Legislature:
Category:
Reset
Active:

AWAS - Persuni li jaħdmu bħala security

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-persuni li jaħdmu mal-kuntrattur bħala security fiċ-Ċentru tal-Immigranti f’Ħal Far jiġu impjegati direttament mal-Aġenzija għall-Ħarsien ta’ Persuni li jkunu qed ifittxu l-Ażil (AWAS)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li din hi xi ħaġa li diġa’ ġrat fil-passat meta kien hemm diversi ħaddiema li applikaw. Kulħadd ser jibqa’ jkollu ċ-ċans japplika.

Kumpaniji tal-iGaming - Ħaddiema Maltin u barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema Maltin u barranin direttament impjegati ma’ kumpaniji tal-iGaming?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, fl-aħħar t’April 2025 in-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu fuq bażi full u part-time (part-time only) fis-settur tal-Gambling & Betting Activities kien ta` 10,883 li minnhom 3,301 persuna kienu Maltin. L-aħħar ċifri ppubblikati huma t`April 2025.

Ħaddiema b'diżabilità - Kwota

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18579 u 18937 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid jekk reġgħetx bdiet tiġi inforzata l-kwota ta’ ħaddiema b’diżabilità f’kumpaniji minn wara l-COVID-19 lil hawn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li t-tweġiba hija fl-affermattiv.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 443.

Baħar iċ-Ċagħaq - Triq il-Kosta – Persuni mħarrka għal sewqan eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew imħarrka fuq sewqan eċċessiv (overspeeding) fi Triq il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq minn Mejju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

No response available.

Użu tal-kannabis fil-pubbliku - Persuni mħarrka

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30686, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-55 persuna li ġew imħarrka għax inqabdu jagħmlu użu mill-kannabis fil-pubbliku bejn Mejju 2025 u 23 ta’ Settembru 2025 kienu Maltin u kemm kienu barranin? Jista’ jgħid ukoll il-lokalità ta’ fejn dawn il-persuni ġew imħarrka?

Response (CAMILLERI, BYRON)

No response available.

San Ġiljan - Bejgħ ta’ droga - Persuni arrestati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30684, jista’ l-Ministru jgħid minn liema pajjiżi kienu ġejjin il-35 barrani li ġew arrestati f’San Ġiljan fuq bejgħ ta’ droga? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu turisti u kemm għandhom permess ta’ residenza? Peress li fit-tweġiba ntqal li dawn ġew arrestati “f'diversi postijiet li ma jinkludix ġewwa Spinola Gardens.”, jista’ l-Ministru jgħid fejn (il-post u l-isem tat-triq) ġew arrestati dawn il-persuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-35 barrani li ġew arrestati f’San Ġiljan fuq bejgħ ta’ droga kienu tnejn u għoxrin persuni mis-Somalia – erbgħa mill-Eritrea – tnejn mis-Serbja – u wieħed f’kull każ mill-Algeria – Sudan – Bulgaria – Senegal -  Jamaica – Gambia  u Libja. Fil-maġġoranza dawn ġew arrestati Triq San Ġorġ, inkluż il-każi fejn involuti il-Maltin, u kien hemm każ fi Triq il-Qalb Imqaddsa, ieħor Triq Santa Wistin u ieħor Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ. Il-persuni kollha kellhom il permess biex ikunu Malta, jew status ta' refuġjat/status sussidjarju.

