Jista' l-Ministru jindika l-isem, il-kunjom u l-kariga tal-persuna jew persuni fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f'Malta li ġew inkarigati mill-istess Awtorità sabiex iwettqu "studju intern sabiex jinħolqu miżuri favur aktar parkeġġ madwar Malta" u b'mod partikolari iżda mhux biss dwar l-iskema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme)?
Jista’ l-Ministru jgħid liema, minn fost l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, qed jagħmlu kampanja ta’ reklamar permezz ta’ billboards mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena sad-data ta’ din il-mistoqsija? F’dak il-każ, jista’ l-ministeru jagħti wkoll tagħrif dwar
(i) liema huma l-entitajiet;
(ii) il-perjodu tal-kampanja, mill-bidu sat-tmien tagħha;
(iii) l-ammont ta’ flus li qed jintefqu;
(iv) kopja tar-reklami li ntużaw fuq il-billboards sad-data ta’ din il-mistoqsija;
(v) il-kumpanija li minn għandha nxtara s-servizz ta’ użu ta’ billboards; u
(vi) il-kumpanija li minn għandha nxtara s-servizz ta’ disinn tal-billboard?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, l-informazzjoni mitluba qiegħda annessa hawn taħt. Filwaqt li qed nqegħdu fuq il-mejda tal-kamra, kopja ta’ d-disinni li ntużaw fuq l-imsemmija billboards.
Entitajiet
Jekk IVA - il-perjodu tal-kampanja, mill-bidu sat-tmien tagħha (li taqa' bejn (01/01/2019) (30/04/2019) ;
l-ammont ta’ flus li qed jintefqu (mill-01/01/2019 sa 30/04/2019); €
Isem il-kumpanija li minn għandha nxtara
s-servizz ta’ użu ta’ billboards;
Isem il-kumpanija li minn għandha inxtara s-servizz ta’ disinn tal-billboard
Aktar Dettalji
Infastructure
Malta
Sett '18 - Aww '19
€26,630 (excl. VAT)
Digital Hub
Pure Concepts
Il-kampanja indikata tifforma parti mill-impenn ta' Infrastructure Malta li żżomm il-pubbliku aġġornat b'tagħrif dwar proġetti u ħidmiet fit-toroq. Il-billboards indikati jinsabu fl-istess postijiet fejn ikunu qed jiġu ppjanati u mwettqa dawn il-proġetti. Il-figura indikata, tinkludi l-kera u l-manutenzjoni tal-billboards għall-perjodu indikat, id-disinn tal-immaġni, l-istampar u l-installazzjoni ta’ dawn l-istess immaġni.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Jista’ f’kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?
Proġett ta’ Manoel Island — Tneħħija tal-iskall u faċilitajiet anċillari
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9800 u jikkonferma għaliex l-iskall pubbliku u l-faċilitajiet anċillari fejn wieħed jerfa’ d-dgħajjes u tenders se jispiċċa b’dannu għal għadd kbir ta’ dilettanti tas-sajd u dgħajjes żgħar? Jikkonferma li fil-pjan l-antik PA 2135/94, dan l-iskall kien previst li jsir fuq Manoel Island u għaliex dan tneħħa mill-pjan il-ġdid? Fejn se jkun il-post alternattiv għall-iskall u faċilitajiet anċillari? Peress li l-post imsemmi mhux adegwat għax jagħti ġo main road u m’hemmx il-faċilitajiet anċillari għall-parkeġġ ta’ karozzi, trailers u tenders, jista’ l-Ministru jagħti garanzija li l-faċilitajiet se jkunu daqs dawk li se jintilfu? Jista’ jagħmel mezz biex biċċa mill-art reklamata mill-baħar tingħata għall-iskall u faċilitajiet anċillari minflok tingħata kollha lill-Manoel Island Yacht Yard?