Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni f’pajjiżna li kienu jieħdu l-allowance supplimentari bejn is-snin 2013 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27527 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27528 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27529 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27530 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li fittxew refuġju f’shelters speċjalizzati għal persuni li ġarrbu vjolenza domestika fl-2024? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom it-tfal magħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Abbażi tad-data miċ-Children’s Allowances, jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji f’Malta li għandhom:
i. Wild wieħed,
ii. Żewġt itfal,
iii. Tlitt itfal,
iv. Erbat itfal,
v. Ħamest itfal,
vi. Sitt itfal jew iktar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Familji bit-Tfal
Allowance għat-Tfal (CA) / Allowance għat-Tfal Rata Fissa (CAFR)
CA
CAFR
Total
Wild wieħed
7,925
17,142
25,067
Żewġt itfal
3,486
10,860
14,346
Tlitt itfal
775
1,656
2,431
Erbat itfal
170
199
369
Ħamest itfal
40
31
71
Sitt itfal jew iktar
26
15
41
Total
12,422
29,903
42,325
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li bħalissa qegħdin jibbenefikaw minn kura alternattiva u nħarġitilhom ordni ta’ permanenza? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma fi djar residenzjali u kemm minnhom huma fil-foster care?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-aħħar ta’ Diċembru 2024 kien hemm 165 tifel u tifla li kellhom permanenza effettiva. Dawn kienu mqassma kif ġej:
· 117 kienu jgħixu ġewwa
foster placement
,
· 32 kienu jgħixu ġewwa djar residenzjali,
· 16 kienu jgħixu ġewwa djar fil-komunità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm foster carers li bdew il-proċess biex jaddottaw tfal li huma fostered magħhom u li qegħdin fuq ordni ta’ permanenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2024 kien hemm 8 itfal li ġew addottati mill-istess foster carers u allura l-process inghalaq fl-intier tiegħu. Dawn it-tfal kienu kollha b’ordni ta’ permanenza.
Tul is-sena 2024, kienu milqugħa 15-il applikazzjoni biex tfal, li diġà kellhom ordni ta’ permanenza, jiġu rilaxxati għall-addozzjoni u b’hekk ikunu jistgħu jkomplu bil-proċess biex l-addozzjoni tkun waħda finali.
Hemm 3 applikazzjonijet oħra li għadhom pendenti sabiex jiġu rilaxxati għall-addozzjoni.
Minn dan l-aħħar total ta’ 18-il każ, 13 minn dawn it-tfal, hemm il-pjan li jiġu addottati mill-istess foster carers li qegħdin jgħixu magħhom bħalissa.
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Erba’ snin bolol - Bonus
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’bonus tirċievi llum persuna li tkun ħallset sa erba’ snin kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2015 iddaħħal għall-ewwel darba ħlas lil dawk il-persuni li jilħqu l-età pensjonabbli u minħabba li ma’ jkunux ħallsu biżżejjed kontribuzzjonijiet, ma jkunux eliġibbli għall-pensjoni kontributorja. Qabel l-2015, dawn il-persuni ma kienu jirċievu l-ebda forma ta’ ħlas għal dan.
Meta tnieda għall-ewwel darba dan il-ħlas fl-2015, persuni li jkollhom bejn sena u erba’ snin kontribuzzjonijiet mħallsin bdew jitħallsu €100 darba fis-sena u dawk li kellhom bejn ħames u disa’ snin kontribuzzjonijiet imħallsin, bdew jitħallsu €200 pagament darba fis-sena.