Għawdex u Kemmuna – Traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ reati li seħħew f’Għawdex u f’Kemmuna li kienu relatati ma’ traffikar ta’ droga, mill-2011 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi  n-numru ta’ reati li seħħew ġewwa Għawdex li kienu relatati ma’ traffikar ta’ droga, mis-sena 2011 sal-aħħar ta’ Settembru 2025, kienu kif jidher fit-tabella. Sena Numru ta' Każi 2011 4 2012 11 2013 17 2014 4 2015 11 2016 5 2017 9 2018 5 2019 12 2020 6 2021 1 2022 5 2023 1 2024 1 2025 11 103

Rapporti dwar atti ta’ indiċenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ indiċenza matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fis-sistema tal-Pulizija ġew irreġistrati erbgħa u għoxrin (24) rapport matul is-sena 2024, u tletin (30) rapport matul is-sena 2025 sal-24 ta’ Settembru, relatati ma’ każi ta’ persuni li esponew lilhom infushom indiċentement f’dawn il-gżejjer.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Gwardjani u uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani u uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u jaqsam din l-informazzjoni skont ir-rank tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi bħalissa l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi timpjega 414 -il uffiċjal korrettiv fuq bażi ta’ full-time u 20 fuq bażi part-time, hekk kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Dan minbarra persuni oħra ċivili u professjonisti. Rank Ħaddiema Spettur Korrettiv Anzjan 5 Spettur Korrettiv Klassi II 14 Spettur Korrettiv Klassi I 1 Surġent Maggur Korrettiv 35 Surġent Korrettiv 42 Uffiċjal Korrettiv Klassi II 36 Uffiċjal Korrettiv Klassi I 87 Uffiċjal Korrettiv – 194 194 Uffiċjal Korrettiv Riżerva (Part-time) 20

In-Naxxar - Rapporti dwar atti ta’ indiċenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ indiċenza fil-lokalità tan-Naxxar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sistema tal-Pulizija ġew reġistrati żewġ rapporti dwar każi ta’ persuni li esponew lilhom innifishom indiċendement matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-aħħar t’Awwissu, ġewwa n-Naxxar

L-Imġarr, Malta - Rapporti dwar atti ta’ indiċenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ indiċenza fil-lokalità tal-Imġarr, Malta matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fis-sistema tal-Pulizija ma ġew irreġistrati l-ebda rapporti dwar każi ta’ persuni li esponew lilhom infushom indiċentement matul is-sena 2024 u s-sena 2025, sal-aħħar ta’ Awwissu, ġewwa l-Imġarr

Il-Mellieħa - Rapporti dwar atti ta’ indiċenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ indiċenza fil-lokalità tal-Mellieħa matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fis-sistema tal-Pulizija ma ġew irreġistrati l-ebda rapporti dwar każi ta’ persuni li esponew lilhom infushom indiċentement matul is-sena 2024 u s-sena 2025, sal-aħħar ta’ Awwissu, ġewwa l-Mellieħa.

San Pawl il-Baħar - Rapporti dwar atti ta’ indiċenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ indiċenza fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sistema tal-Pulizija hemm reġistrati ħames rapporti dwar każi ta’ persuni li esponew lilhom innifishom indiċendement matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-aħħar t’Awwissu, ġewwa San Pawl il-Baħar.

Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li r-rapporti dwar atti ta’ vandaliżmu rreġistrati fis-sistema tal-Pulizija kienu, 1053 fis-sena 2024 u 710 sal-24 ta’ Settembru, 2025.

Ħaddiema barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra

Is-Siġġiewi - persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu s-Siġġiewi u li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Hawn taħt għandek issib tabella li turi n-numru ta’ persuni li jgħixu s-Siġġiewi u li kienu jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-reġistru f’ dawn l-aħħar tlett snin (2023-2025), maqsuma xahar b’xahar li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-aħħar ċifri ppubblikati huma t’Awwissu 2025.

In-Naxxar - Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu fil-lokalità tan-Naxxar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ rapporti li saru lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu fil-lokalità tan-Naxxar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-24 ta’ Settembru, maqsuma sena b’sena, kienu kif jidher fit-tabelli hawn taħt. Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu - Sena 2024 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Ottubru Novembru Diċembru Total 3 1 3 2 1 3 1 2 1 2 2 2 Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu - Sena 2025 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Total 2 2 3 1 1 5 2 2 0