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li fil-pjan il-ġdid (PA9407/17) qiegħed jiġi previst li minflok skall jinħoloq spazju miftuħ li jkun jista’ jitgawda mill-poplu nġenerali. Skont il-pjan preċendenti (PA2135/94) l-iskall, fil-prinċipju, kien previst li jsir fuq Manoel Island. Minn aspett ta’ Ippjanar, dettalji dwar id-daqs u pożizzjoni tal-iskall għandhom jiġu ndirizzati fl-eventwali proċess ta’ Full Development Application b’konsultazzjoni sħiħa mal-Awtoritajiet ikkonċernati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9801 u jgħid jekk il-kanal madwar Manoel Island hux se jkun navigabbli wara li titqatta’ t-tarf ta’ Manoel Island u jsir pont għoli 6 metri minn wiċċ il-baħar? Jekk dan se jsir navigabbli jista’ jgħid jekk hux se jiġi estiż il-fairway? Jekk iva kemm se jkun wiesa’ u kemm se jintilfu postijiet ta’ rmiġġ għad-dilettanti? Jista jgħid jekk hux se jitneħħew l-irmiġġi biex il-baħar jiġi riżervat lill-Manoel Island Yacht Yard b’telf ta’ irmiġġi għad-dilettanti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-ipproċessar tal-pjan il-ġdid tal-Outline Development Permit PA9407/17 kien jinvolvi konsultazzjoni sħiħa mal-Awtorità Dwar it-Trasport fejn l-istess Awtorità approvat l-emendi li kienu qed jintalbu f’dak li hu transport tal-baħar. F’dan il-pjan ġie approvat il-prinċipju, għalhekk dettalji għall-immanigjar ta’ rmiġġ legali u rekwiziti għan-navigazzjoni sikura għandhom jigu indirizzati fl-eventwali proċess ta’ Full Development Application b’konsultazzjoni sħiħa mal-Awtoritajiet ikkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex jitwaqqaf ir-Regolatur tal-Bini u l-Kostruzzjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat l-proċess biex jitwaqqaf ir-Regolatur tal-Bini u l-Kostruzzjoni jinsab fil-proċess ta’ laqgħat li qed issiru mal-entitajiet u l-persuni konċernati filwaqt li qed tkun abbozzata l-liġi li twaqqaf dan ir-regolatur.
Peress li The Strand f’Tas-Sliema hi żona residenzjali u minkejja dan, il-permessi għall-ħwienet u l-postijiet ta’ divertiment dejjem qed jiżdiedu, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-parametri ta’ kif jingħataw permessi bħal dawn, f’din iż-żona?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-Policy ‘Partial Review of Subsidiary Plans: General Policy relating to Regeneration/Consolidation Initiatives’ (Jannar 2013) tirrikonoxxi li xi lokalitajiet fiż-żona tal-iżvilupp mhux neċessarjament jirriflettu dak indikat fil-pjanijiet lokali, primarjament minħabba n-natura u skala ta’ żvilupp kummerċjali. F’dawn il-lokalitajiet, bħal ma hi The Strand, f’Tas-Sliema, din il-policy tippermetti li jingħataw permessi għal żvilupp simili.
Proġett ta’ Manoel Island — Tibdil mid-Development Brief
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9799 u ċjoè: Peress li l-proġett ta’ Manoel Island huwa marbut mad-Development Brief tal-1992, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-pjan il-ġdid ibiddel drastikament il-mix u l-iskala tal-użu tal-art kif kien approvat fl-Outline Development Permit PA 2135/94 peress minn proġett primarjament kummerċjali sar wieħed primarjament residenzjali? Jikkonferma li dan it-tibdil jirrikjedi l-ħruġ ta’ Supplementary Planning Guidance mill-Awtorità għall-Ippjanar kif jidher fin-North Harbour Local Plan policy NHGT16? Jista’ jikkonferma jekk dan is-Supplementary Planning Guidance kienx ippubblikat mill-Awtorità? Jekk kien ippubblikat jista’ jgħid meta u fejn tista’ tinkiseb kopja u għaliex mhux ippubblikat fuq il-website tal-awtorità? Jekk le kif seta’ jiġi approvat il-pjan il-ġdid?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-pjan il-ġdid fl-Outline Development Permit PA9407/17 huwa emenda ta’ pjan diġà approvat fl-Outline Development Permit PA2135/94 liema emendi jikkonsistu fi tqassim aħjar tal-volumi u layout tal-bini, żieda fl-ispazji pubblici, żieda relattivament minima f’dak li huwa użu residenzjali, tnaqqis f’dak li huwa użu kummercjali, kif ukoll revizjoni tat-tqassim u disinn f’dawk li huma parkeġġ, marina u network għal vetturi u dak pedonali. F’dan l-istess pjan kien hemm tnaqqis ta’ 8000 metru kwadru f’dak li huwa Gross Floor Area minn dak li kien hemm approvat fl-Outline Development Permit PA 2135/94.
