Legislature:
Category:
Reset
Active:

Università, Mcast u entitajiet edukattivi – priġunieri — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qed isegwu kors l-Università, l-Mcast jew xi entità edukattiva oħra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent hemm erba’ (4) priġunieri li qed isewgu studji.

Qorti — Persuni mressqa l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ droga mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infrmat li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018 tressqu sebgħa u tmenin (87) persuna l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ droga.

Avukat Ġenerali – każijiet ta’ prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ ġie rrapportat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija li tkun qed tiġi inkuraġġita u megħjuna l-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid x'azzjoni ħa l-Avukat Ġenerali dwar kull wieħed mill-imsemmija każijiet li ġew irrappurtati lilu mill-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda każ li ġie rrapportat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija dwar inkuraġġiment u għajnuna għall-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).

Persuni li tressqu l-Qorti akkużati li jgħixu minn fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li għexet minn fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni ta' persuni oħra bi ksur tal-artikolu 7 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Settembru 2018, kien hemm sebgħa u tletin (37) każ ta’ persuna li tressqet il-Qorti akkużata li għexet minn fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni ta' persuni oħra, bi ksur tal-artikolu 7 tal-Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta. Minn dawn, għaxra (10) kienu nisa u sebgħa u għoxrin (27) kienu rġiel. Tnejn u għoxrin (22) persuna kienu Maltin u ħmistax (15) kienu barranin. Infurmat illi filwaqt li numru minn dawn il-każi għadhom sub-judice, każijiet fejn ingħataw sentenzi kienu jinkludu sentenzi ta’ priġunerija jew priġunerija u multa – priġunerija sospiża – priġunerija sospiża u tneħħija ta’ liċenzja ta’ parlours tal-massaġġi - priġunerija sospiża u ordni ta’ protezzjoni favur il-vittmi u Probation taħt l-artiklu 22. F’każ minnhom kien hemm liberazzjoni u ieħor fejn il-proċess ġie eżawrit minħabba mewt tal-imputat.

Persuni mressqa l-Qorti akkużati minn sehem ta’ eżerċizzju ta’ burdell

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li żammet jew eżerċitat jew kellha sehem ma' oħrajn fl-eżerċizzju ta' burdell jew ta' dar, ħanut jew lok ieħor għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti? Jista' jgħid f'liema lokalità kienu jinsabu d-djar, ħwienet jew lok ieħor?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant kien hemm tliet okkażjonijiet fejn kull darba persuna tressqet il-Qorti u akkużata bi ksur tal-artikolu 8 (1) tal-Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta. Dan kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Persuna minn dawn hi l-istess li tressqet ukoll fuq akkuża kif hemm fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 7041 u 7042 rispettivament: Sena Sess Nazzjonalità Sentenza Lokalità 10 PD 2014 M Malti Art 7, Chap 446 ghall-3 snin Marsalforn 10 PD 2014 F Maltija Art 22 Chap 446 ghall-sentejn Marsalforn 10 PD 2014 F Maltija Liberata Marsalforn

Persuni mressqa l-Qorti akkużati minn qligħ ta’ vetturi użati għal skop ta’ prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li tat b'kiri jew ippermettiet l-użu jew ħadet sehem mill-qligħ ta' vettura wżata għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

‘Ninsab infurmat illi fl-ahhar tnax-il sena jigifiri mill- 2007 sa sena 2018 ma kien hemm ebda każ fejn xi persuna tressqet il-Qorti akkużata li tat b'kiri jew ippermettiet l-użu jew ħadet sehem mill-qligħ ta' vettura użata għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)’.

