Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità: Użu ta’ lift
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12218, jista’ l-Ministru jwieġeb issa din il-mistoqsija dwar jekk id-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità kollha għandhomx lift sabiex ir-residenti jkollhom aċċessibiltà biex joħorġu fil-komunità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu pensjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 u kemm applikaw għaliha minn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13443, jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm koppji li għamlu użu minn dawn is-servizzi s-sena l-oħra:
a. Korsijiet dwar trobbija pożittiva; u
b. Korsijiet tal-Co-parenting?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija ġa ġiet imwieġba permess ta’ tagħrif mogħti għal mistoqsija Numru: 16662 li saret f’Ottubru li għadda (Seduta 373).
Bini ta’ Xelter ġdid għall-vittmi tal-vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jinbena xelter ġdid għall-vittmi tal-vjolenza domestika billi f’pajjiżna qed ikun hemm bejn ħames u sitt każi ġodda ta’ vjolenza domestika kuljum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema infettati bil-Covid 19
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16843 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk — persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 li huma reġistrati li jgħixu ż-Żejtun. Wied il-Għajn, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk, kif ukoll kemm applikaw u kemm ma baqgħux jirċievu dan? Jista' jindika dan kollettivament u skont il-lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
COVID-19 – ħaddiema tal-Gvern li jagħmlu żmien l-isptar jew dar – sick leave
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żmien li jagħmlu kwarantina l-ħaddiema tal-Gvern li jkunu mitluba joqogħdu kwarantina d-dar minħabba l-COVID-19, humiex jitnaqqsu mis-sick leave tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mill-2013 'il hawn minn Malta u Għawdex separatament: i) taħt l-Artiklu 93 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u ii) taħt l-Artiklu 95 tal-istess att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta' kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm sodod f'istituzzjonijiet, djar, eċċ. għall-anzjani li huma finanzjati mill-gvern? Jista' jagħti din l-informazzjoni, istituzzjoni istituzzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll kemm ġew deċiżi tul din is-sena u kemm ġew irtirati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Gudja, Santa Luċija u l-Fgura — persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 li huma reġistrati li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, u l-Fgura, kif ukoll kemm applikaw u kemm ma baqgħux jirċievu dan? Jista’ jindika dan kollettivament u skont il-lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Persuni li jbatu mill-multiple sclerosis — għajnuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-multiple sclerosis? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eliġibbli għal din l-għajnuna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuni li jbatu minn Multiple Sclerosis huma intitolati għall-Assistenza għal Diżabilita` Severa li tammonta sa €107.18 fil-ġimgħa jekk hija persuna taħt is-60 sena u €120.02 fil-ġimgħa jekk ‘il fuq minn 60 sena. F’każ li l-benefiċjarju assolutament ma jistax jaħdem minħabba d-diżabilita` tiegħu, ikun intitolat għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilita` Severa li hija €161.40 fil-ġimgħa.
Ma tinżammx statistika ta` kemm hemm persuni ibagħtu minn din id-diżabilita`. Id-Diżabilta` msemmija hija elenkata fid-definizzjoni fl-Artiklu 2 (Persuna Gravament Diżabilitata) fl-Att dwar is-Sigurta` Soċjali (Kap 318).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-Għajnuna Soċjali minn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru 2020? Jista’ jgħid kemm kienu l-persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali fl-aħħar ta' Novembru 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li applikaw għall-Għajnuna Soċjali bejn Jannar u Novembru 2020, kien ta’ 1895.
Intant fl-aħħar ta’ Novembru, l-ammont ta’ benefiċjarji li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali kien ta’ 6843.
Għajnsielem Għawdex – Learning Hub – servizzi offruti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi qed jiġu offruti fil-preżent mil-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex? Jista' jispjega wkoll kemm persuni ħadu jew qed jieħdu kull wieħed minn dawn is-servizzi tul is-snin 2019 u 2020? Jista' jispjega wkoll liema Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet oħra li ma jaqgħux taħtu qed jużaw jew inkella qed joffru servizzi mil-Learning Hub?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett imħabbar fl-2017 mill-Gvern fejn il-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex kellu jiġi estiż biex ikun hemm aktar spazju għas-servizzi offruti minn dak il-post? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern kera l-binja tal-Learning Hub?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.