Hekk kif inhu indikat f’din it-tabella annessa, il-pjan il-ġdid ma biddilx drastikament il-mix tal-użu tal-art u għalhekk ma kienx jirrikjedi l-ħruġ ta’ Supplementary Planning Guidance mill-Awtorità għall-Ippjanar:
Approved Master Plan – PA 2135/94
Approved Master Plan – PA 9407/17
Land Use
Area
Area
Land Use
Area
Area
(sqm)
(sqm)
(sqm)
(sqm)
Residential
79,023
Residential
83,082
80,854 (apartments)
2,228 (serviced apartments)
Commercial
17,754
Commercial
9,000
Sports Facilities
3,800
Sports Facilities
3,695
Public Amenities
---------
Public Amenities
1,156
Fort Manoel
6,100
Fort Manoel
6,100
Lazzaretto
28,501
Lazzaretto
24,145
(Apartments)
17,363
4,432 (service apartments)
(hostel)
1,950
17,447 (hotel)
(Commercial)
6,320
2,266 (commercial)
(Casino)
2,868
28,501
Total
135,178
Total
127,178
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista' jgħid ukoll f'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jiġi approvat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni għall-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex (PA07491/16) li għaddiet mill-proċess ta’ “screening” u bħalissa l-Awtorità qiegħda tistenna l-informazzjoni li ntalbet fl-iscreening letter sabiex tkun tista’ tivvalida u tibda tipproċessa din l-applikazzjoni. Il-Perit talab estensjoni ta’ żmien fil-bidu ta’ din is-sena biex ikun jista’ jwieġeb għall-informazzjoni mitluba.
Id-deċiżjoni fuq il-Master Plan għanda tittieħed fi żmien 100 ġurnata minn meta tiġi validata l-applikazzjoni, sakemm ma tintalabx sospensjoni skont Regolament 12(1) ta’ l-Avviż Legali 162/16.
Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet — rikors
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8986 u jgħid jekk Transport Malta ġietx notifikata b’xi rikors magħmul a tenur tal-artikolu 7(2) tal-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81 tul is-snin 2017, 2018 u 2019 s’issa? Jekk iva kemm kien in-numru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-Enforcement directorate ma rċieva l-ebda notifika ta’ rikors f’dan is-sens f’dawn l-aħħar sentejn.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-PA number 01606/19, 'Levelling of existing debris, to reinstate existing roads, create Park and Ride parking facilities with permeable ground covers, charging point for electric buses, Bus Terminal and roofed deck top house recreation areas' ġewwa ta’ Xħajma fix-Xewkija Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet ma għadhiex tidher fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jgħid x’intalab s’issa mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq din l-applikazzjoni u fiex wasal il-proċess ta’ din l-applikazzjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li s-sistemi elettroniċi tal-Awtorità juru biss dettalji ta’ applikazjonijiet li jkunu kkunsidrati kompluti a terminu tar-regolament 4 tal-Avviż Legali 162 tal-2016. PA/01606/19, hija talba għal Screening (mhux applikazjoni għall-iżvilupp) fejn l-Awtorità tkun għadha qed tigwida lill-applikant kif għandu jipprepara l-applikazjoni. Jekk 'il quddiem, id-dokumentazjoni u l-ħlasijiet kollha meħtieġa jiddaħħlu, l-Awtorità tippublika l-applikazjoni fuq il-website tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, twaħħal tabella fuq is-sit in kwistjoni, u tagħmel id-dettalji tal-applikazjoni disponibbli għall-publiku fis-sistemi eletroniċi tagħha, kif inhu mitlub mill-istess liġi.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe pjanti li jinsabu fil-pussess tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u li juru fid-dettall il-bunker ta' żmien il-Gwerra l-Bierda u li jinsab taħt l-art ta' St George's Barracks f'San Ġiljan u/jew Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtoritajiet, kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar li m'għandiex fil-pussess tagħha pjanti li juru fid-dettal il-bunker in kwistjoni, filwaqt li l-Awtorità tal-Artijiet ma jkolliex pjanti bħal dawn mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn iċ-ċnus perpetwi rivedibbli mhumiex qed jiġu pproċessati mill-Awtorità tal-Artijiet kif kien isir qabel? Jista' jgħid jekk jeżistux impedimenti legali u x'qed jikkunsidra l-Gvern biex jindirizza din il-kwistjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, illi l-Avviż Legali illi jagħti s-setgħa li ċ-ċnus imsemmija jiġu mifdija, qed tiġi diskussa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi aħbarjiet fuq id-diżgrazzja tal-Opentop Bus li spiċċat f’imwiet u persuni mweġġgħin? Jista’ jgħid jekk humiex veru l-għajdut li l-Gvern daħal jew ser jidħol għal dawn it-talbiet ta’ kumpens?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament, il-każ għadu fi stadju sub giudice, stante li għad hemm inkjesta pendenti. Illi f’ dan l-istadju kwalunkwè informazzjoni ulterjuri tkun biss spekulazzjoni stante illi kif diġà ingħad għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet. L-Awtorità tat-Trasport f’ Malta qegħda tikkontesta r-responsabbiltà u preżentament hemm intavolati atti ġudizzjarji, sabiex tiġi opposta kull allegazzjoni ta’ responsabbiltà indirizzata lill-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx ftehim mas-sidien tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u d-Dipartiment tal-Artijiet? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se jdaħħal il-gvern, u din bl-approvazzjoni tal-parlament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, il-materja in kwistjoni qiegħda tiġi diskussa fil-livell tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità. Sal-lum għadu ma kienx hemm żviluppi ġodda.