Permess għall-bejgħ ta’ ilma minn garaxx – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara u jikkonferma jekk fil-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux qed isir bejgħ ta’ ilma fejn dan qed ikun ta’ inkonvenjent għar-residenti tal-madwar? Jista’ jara jekk hemmx permess biex isir dan?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li dwar l-allegat bejgħ ta’ ilma minn garaxx li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, u li allegatament qed ikun ta’ inkonvenjent għar-residenti tal-madwar, il-Pulizija għamlet l-indaġini tagħha u rriżulta li kemm is-sors ta' ilma kif ukoll il-vettura użata mis-sid tal-garaxx huma bil-permess. Ġie kkonfermat ukoll li hu permessibbli li f'xi okkażjonijiet isir bejgħ ta’ ilma sakemm il-vetturi jkunu liċenzjati għall-ġarr tal-ilma wkoll. Infurmat li l-Pulizija ħadet il-passi meħtieġa biex taċċerta li ma jinħoloqx inkonvenjent għar-residenti tal-madwar, u qed tagħmel rondi fil-lokalità biex dan ikun aċċertat.

Korp tal-Pulizija – vetturi għall-użu tal-għases

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-Korp tal-Pulizija li huma assenjati għal użu tal-għases tal-pulizija, distrett b’distrett?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi fil-Korp tal-Pulizija li huma assenjati għall-użu tal-għases tal-pulizija, distrett b’distrett huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Distretti tal-Pulizija Numru Distrett 1 4 Distrett 2 3 Distrett 3 4 Distrett 4 4 Distrett 5 3 Distrett 5A 1 Distrett 6 4 Distrett 6 A 4 Distrett 7 5 Distrett 8 4 Distrett 9 2 Distrett 9A 4 Supt. Distrett 10 14

Korp tal-Pulizija – karozzi assenjati lil fergħat fil-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi li huma assenjati lil diversi fergħat fil-Korp tal-Pulizija, fergħa b'fergħa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li hemm 232 vettura u 92 mutur li huma assenjati lil diversi fergħat fil-Korp tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija — Lista ta’ direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li kien hemm 26 direct order li ngħataw mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018. Dawn id-direct orders kienu kollha approvati u flimkien jammontaw għal € 868,344. Għal raġuni ta’ sigurtà mhux possibbli li jingħataw aktar dettalji.

Każijiet ta’ hate crime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet rrappurtati ta' hate crime mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li t-tagħrif ġeneriku hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant sal-lum ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għalhekk ma jistax jingħata. Sadanittant jien infurmat li qed isir update tas-sistema mill-MITA. Barra minn hekk jidher li persuni tressqu taħt akkużi simili jew kumplimentari.

Persuni mressqa l-Qorti fuq hate crimes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti akkuzati b'hate crimes mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6950.

Każijiet ta’ traffikar ta’ drogi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ traffikar ta’ drogi li nqabdu mill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bejn 1 ta’ Jannar 2018 u l-31 ta’ Awwissu 2018 kien hemm tmienja u tmenin (88) każ ta’ traffikar ta’ drogi li nqabdu mill-Pulizija.

