Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni residenti f'Malta u Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11668, filwaqt li huwa apprezzat ix-xogħol li jagħmel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-eżerċizzju importanti taċ-ċensiment, peress li dan huwa eżerċizzju li sar sentejn ilu u ma jerġax isir fil-futur qarib, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni mitluba aġġornata sal-lum tistax tinkiseb mir-rekords ta' Identità (eks Identity Malta), u jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni residenti f'Malta u f’Għawdex sal-aħħar ta’ Settembru 2023 (jew l-iżjed data riċenti li għaliha din l-informazzjoni hija disponibbli)? Jista' jara li din il-figura tinkludi persuni kemm ’il fuq minn 18-il sena u kemm taħt it-18-il sena u kemm dawk ta' nazzjonalità Maltija u barranija, kif ukoll dawk residenti fi djar tal-anzjani (pubbliċi u privati), sptarijiet (pubbliċi u privati), fiċ-ċentri miftuħa, ċentri ta' detenzjoni u fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Barra minn hekk jista’ wkoll jaqsam dawn il-figuri skont il-lokalità, f'dan il-format: (Lokalità; Maltin <18-il sena ; Maltin >18-il sena ; Barranin <18-il sena ; Barranin >18-il sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

San Pawl il-Baħar, Xemxija — Eks Mistra Village – Rapporti mal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport wasal għand il-pulizija rigward is-sit tal-eks Mistra Village, Xemxija, f’San Pawl il-Baħar, matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ir-rapporti, meta waslu għand il-Pulizija u x'passi ttieħdu wara li daħlu dawn ir-rapporti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena ma kienx hemm rapporti reġistrati mal-pulizija, li huma relatati mas-sit tal-eks Mistra Village, ix-Xemxija, f’San Pawl il-Baħar.

San Pawl il-Baħar, Xemxija — Eks Mistra Village – Rapporti mal-LESA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport wasal għand il-Local Enforcement System (LESA) rigward is-sit tal-eks Mistra Village, Xemxija, f’San Pawl il-Baħar, matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ir-rapporti, meta waslu għand il-LESA u x’passi ttieħdu wara li daħlu dawn ir-rapporti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Aġenzija LESA ma rċevietx rapport dwar dan is-sit.

Għawdex -Rapporti ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ rapporti ta’ serq f’Għawdex għal kull sena mis-sena 2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi t-total ta’ rapporti ta’ serq f’Għawdex għal kull sena mis-sena 2010 sal-aħħar ta’ Settembru kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Sena 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Sa 30/09/2023 Ammont 247 224 228 264 285 276 259 234 231 272 192 182 199 170

Għawdex — Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika f’Għawdex għal kull sena mis-sena 2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi t-total ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika mis-sena 2010 sat-30 ta’ Settembru 2023 kien kif jidher hawn taħt: Sena 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Sa 30/09/2023 Ammont 23 28 19 27 29 31 39 36 49 65 103 81 92 74

Għawdex — Rapporti ta’ computer misuse

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ rapporti ta’ computer misuse f’Għawdex għal kull sena mis-sena 2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi t-total ta’ rapporti ta’ computer misuse f’Għawdex, li ġew irrapurtati mal-Pulizija mis-sena 2010 sas-16 ta’ Ottubru 2023, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Sena 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Sa 16/10/2023 Ammont 4 8 5 11 8 12 10 13 6 8 16 14 21 63

Malta u Għawdex — Rata ta’ kriminalità għal kull elf persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta’ kriminalità fl-aħħar sena għal kull elf persuna ġewwa Malta, u kemm kienet ġewwa Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi r-rata ta’ kriminalità għas-sena 2022 għal kull elf persuna ġewwa Malta u Għawdex, kienet kif indikata fit-tabella hawn taħt. Rata ta’ reati għal kull elf persuna Sena 2022 Reati għal kull 1000 persuna Rata ta’ Malta u Għawdex 28 Rata ta’ Malta 29 Rata ta' Għawdex 24