Joint Office — skema ta' fidi ta' ċnus ta' djar residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-Joint Office ħareġ skema ta’ fidi ta’ ċnus ta’ djar residenzjali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru responsabbli, fl-20 ta’ Mejju ħabbart skema ġdida ta’ fidi ta’ ċnus u xiri ta’ proprjetà residenzjali li mistennija tkun qiegħda taffettwa mal-5,000 familja.
Din l-iskema ser tidħol fis-seħħ minn Settembru ta’ din is-sena u għaldaqstant dawk li għandhom ċens temporanju jew kirja mal-Gvern ser ikunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni mal-Uffiċċju Konġunt biex ikunu jistgħu jsiru sidien ta’ djarhom.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta Triq Żaren Dalli f'Birżebbuġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta’ aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna.
F’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq Żaren Dalli f’Birżebbuġa hija waħda mit-toroq li qegħdin isiru bħalissa.
L-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.
Infrastructure Malta qiegħda tikkonsulta u tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Fil-fatt, ix-xogħlijiet fl-ewwel 31 triq biss li nbdew kienu jinkludu t-tqegħid ta’ 32 kilometru ta’ pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tal-Internet u t-telekomunikazzjoni.
Ta’ min jinnota wkoll li fil-każ ta’ Triq Żaren Dalli f’Birżebbuġa s-servizzi ġodda li qegħdin isiru fiha kollha qed jiġu mgħoddijin minn taħt il-bankini, inkluż sistema ġdida tad-dwal li qiegħda ssir f’din it-triq. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-Kunsilli Lokal biex ix-xogħlijiet jitlestew mill-aktar fis waqt li tesiġi li dawn isiru skont l-istandards stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà. B’hekk jiġi żgurat li x-xogħlijiet fit-toroq residenzjali jsiru fl-inqas żmien possibbli, mingħajr ma jkunu kompromessi l-kwalità u s-sigurtà.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi f’Malta fl-2017, l-2018 u sa Frar fl-2019 u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategoriji li ġejjin:
- Vetturi privati
- Garage hire
- Self-drive
- Leased?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-ammont ta’ vetturi reġistrati skont il-kategoriji mitluba jidher fit-tabella segwenti;
2017
2018
2019 (sa Frar)
Vetturi privati
16,630
16,230
1,943
Garage hire
278
618
118
Self-drive/Leased
1,862
2,155
255
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT u kemm-il vettura m’għaddietx mill-VRT fis-snin 2016, 2017 u 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, li n-numru ta’ testijiet tal-VRT li saru, kif ukoll in-numru ta’ vetturi illi għaddew u fallew minn dan it-test fis-snin 2016, 2017 u 2018, huma dawk annessi fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
2016
2017
2018
Numru sħiħ ta’ testijiet tal-VRT li saru
152,896
189,396
197,134
Numru ta’ vetturi li għaddew mit-test tal-VRT
138,008
170,364
174,947
Numru ta’ vetturi li fallew mit-test tal-VRT
14,888
19,032
22,187
Numru ta’ vetturi li għaddew wara li sarilhom re-test
13,760
17,506
20,028