Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' tobba li jagħtu servizz fil-bereġ lokali (mhux polikliniċi) li għandna madwar Malta u Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat dwar l-informazzjoni fuq Għawdex.
Informat hekk:-
Ġurnata Numru ta' tobba
It-Tnejn 9
It-Tlieta 9
L-Erbgħa 10
Il-Ħamis 10
Il-Ġimgħa 11
Informat ukoll li dawn it-tobba jżuru d-diversi bereġ.
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-iSkeda tal-Bereġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12643 u jgħid:
a) kemm hemm
gamma scans
fl-Isptar Mater Dei?
b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa?
ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009?
d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż?
e) kemmm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges?
Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12501, 12240 u 11027 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' flus li l-Gvern nefaq fis-sena 2008 f'għotja ta' mediċina b'xejn bħala outpatients? X'inhu l-ammont totali li l-Gvern nefaq fl-istess sena biex jagħti dan is-servizz?
Kummissjoni li tipproteġi l-ugwaljanza — investigazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie investigat fl-aħħar sentejn mill-Kummissjoni li xogħolha hi li tipproteġi l-ugwaljanza u tiġġieled id-diskriminazzjoni? Kif kien l-eżitu ta' kull każ b'mod ġenerali?
Policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12801 u 11884 u jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin b'xejn mingħand il-Gvern?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12804 u 11886 u jagħti l-etajiet ta' dawk il-persuni li għamlu talba għall-għoti tal-Herceptin u jgħid jekk kienx hemm iktar minn talba waħda mill-istess persuna?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12805 u 11885 u jgħid kemm kien hemm talbiet għall-għoti tal-Herceptin u kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3362 li ingħatat sena ilu, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istandards dwar il-Vjolenza Domestika sarux u jekk dawn hux qed jiġu implimentati mill-Aġenzija Appoġġ? Jekk le, għaliex dan id-dewmien kollu?
Response (DALLI, JOHN)
Bħal ma ntqal fit-tweġiba għall-ewwel mistoqsija, l-Kummissjoni ltaqat mad-Direttur tad-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali fejn ġie diskuss il-ħolqien ta' standards dwar is-suġġett. Sadanittant, sar ħafna xogħol mid-Dipartiment konċernat, u tlestew standards fil-qasam tad-Djar Residenzjali għat-tfal u tal-Fostering.
Informat ukoll li dawn l-Istandards jgħinu bħala mudell għall-iżvilupp ta' standards oħra bħal dawk dwar il-Vjolenza Domestika.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12935, 12650 u 12264 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11043, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li tħallsu bonuses u special allowances fl-ewwel għaxar xhur tal-2009 f'kull poliklinika imsemmija?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12868 u 12525 u jgħid kemm kien hemm persuni li talbu l-għajnuna mid-Detox f’Malta u Għawdex separatament kull xahar din is-sena? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm kellu l-akbar u kemm kien l-iżgħar wieħed? Jista' jgħid ukoll liema droga kienu qed jieħdu meta talbu din l-għajnuna?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tas-Servizzi Soċjali — għajnuna mill-vizzju tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12867 u 12526 u jgħid jekk id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jiġix infurmat kemm–il persuna tkun talbet l-għajnuna biex teħles mill-vizzju tad-droga u li tkun marret għand xi waħda mill-aġenziji bħas-Sedqa? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-figuri ta’ dawk li talbu din l-għajnuna matul din is-sena? Il-Gvern ikollu l-istess informazzjoni għal dawk il-persuni li jirrikorru għand il-Caritas?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li numru ta’ persuni li talbu l-Għajnuna Soċjali għal persuni li jbatu mill-vizzju tad-droga kien 59. Id-dipartiment jiġi infurmat meta persuna tkun talbet il-benefiċċju għal persuni li jkunu qegħdin ibatu mill-vizzju tad-droga (DAD) u ikunu se jagħmlu program ta’ rijabilitazzjoni kemm-il darba dawn il-persuni ma jkunux qegħdin il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Għalhekk kemm is-Sedqa kif ukoll il-Caritas javżaw lid-dipartiment meta persuni jkunu se jagħmlu program kontra l-vizzju tad-droga u jitolbu l-benefiċċju.
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat sabiex jirċievi l-mediċinali Faverin u Guastic permezz tal-kartuna s-safra ? Jikkonferma li qabel kienu jittieħdu bil-kartuna r-roża?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kbira l-popolazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali maqsuma f'age groups ta' taħt it-18-il sena bejn, 18 u 65 sena u 'l fuq minn 65 sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm irid ikollha mara kontribuzzjonijiet tal-bolol biex tikkwalifika għall-pensjoni tal-età? Jista' jgħid jekk dawn il-kontribuzzjonijiet iridux ikunu f'perjodu wieħed jew inkella tul ħajjitha kollha? Iridux ikunu fuq job part-time jew full-time, impjegata jew self-employed? Jekk dan il-perjodu ta' kontribuzzjonijiet li jkollha bżonn ma tkunx laħqitu, hemm xi rimedju biex din tkun tista' tieħu l-pensjoni tal-età? Jekk ma tkunx tista' tieħu il-pensjoni tal-età liema pensjoni tkun tikkwalifika għaliha jekk tkun xebba jew armla?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuna li tilħaq l-età tal-pensjoni u tapplika għal pensjoni kontributorja tal-irtirar trid tal-inqas tkun ħallset waqt li tkun qed taħdem 520 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fl-aħħar 10 snin qabel tilħaq l-età tal-pensjoni jew, 800 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali minn meta tagħlaq id-dsatax-il sena sas-sena li fiha il-persuna tilħaq l-età tal-pensjoni.
Inżid illi ma tagħmilx differenza jekk dawn il-kontribuzzjonijiet ikunu tħallsu minn impjieg
part-time
jew
full-time
u bħala impjegat jew
self-employed.
Ħlas ta’ kontribuzzjonijiet illi ma jkunux tħallsu sa meta l-persuna tilħaq l-eta tal-pensjoni ma jistgħux jitħallsu wara li il-persuna tilħaq l-età tal-pensjoni.
Każijiet fejn ma jkunx tħallsu biżżejjed kontribuzzjonijiet sabiex tingħata il-pensjoni tal-irtirar, il-persuna kkonċernata tista tkun intitolata għal-pensjoni mhux kontributorja jekk tissodisfa it-test tal-mezzi u tal-kapital.
Ta’ min ifakkar illi dan it-tagħrif huwa ta’ natura ġenerali u kull każ irid jiġi investigat skont il-merti tiegħu.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — pensjoni tal-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-pensjoni tal-61 sena matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tal-Industrial Diseases
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-industrial diseases matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12269 u jgħid xi ħlas jitlob l-Gvern ta' konsulta fl-Isptar Mater Dei għal dawk il-pazjenti li m'humiex intitolati għal kura b'xejn? Kemm huma t-tariffi tal-Gvern għall-operazzjoni:
a)
major complex?
b) major?
ċ) intermediate?
d) minor?