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Detenuti li jaħdmu fil-Faċilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm detenuti fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li jaħdmu ġewwa l-Faċilità u x’inhu x-xogħol li jagħmlu? Jista’ jgħid ukoll kemm jitħallsu u x’inhuma is-sigħat li jaħdmu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mill-popolazzjoni ta' residenti tal-ħabs kważi 60% tal-popolazzjoni kollha għandhom jew impjieg fil-ħabs, jew barra jew fil-komunità. Infurmat li 371 priġunier li għandhom xogħol fil-ħabs. Ix-xogħlijiet li jagħmlu dawn il-priġunieri jvarja. Il-priġunieri jaħdmu fl-IT, fid-dipartiment tal-edukazzjoni, fl-uffiċċju tar-rekords, fil-kċina, maintenance, laundry, electricians, fitters, maxtrudaxxi, fit-tuck shop, fil-forn tal-ħabs, fil-canteen, fil-gym, bħala cleaners (li jinkludi wkoll car wash), fil-kappella u anke fil-ġebel. Infurmat li dawn jingħataw allowance ta' €10 kuljum u ċioè jvarja bejn €217 fix-xahar u €300 fix-xahar. Infurmat li dawk jaħdmu fid-diviżjoni tagħhom stess jingħataw allowance ta' €20. Hemm ukoll proġett ma’ kumpanija privata tal-artificial intelligence fejn jingħataw allowance bir-rata ta’ €75 fix-xahar għal 4 jew 6 sigħat fil-ġimgħa. Ukoll infurmat illi t-total ta’ priġunieri li joħorġu mill-faċilità huwa ta’ 15. 2 priġuneri Community Work jaħdmu 5 sigħat kuljum u jingħataw allowance ta' €200 fix-xahar. 4 priġunieri fuq pre-release work (Jobsplus scheme – jitħallsu 80% tal-minimum wage) u jaħdmu 8 sigħat kuljum. 5 priġunieri jaħdmu f’xogħol estern ma’ kumpaniji għal 8 sigħat kuljum u jingħataw allowance ta' €300 fix-xahar. 2 priġunieri apprenticeship jaħdmu 5 sigħat kuljum u jingħataw stipendju mill-MCAST/UOM. 2 priġunieri ITS Course - stipendju mogħti mill-ITS.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Detenuti li jaħdmu barra mill-Faċilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm detenuti fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li jaħdmu barra mill-Faċilità u x’inhu x-xogħol li jagħmlu? Jista’ jgħid ukoll kemm jitħallsu u x’inhuma s-sigħat li jaħdmu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12341.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Detenuti li qed isegwu xi kors fil-Faċilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm detenuti fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed isegwu xi kors li jiġi offrut fi ħdan il-Faċilità stess u x’inhuma dawn il-korsijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi hemm dan in-numru ta’ detenuti li qed isegwu kors offrut fi ħdan il-Faċilità stess. Isem tal-Kors Numru ta’ studenti English (various levels, according to assessment) 112 English as a Foreign Language 13 Maltese as a Foreign Language 8 Digital Skills 10 Information Technology 7 Maths 13 Spanish 14 Italian 15 Gym/sport sessions 210 MFA Cross Bars project 20 Interior Design 11 Customer Care 25 Psychoeducational Groups 58 Personal Empowerment & Leadership 12 Yoga 4 First Aid 20 Food Handling Cat B 10 Cookery 14 Crafts 8 Tile Laying 6 Infurmat ukoll illi hemm dan in-numru ta’ detenuti li qed isegwu kors offrut minbarra l-Faċilità. Isem tal-Kors Numru ta’ studenti Food Handling, Preparation and Service Operations 10 MCAST - Advance Diploma in Masonry Heritage Skills 1 University of Malta - MSc in Engineering 1

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Detenuti li qed isegwu xi kors barra mill-Faċilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx detenuti fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed isegwu xi kors offrut minn barra l-Faċilità u x’inhuma dawn il-korsijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12343.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Rata ta’ paga għad-detention officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm detention officers li matul is-sena 2022, il-paga tagħhom, bl-allowances u l-overtime telgħet għal aktar minn €3,000 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll f’liema shift ħadmu u l-lokalitajiet fejn jgħixu dawn l-istess ħaddiema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li ma jeżistix l-grad imsemmi ġewwa l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Żona ta' Paceville, San Ġiljan – Skwadra speċjali tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti data definittiva meta ser titwaqqaf l-iskwadra speċjali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija għaż-żona ta' Paceville f'San Ġiljan kif ġie ssuġġerit mill-Police Officers Union f'Lulju 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7055.

Riforma dwar it-traffikar uman u l-prostituzzjoni — Sottomissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-Riforma dwar it-traffikar uman u l-prostituzzjoni bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2019?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11472.

