Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Psychiatric Unit

Question

Billi l-Psychiatric Unit ġewwa l-Isptar Mater Dei ngħalqet minħabba l-COVID-19, u issa jidher li l-pandemija ġiet ikkontrollata, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Psychiatric Unit terġa' tinfetaħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9789.

Saħħa mentali, suwiċidji u prevenzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ mwiet permezz ta’ suwiċidju, mill-pandemija s'issa, sena b’sena u skont l-età u l-ġeneru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rata ta’ suwiċidju f’pajjiżna f’dawn l-aħħar 10 snin baqgħet – f’termini ta’ sinifikanza statistika – l-istess kif turi t-tabella t'hawn taħt: Age Group 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 <25 3 4 3 0 3 1 2 1 5 4 25-34 3 3 9 4 5 8 3 6 6 1 35-44 3 6 5 11 3 4 8 4 8 6 45-54 8 8 7 7 3 2 3 5 5 2 55-64 4 4 8 1 6 3 2 6 7 5 65-74 0 2 2 0 3 3 2 0 3 2 >75 1 5 0 1 2 1 1 1 0 4 Total 22 32 34 24 25 22 21 23 34 24 Fil-fatt meta tqis id-daqs tal-popolazzjoni ir-rata ta’ mortalita’ għal kull 100,000 kienet 5.16 fl-2013 u 4.63 fl-2022.

Saħħa mentali, suwiċidji u prevenzjoni

Question

Peress li organizzazzjonijiet diversi qed ibassru li l-pandemija li jmiss se tkun waħda ta’ saħħa mentali, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk din hux diġà qed tiġi esperjenzata f’Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ma ddikjaratx Pandemija dwar is-suġġett li qed issemmi hi, f’Malta bħalissa qiegħda ssir kampanja nazzjonali dwar ħarsien tas-saħħa mentali.

Saħħa mentali, suwiċidji u prevenzjoni

Question

Peress li jidher li hemm żieda fl-imwiet ikkawżati mis-suwiċidju, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipprevjeni dawn l-imwiet, u jekk il-mediċini għas-saħħa mentali jistgħux ikunu fuq il-lista tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imwieġeb fir-risposta parlamentari10849, fl-aħħar għaxar snin ma jirriżultax dak li qed tgħid hi. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħjar mod biex jitnaqqsu każijiet ta’ suwiċidju huwa billi jkun hemm aċċess u tingħata kura għall-mard mentali. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-istrateġija tas-Saħħa Mentali li qed tiġi implimentata bħalissa huwa li jitnaqqsu l-każijiet ta’ suwiċidju. Professjonisti fis-Saħħa Mentali qed jiġu mħarrġa fuq riskju ta’ suwiċidju. Bħala parti minn programm tal-EU, Joint Action ImpleMENTAL, qed titħejja Strateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju. Inħatar ukoll Advisory Board magħmul minn professjonisti tas-Saħħa, u rappreżentanti ta’ diversi entitajiet fosthom tal-edukazzjoni, l-pulizija, l-ħabs, l-università, NGOs u oħrajn li qed jagħtu l-kontribut tagħhom biex inaqqsu l-każijiet ta’ suwiċidju. Ta’ min isemmi wkoll is-servizz ta’ Crisis Intervention li huwa disponibbli fil-komunità kif ukoll il-helpline 1579 li jopera 24 siegħa kuljum.

Saħħa mentali, suwiċidji u prevenzjoni

Question

Peress li jidher li hemm żieda fl-imwiet ikkawżati mis-suwiċidju, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipprevjeni dawn l-imwiet u jibda kampanja rigoruża dwar il-prevenzjoni ta’ mard mentali u t-trattamenti tas-saħħa mentali disponibbli kemm jista’ jkun malajr?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10851.

Saħħa mentali, suwiċidji u prevenzjoni

Question

Peress li jidher li hemm żieda fl-imwiet ikkawżati mis-suwiċidju, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipprevjeni dawn l-imwiet u jgħid jekk hemmx promozzjoni aħjar tas-servizzi disponibbli, speċjalment dawk ta’ natura ta’ emerġenza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10851.

Saħħa mentali, suwiċidji u prevenzjoni

Question

Peress li jidher li hemm żieda fl-imwiet ikkawżati mis-suwiċidju, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipprevjeni dawn l-imwiet u jgħid kemm hemm tobba pedjatriċi tas-saħħa mentali disponibbli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10851.

Operazzjonijiet tal-bdil tal-irkoppa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet mill-bidu tas-sena li fihom kien hemm tibdil tal-irkoppa? Jista’ jgħid ukoll kemm għad hemm każijiet pendenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena saru 229 operazzjonijiet ta’ total knee replacement. Fil-waiting list hemm 900 li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.

Imwiet u twelid — 2022

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm imwiet u kemm twieldu persuni f’pajjiżna matul l-2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’pajjiżna matul l-2022 twieldu 4372 trabi u kien hemm 4230 imwiet.

Mediċina Ustekinumab

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'Malta u f'Għawdex kemm hawn pazjenti li qed jieħdu l-mediċina Ustekinumab, taħt il-brand Stelara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 5 pazjenti li din il-mediċina ġiet approvata speċifikament għalihom.

Uniformijiet għall-ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10547, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huma l-ammonti ta' settijiet ta' uniformi lill-: a. tobba b. infermiera c. allied health professionals skont il-professjoni; d. staff klerikali; u e. staff ieħor?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1041 li għamel hu stess.

Ministeru għas-Saħħa — tenders dwar xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali u xogħol ta’ sigurtà

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi l-offerti tenders pubbliċi kollha aġġudikati u mirbuħa għax-xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol ta' sigurtà, jew kwalunkwe xogħol estern ieħor li jsir minn aġenziji li ngħataw matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f'xi seduta oħra.

Pazjenti li ntbagħtu barra minn Malta għal kura

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intbagħtu pazjenti jieħdu kura barra minn Malta taħt id-Dipartiment tat-Treatment Abroad mill-2020 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10375.

Ministeru għas-Saħħa — Kuntratti mogħtija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; ċ. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.

Official Medicines Control Laboratory

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex Malta huwa l-unika pajjiż li m'għandux official medicines control laboratory? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir u xi pjan hemm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa żbaljat meta jgħid li Malta hija l-unika pajjiż mingħajr il-laboratorju li semma hu, ninfurmah ukoll illi pajjiżna għandu arranġament mal-MHRA tar-Renju Unit għal dan is-servizz.

Aċċessibilità għall-mediċini

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-aċċessibbiltà għall-medicini tal-popolazzjoni li tgħix fis-South ta’ Malta hijiex inqas minn dik għall-popolazzjoni tan-north?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment tas-Saħħa ma jagħmilx distinzjoni bejn ċittadini minn partijiet differenti ta’ Malta.

Pjan li l-WHO jieħu l-sovranità tal-pajjiż f’każ ta’ pandemiji futuri

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi pjan biex il-Gvern jidħol fi pjan li jċedi s-sovranità tal-pajjiż, kif ukoll il-mod kif tittieħed deċiżjoni f’pajjiżna, lill-World Health Organisation f’każ ta’ pandemiji futuri għall-mod ta’ deċiżjoni kif u meta għandu jingħata vaċċin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm ebda pjan tat-tip li qiegħed isemmi hu.

Ministeru għas-Saħħa – konsulenti legali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa – membri ta’ bordijiet u entitajiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa — ħaddiema

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu t-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru għas-Saħħa hemm total ta’ 9035 ħaddiema u minnhom 8439 huma ċittadini Maltin.