika meħtieġa matul is-snin.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qatt ma ħa kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ bejn April 2013 u Diċembru 2019.

Ħal Lija — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq f’Ħal Lija kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż. Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq f’Ħal Lija. Dawn huma Triq Ferdinand Grech u Triq Carlo Darmanin. Ix-xogħol għall-perjodu 2017 u 2018 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej; 2017: Triq in-Naxxar Naxxar Road /Triq il-Kbira Upgrading of area between Lija cemetery and roundabout 2018: Alterations to roundabout junction at Triq Il-Mosta j/w Triq Valletta j/w Labour Avenue

Ħal Balzan — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq f’Ħal Balzan kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajji¿. Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq f’Ħal Balzan. Dawn huma Triq il-Ferrovija l-Antika u Triq il-Wied. Ix-xogħol fis-sena 2017 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej; 2017: Triq l-Imdina Triq P P Castagna and p/o Triq Bontadini

L-Iklin — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq fl-Iklin kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż. Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq fl-Iklin. Dawn huma Triq il-Prinjol u Triq in-Naxxar.

BUS 809 – rotta 49 – display bil-lingwa Torka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-25 ta’ Frar 2020 il-karozza tal-linja BUS 809 li fis-6.25pm kienet qed taħdem fuq ir-rotta numru 49 kellha d-display tagħha bil-lingwa Torka u mhux bl-Ingliż? X’passi qed jittieħdu mill-Malta Transport biex jiġi assigurat li l-karozzi tal-linja kollha li joperaw fis-servizz tat-Trasport Pubbliku jkunu konformi ma’ dak stipulat fil-kuntratt? Ma jaħsibx il-Ministru li tkun diffiċli għall-passiġġieri li jaqraw id-display tal-karozzi tal-linja jekk il-lingwa użata tkun dik Torka u mhux Ingliża?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’, Transport Malta wettqet spezzjoni fuq il-karozza tal-linja mmsemmija f’din il-mistoqsija parlamentari u sabet li d-displays kienu qedgħin jahdmu kif rikjest fil-kuntratt. Madanakollu, Transport Malta ser tkun qed tinvestiga x’seta’ ġara f’dan il-kaz. Infurmat ukoll li qabel ma’ karrozza tal-linja titpoġġa fis-servizz għall-ewwel darba tiġi spezzjonata minn uffiċċjali ta’ l-Awtorita` sabiex jiġi kkonfermat li għandha r-rekwi¿iti kollha meħtieġa hekk kif mitluba fil-kuntratt. Jekk dawn ir-rekwi¿iti ma jintlaħqux il-vettura ma tiġix reġistrata. Barra minn dan, uffiċċjali ta’ Transport Malta jwettqu spezzjonijiet fuq il-karozzi tal-linja waqt li dawn jkunu fis-servizz. L-Awtorita` tieħu l-passi hekk kif stipulat fil-kuntratt meta ikun hemm non-conformities li jiġu nnotati.

Numru komplessiv ta’ karozzi tal-linja operattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru komplessiv ta’ karozzi tal-linja operattivi (kemm jekk il-karozzi tal-linja kienu ta’ sidien individwali, kemm jekk kienu ta’ kumpanija kif ukoll jekk kienu mikrija lill-kumpanija li topera s-servizz pubbliku), sena b’sena, u konsegwentament kemm inġarru passiġġieri għal kull sena indikata, biex ġie mħaddem it-Trasport Pubbliku mill-2009 sal-2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Malta Public Transport – spezzjonijiet mill-uffiċjali ta’ Transport Malta — default notice

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux isiru spezzjonijiet mill-uffiċjali ta' Transport Malta fuq it-Trasport Pubbliku pprovdut mill-Malta Public Transport? Kemm-il default notice ħarġet, bejn l-2016 u l-2019, sena b’sena u separatament fir-rigward ta’: (a) karozzi tal-linja li għalkemm ma jkunux mimlija, jibqgħu għaddejjin u ma jgħabbux nies? (b) karozzi tal-linja li jaqbżu r-rotot u jħallu nies fuq l-istage? (c) kemm jitgħabbew nies bil-wiefqa aktar min-numru stabbilit? (d) kemm instabu xufiera li la jafu jikkomunikaw bil-Malti u lanqas bl-Ingliż? (e) kemm instabu karozzi tal-linja li ma laħqux il-livell minimu stabbilit ta' ndafa kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra? (f) kemm instabu karozzi tal-linja li ma laħqux il-livell stabbilit ta' apparenza (daqqiet fuq il-karozzi tal-linja, fanali ma jaħdmux, eċċ.)? Jista’ l-Ministru jgħid kemm weħel multi l-operatur tat-Trasport Pubbliku f’kull każ ta’ nuqqas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9946 tas-Seduta 225.

Karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku bħalissa fit-trasport pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li f’Jannar ta’ din is-sena l-Operatur tat-trasport pubbliku ġab Malta karrozza tal-linja li taħdem bl-elettriku bi prova sabiex ikun jista’ jiġi studjat kif karrozzi tal-linja ta’ dan it-tip jkunu jistgħu jaħdmu fil-kuntest lokali.

Klassifikazzjoni ta’ sezzjonijiet tat-toroq b’rati għolja ta’ aċċidenti u tas-sigurtà tan-netwerk tat-toroq

Question

Peress li Artiklu 10 tal-Avviż Legali 291 tal- 2018 jgħid li 'għallinqas kull tliet snin, għandha ssir mill-Awtorità klassifikazzjoni ta’ sezzjonijiet tat-toroq b’rati għolja ta’ aċċidenti u klassifikazzjoni tas-sigurtà tan-netwerk tat-toroq, abbażi ta’ reviżjonijiet tal-operat tan-netwerk tat-toroq arterjali u distributorji', jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-klassifikazzjoni saritx, u jekk fl-affermattiv ta' liema toroq? Jista’ jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, il-Klassifikazjoni tas-sigurta’ tan-‘network’ tat-toroq saret u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta / Infrastructure Malta – proġetti tat-toroq – safety audits

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9941, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-Safety Audits li għamel referenza għalihom hu stess fir-risposta tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Triq li tagħti mill-promenade tax-Xemxija sal-Knisja tax-Xemxija – rranġar ta’ Triq

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1718, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudju u allura jekk jistax il-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol għall-bini mill-ġdid ta’ din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Nirreferu għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 11811. Sadanittant, sakemm isiru x-xogħlijiet ta’ servizzi taħt il-livell tat-triq minn entitajiet terzi u Infrastructure Malta tkun tista’ tipproċedi bil-bini mill-ġdid tat-triq, l-istess aġenzija fiż-żmien li ġej ser tagħmel tiswijiet f’parti oħra ta’ din it-triq, kif ukoll tiswijiet ta’ kanal li hemm taħt l-istess triq bħala parti mis-sistema tal-immaniġġjar tal-ilma tax-xita f’dawn l-inħawi. Dawn ix-xogħlijiet temporanji ser jitlestew qabel is-sajf li ġej.

In-Naxxar — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq fin-Naxxar kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż. Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’għaxar toroq fin-Naxxar. Dawn huma Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq ġdida fi Triq ix-Xbieki, Triq il-Kampanjol, Triq il-Prinjol, Triq tal-Qadi, Sqaq il-Magħtab, Triq bla isem fi Triq tal-Imdawra, Vjal il-Labour, Triq San Franġisk t’Assisi u Triq il-Parroċċa. Ix-xogħol għall-perjodu 2017 u 2018 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej; 2017: p/o Vjal il-Labour p/o Triq tal-Balal Triq Il-Katakombi Triq Id-Dwieli + extension up to Naxxar roundabout 2018: Triq Wied Filep Santa Faustina ta Kowalska

San Pawl il-Baħar — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq f’San Pawl il-Baħar kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż. Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’24 triq f’San Pawl il-Baħar. Dawn huma Triq il-Luzzu, Triq Għawdex, Triq it-Turisti, Triq l-Iskuna, Dawret in-Nawfraġju, Triq bla isem fi Triq Busewdien, Triq is-Simar, Triq Isourd, Triq Dawret il-Gżejjer, Triq Toni Camilleri, Triq ix-Xitwa, Triq Sant Antnin, Triq ir-Rebbiegħa, Triq il-Ħalel, Triq iċ-Ċern, Triq is-Sajjieda, Triq J. Quintinus, Triq Annetto Caruana, Triq il-Port Ruman, Triq iċ-Ċagħaq, Triq Ċensu Tanti, Triq l-Ibħra, Triq il-Ġifen u Triq Paderborne. Ix-xogħol għall-perjodu 2017 u 2018 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej; 2017: p/o Dawret il-Gzejjer St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 1 p/o Triq it-Tamar / Triq il-Fugass St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 2 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 4 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 3 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 5 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 6 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 8 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 7 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 10 St Paul's Bay / Qawra Promenade - Phase 9 Triq ix-Xaghra tal-Bandieri p/o Triq il-Fliegu 2018: Urgent repair works at Xatt il-Pwales, Xemxija

Il-Mellieħa — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq fil-Mellieħa kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż. Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’ħames toroq fil-Mellieħa. Dawn huma Triq il-Marfa, Triq il-Mellieħa, Triq bla isem fi Triq il-Mellieħa, Triq ir-Ramla ta’ Bir u Triq il-Palma. Ix-xogħol fis-sena 2018 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej; 2018: Major patching works in p/o Triq Louis Wettinger Major patching works and restraint system at Triq Louis Wettinger - Phase 2 Emergency repair to damages in p/o Triq Gorg Borg Olivier Major patching works & restraint system in p/o Triq Louis Wettinger - Phase 3