Persuni mressqa fuq tlajjar għall-prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm tressqu persuni l-Qorti dwar reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna, f'liema lokalità twettaq ir-reat u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, tressqu l-Qorti mitejn u tmienja u erbgħin (248) persuna li bejniethom kienu akkużati tmien mija u ħamsa u disgħin (895) darba fuq akkużi ta’ tlajjar għall-iskop ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni. Minn dawn ġew imressqa l-Qorti tletin (30) li kienu rġiel, filwaqt li mitejn u tmintax (218) li kienu nisa. Mitejn u disgħa u għoxrin (229) minnhom kienu Maltin filwaqt li d-dsatax (19) l-oħra kienu barranin. Waqt li hemm każijiet li għadhom pendenti (sub-judice) fil-każijiet l-oħra , il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenzi sospiżi, probation, libertà kundizzjonata, multi u ċanfir u twiddib. Il-lokalitajiet fejn saru r-reati kienu l-Gżira, il-Marsa, l-Imsida, ir-Raħal Ġdid, Tas-Sliema, f’Ta’ Xbiex u f’Marsalforn, Għawdex. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi miġbura fit-tabella t’hawn taħt: Sena Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti Nazzjonalità Numru ta’ każi Sentenzi mogħtija mill-qorti Nisa Irġiel Maltin Barranin 2013 59 10 66 2 (Ingliża) 1 (Sudaniża) 328 Imprisonment; Probation order Chap 446; Suspended sentence; Conditional discharge, Article 22 Chapter 446, Article 7 Chapter 446, Acquitted 2014 48 8 55 1 (Libjana) 206 Imprisonment, Probation order Chap 446, Suspended sentence, Conditional discharge, Article 22 Chapter 446, Article 7 Chapter 446, Acquitted 2015 39 6 36 2 (Ukrajina) 1 (Brażiljana) 1 (Kolumbjana) 5 (Rumena) 135 Imprisonment, Probation Order Art 7 Chap 446, Fine, Suspended sentence, Conditional discharge, Article 22 Chapter 446, Article 7 Chapter 446, Community Work, Treatment Order, Acquitted Sena Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti Nazzjonalità Numru ta’ każi Sentenzi mogħtija mill-qorti Nisa Irġiel Maltin Barranin 2016 49 5 49 3 (Bulgarija) 1 (Ingliża) 1 (Ungeriża) 184 Imprisonment, Art 7 Chap 446 Probation Order; Fine, Suspended sentence, Conditional discharge, Article 22, Chapter 446, Community Work; Art 412D, Chap 9 Treatment Order, Acquitted 2017 20 1 20 1 (Bulgarija) 39 Imprisonment, Art 7 Chap 446 Probation Order; Treatment order, drug Rehab Programm, Art 412B, Fine 2018 sa Settembru 3 nil 3 nil 3 All sub Judice Total 218 30 229 19 895

Ksur tal-artikolu 2 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna li għalqet l-età ta' wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 2 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda każ fejn persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna li għalqet l-età ta' wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 2 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).

Ksur tal-artikolu 3 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna taħt l-età ta' wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 3 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda każ fejn persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna taħt l-età ta' wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 3 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).

Ksur tal-artikolu 5 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li żammet persuna kontra r-rieda tagħha f'burdell jew f'lokal ieħor użat bi drawwa għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 5 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna, f'liema lokalità kien jinsab il-burdell jew il-lokal ieħor u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda persuna li tressqet il-Qorti akkużata li żammet persuna kontra r-rieda tagħha f'burdell jew f'lokal ieħor użat bi drawwa għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 5 tal-Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta, fil-perjodu indikat.

Mandati mill-Kummissarju tal-Pulizija għal tfittix fuq persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ġie mogħti mill-Kummissarju tal-Pulizija lill-uffiċjal tal-Pulizija li permezz tiegħu awtorizzah ifittex il-persuna li kontra r-rieda tagħha ġiet miżmuma minn persuna oħra għal skopijiet immorali u dan skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jindika s-sess u l-età tal-persuna li għaliha ġiet ordnata t-tfittxija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda mandat mogħti mill-Kummissarju tal-Pulizija lill-uffiċjal tal-Pulizija li permezz tiegħu awtorizzah ifittex il-persuna li kontra r-rieda tagħha ġiet miżmuma minn persuna oħra għal skopijiet immorali u dan skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).

Investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li dwarha hemm rapport tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni? Jista’ jgħid jekk hemmx deċiżjoni definittiva dwar jekk il-persuna msemmija hux se titressaq il-Qorti jew le fuq akkużi ta’ korruzzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-każ indikat mill-Onor. Interpellant qed ikompli jiġi attivament investigat mill-Iskwadra ta’ kontra r-Reati Ekonomiċi tal-Pulizija.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — avukati u ditti legali – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni konċernata mitluba mill-Onor. Interpellant. Il-lista qiegħda f’ordni alfabetika li tirrifletti l-ordni tal-persuni / kumpaniji kif ingħatat mill-istess Onor. Interpellant.