Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19981, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat illi t-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 19981 hija komprensiva għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Lewż, il-Gudja u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li f’parti minn Triq il-Lewż, Gudja qed isiru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħlijiet jinkludu bdil tal-medda tad-drenaġġ, mains tal-ilma ġodda, installazzjoni tal-provvista tal-ilma domestiku ma’ kull dar, bini mill-ġdid tal-bankini, spazji tal-konkos għall-parkeġġ u asfalt. Ix-xogħlijiet huma stmati li jiġu jiswew madwar €120,000 (VAT mhux inkluż).
MICAS — Mużew tal-Arti Kontemporanja - Ftuħ ta’ esebizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22509 u jgħid kemm ħallset il-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) lill-artist barrani għal ftuħ ta’ esebizzjoni tal-Mużew tal-Arti Kontemporanja?
Response (BONNICI, OWEN)
It-tagħrif qed jinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12034 u 18958 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 33 Hospitality fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru Għall-Wirt Nazzjonali, L-Arti u L-Gvern Lokali li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li huwa konxju tal-problemi kkawżati mill-ħamiem ġewwa l-lokalitá, filwaqt li qed jesplora soluzzjonijiet fit-tul, qed jieħu miżuri oħra biex inaqqas l-inkonvenjent bħat-tindif.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġie jiswa l-Art Council Symposium li sar f’Ottubru li għadda ġewwa l-University of Malta Valletta Campus? Jista’ jagħti lista separata ta’ kif intefqu l-flus għalih fosthom catering, kiri ta’ apparat, għamara, flights u akkomodazzjoni ta’ mistednin u oħrajn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ninsab infurmat li ‘Is-Simpożju Stat tal-Arti 2024 huwa pjattaforma vitali għall-artisti u l-prattikanti kreattivi biex jingħaqdu, jikkollaboraw, u jsawru l-futur tal-pajsaġġ kulturali ta’ Malta. Din is-sena fuq jumejn bejn l-24 u l-25 ta’ Ottubru 2024 ġiet esplorata t-tema tal-ġid komuni, li offriet għarfien dwar tendenzi emerġenti, opportunitajiet għal tkabbir professjonali, u jrawwem l-innovazzjoni u r-reżiljenza fl-arti. Dan kien avveniment fejn kien hemm konverzazzjonijiet miftuħa u kritiċi li ser jikkontribwixxu sabiex il-KMA ikompli jiżviluppa strateġija li tirrifletti ir-realtajiet tal-prattikanti artistiċi. Is-Simpożju Stat tal-Arti kien fuq JUMEJN u kien BLA ĦLAS għall kull min xtaq jattendi.
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tal-infiq separatament tas-somma ta’ 30 miljun ewro bħala investiment allokat lill-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS), inklużi l-infiq fuq il-kostruzzjoni, it-teknoloġija, it-tariffi tal-artisti u oqsma sinifikanti oħra? Jista’ jgħid ukoll x'perċentwal tal-baġit se jkun sejjer lejn il-promozzjoni u l-ingaġġ ta' artisti lokali Maltin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra mitluba kif mgħoddija lili mil-MICAS. Ninsab infurmat ukoll li 50% tal-Line vote 5098 tas-sena d-dieħla taħt il-MICAS se jiġi allokat għal artisti lokali Maltin.
Għawdex — Arkivju Nazzjonali u Librerija Nazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jsostni l-wegħda li kienet saret snin ilu dwar l-estensjoni tal-Arkivju Nazzjonali u l-Librerija Nazzjonali f'Għawdex issa li l-kumplament tal-binja mhux iżjed qed tintuża bħala skola?
Response (BONNICI, OWEN)
It-taħditiet interni li jinvolvu iktar minn entità waħda, għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kif tqassmu l-fondi allokati lid-diversi entitajiet u/jew individwi relatati ma’ Christmas in Gozo 2024, kif ukoll jispeċifika l-ammont eżatt mogħti lil kull entità u/jew individwu, kif ukoll fuq liema kriterji ġie deċiż kemm għandhom jingħataw fondi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali evalwax talbiet imressqin minn NGOs għall-pussess tal-Batterija tal-Qolla l-Bajda, fiż-Żebbuġ Għawdex? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-proċess ta’ evalwazzjoni, u f’każ li l-Ministeru kkunsidra talba jew numru ta’ talbiet bħala sodisfaċenti, jgħid x’hemm iżomm il-proċess milli jkompli javvanza?
Response (BONNICI, OWEN)
It-taħditiet interni li jinkludu iktar minn entita' waħda għandhom għaddejjin.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferu l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat tal-mistoqsija parlamentari 22256.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li t-tiswijiet f’Bighi, fil-Kalkara jiġu konklużi u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hekk kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, dan ix-xogħol qiegħed isir minn Infrastruttura Malta, permezz ta’ kuntrattur mqabbad minnha. Wara li tneħħa l-materjal kollu li kien hemm wara l-ħajt ikkolassat, u ġew ikkonsolidati t-truf tal-ħajt li baqa’ wieqaf, issa nbeda t-tfassil tax-xogħol mill-baħar. Għalhekk, f’dan l-istadju huwa prematur li wieħed jagħti dati ta’ meta ser jitlesta x-xogħol ta’ restawr ta’ dan il-ħajt. L-istess jista’ jingħad għal kemm huwa previst li jiswew dawn ix-xogħolijiet.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Kunsilli Lokali jkollhom iktar kontroll fuq it-tiswija tal-bozoz li hemm fil-lokalità tagħhom peress li minkejja li l-kunsilli lokali/reġjuni jgħaddu r-rapporti lill-Enemalta, diversi drabi t-tiswijiet idumu biex isiru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li r-responsabbiltà tad-dwal tat-toroq u spazji oħra pubbliċi tinsab diġà fir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali.
Tindif tas-Cisterna della Quarantena — Terms of Reference
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22485, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-Terms of Reference mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni (RPD), għat-tindif taċ-Cisterna della Quarantena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-terms of reference jinħargu mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u mhux mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni (RPD). Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Promotions
Question
Jista’ l-Ministru jagħti ġustifikazzjoni għaliex il-persuni li isimhom qed jingħata separatament ingħataw promotion arbitrarju fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali mingħajr ma saret ebda sejħa għall-applikazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-persuni kollha - eskluża waħda - li isimhom qed jingħata separament ġew promossi skond l-istruttura Maniġerjali maħruġa mill-People & Standards Division.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Pożizzjonijiet ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pożizzjonijiet il-ġodda li ngħataw lill-persuni li isimhom qed jingħata separatament, ma jiffurmawx parti mill-ftehim kollettiv tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-twegiba mogħtija għal PQ 23309.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Ingaġġ ta’ persuni - Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta’ ingaġġ tal-persuni li isimhom qed jingħata separatament u li ngħataw promotion arbitrarju fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittri tal-assimilazzjoni mgħoddija lili mill-SCH relattivi għall-persuni (eskluża persuna waħda) msemmija separatament illi jaqgħu taħt l-istruttura Maniġerjali tas-Sovrintendenza tal- Patrimonju Kulturali. Il-persuna eskluża hija on loan mal-SCH.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20308 u l-wegħda elettorali tal-Gvern preżenti li jlesti l-bini tal-Arkivju Nazzjonali ġdid matul din il-Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda u jitlesta dan il-proġett?