Dan il-benefiċċju baqa’ jiġi msaħħaħ matul is-snin u ġie rriformat bis-saħħa tal-Budget 2025. Għaldaqstant, dawk il-persuni li jilħqu l-età pensjonabbli u għandhom bejn sena u disa’ snin kontribuzzjonijiet mħallsin, huma eliġibbli għall-pagament skont it-tabella ta’ hawn taħt:
Numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa
50 - 99
100 – 149
150 - 199
200 -249
250 - 299
Ħlas fis-sena
€550
€600
€650
€700
€800
Numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa
300 - 349
350 – 399
400 - 449
450 - 519
Ħlas fis-sena
€850
€900
€950
€1,000
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Erba’ snin bolol - Bonus
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jirċievu bonus għax ħallsu sa erba’ snin kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt.
Tajjeb jingħad li dan il-bonus ġie introdott għall-ewwel darba fl-2015 u preċedentament għal din id-data, persuni f’din is-sitwazzjoni ma’ kienu jirċievu xejn.
Numru ta'
Rata
Nisa
Irġiel
Total
Kontribuzzjonijiet
fis-Sena
€
50-99
550
1,175
188
1,363
100-149
600
1,259
154
1,413
150-199
650
1,462
112
1,574
200-249
700
1,533
108
1,641
Total
5,429
562
5,991
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Minn ħames sa disa’ snin bolol - Bonus
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’bonus tirċievi llum persuna li tkun ħallset minn ħames sa disa’ snin kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, illi matul is-sena 2015 iddaħħal għall-ewwel darba ħlas lil dawk il-persuni li jilħqu l-età pensjonabbli u minħabba li ma’ jkunux qiegħdin jissodisfaw il-kundizzjonijiet statutorji ma’ jkunux eliġibbli għall-pensjoni kontributorja. Preċedentament għas-sena 2015 dawn il-pesuni ma’ kienux rikonoxxuti u għalhekk ma’ kienu jirċievu l-ebda forma ta’ ħlas.
Meta ġie mniedi għall-ewwel darba dan il-ħlas, fis-sena 2015, persuni li jkollhom bejn sena u erba snin kontribuzzjonijiet mħallsin bdew jitħallsu €100 pagament ta’ darba fis-sena u dawk li kellhom bejn ħames u disa’ snin kontribuzzjonijiet imħallsin bdew jitħallsu €200 pagament ta’ darba fis-sena.
Dan il-benefiċċju baqa’ jiġi msaħħaħ matul is-snin u ġie riformat bis-saħħa tal-Budget għas-sena 2025. Għaldaqstant, dawk il-persuni li jilħqu l-età pensjonabbli u għandhom bejn ħames u disa’ snin kontribuzzjonijiet mħallsin, huma eliġibbli għall-pagament skont it-tabella ta’ hawn taħt:
Numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa
250 - 299
300 - 349
350 - 399
400 - 449
450 - 519
Pagament
€800
€850
€900
€950
€1000
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Minn ħames sa disa’ snin bolol - Bonus
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jirċievu bonus għax ħallsu minn ħames sa disa’ snin kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt.
Tajjeb jingħad li, dan il-bonus ġie ntrodott għall-ewwel darba fis-sena 2015 u preċedentament għal din id-data, persuni f’din is-sitwazzjoni ma’ kienu jirċievu xejn.
Numru ta'
Rata
Nisa
Irġiel
Total
Kontribuzzjonijiet
fis-Sena
€
250-299
800
1,633
80
1,713
300-349
850
1,546
56
1,602
350-399
900
1,479
68
1,547
400-449
950
1,194
55
1,249
450-519
1000
1,052
57
1,109
Total
6,904
316
7,220
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji f’pajjiżna li qegħdin jiffosterjaw? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-familji jiffosterjaw aktar minn tifel jew tifla?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, sal-aħħar tas-sena 2024 kien hemm 169 familja li kellhom placement attiv fuq bażi ta’ fostering.
Minn dawn,
· 118-il familja kellhom tifel/tifla waħda,
· 51 familja kellhom żewġt itfal, jew iktar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni f’pajjiżna li qegħdin jirċievu l-allowance supplimentari sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba hija kif
Għajnuna SupplimentariTotal
Irġiel9,626
Nisa10,111
Total19,737
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.