Repatriation — persuni akkużati b'reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew re-patriated lura lejn pajjiżhom wara li ġew akkużati b'reati kriminali tul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-aħħar xhur u snin il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ħa deċiżjonijiet importanti sabiex pajjiżna jiprattika politika ta’ immigrazzjoni ġusta, li tinkludi li min m’għandux id-dritt li jibqa’ f’pajjiżna, ikun imneħħi mill-pajjiż. Dan anke wara li twaqqaf returns unit fi ħdan il-Ministeru. Infurmat li n-numru ta’ persuni li tneħħew mill-pajjiż huwa provdut fit-tabella riprodotta hawn taħt. Dan in-numru jinkludi dawk li daħlu fil-pajjiż b’mod irregolari u ma kellhomx dritt għall-ażil, u dawk li jkunu kissru l-liġijiet ta’ pajjiżna u għaldaqstant jitneħħew mill-pajjiż. Qed niprovdi wkoll in-numru ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa fuq il-fruntiera. Sena 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 sa 17/10/2023 Ritorn 98 182 96 172 223 206 136 415 944 1043 Deċiżjonijiet ta’ Ritorn maħruġa mal-fruntiera 323 272 312 282 284 384 256 279 336 237

Konfiska ta’ Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi jsir mid-droga kollha li tinqabad? Jekk tinqered, fejn u kif? Jekk veru tinqered, tista’ ssir fil-preżenza tal-pubbliku u jiġi wkoll ikkonfermat minn liema konfiska u l-kwantità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kull droga maqbuda minn kull awtorita kompetenti, dejjem tiġi distrutta fil-mument opportun. Id-droga li tkun maqbuda f’ċikostanzi fejn ma jkunx hemm persuni li jitressqu l-Qorti, bħal istanzi meta din tinstab in tranżitu f’pajjiżna u fejn l-ebda persuna ma tkun ġiet imressqa l-qorti, tiġi distrutta fil-preżenza tal-Maġistrat Inkwirenti, li minn naħa tiegħu ikun preżenti personalment jew inkella jkun hemm espert imqabbad minnu stess, sabiex isegwi il-proċess kollu tad-distruzzjoni. B’żieda ma’ dan, l-istess Maġistrat Inkwirenti jista’ jaħtar esperti forensiċi sabiex jirrekordjaw l-istess proċess li eventwalment jifforma parti mill-atti tal-inkjesta. Id-distruzzjoni ssir permezz ta’ inċineratur. Id-droga li tkun esebita bħala prova f’kawżi kriminali li jkunu ttieħdu kontra persuna jew persuni, tiġi distrutta meta l-istess sentenza tkun ġiet deċiża b’mod definittiv. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Qorti li tiddeċiedi s-sentenza, tordna d-distruzzjoni tal-istess droga u tkun l-istess Qorti li tiddeċiedi dwar il-mod ta’ kif issir tali distruzzjoni. Il-proċess ta’ distruzzjoni ta’ droga mhux pubbliku, u huwa kkonsidrat proċess trasparenti biżżejjed.

Għawdex — Port tal-Imġarr - Rilokazzjoni għall-membri tal-AFM

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10781 li ngħatat fil-11 ta' Lulju 2023, fejn kien ġie imwieġeb illi “fil-jiem li ġejjin hemm meeting skedat ma’ Transport Malta għal aktar diskussjonijiet”, jista’ l-Ministru jgħid x' kien l-eżitu ta' dan il-meeting? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan tal-post alternattiv ta' rilokazzjoni li ġie identifikat? Jista’ jaġġorna wkoll lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi u xi jmiss issa u meta hu maħsub, xahar u sena, li ssir ir-rilokazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi d-diskussjonijiet imsemmija kienu relatati mal-art li hija assenjata lil Transport Malta. Is-site plan mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bħalissa qed jitfasslu pjanijiet għall-approvazzjonijiet eventwali tal-permessi.

LESA u Pulizija — Multi fil-konfront ta' e scooters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il multa nħarġet mil-LESA u l-Pulizija fil-konfront ta' escooters f'kull lokalità għas-snin 2019-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u kemm minn dawn il-multi tħallsu sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed niprovdi l-informazzjoni mitluba fit-tabella hawn taħt. Lokalità 2020 2021 2022 2023 Sliema 1,275 2,433 2,954 San Ġiljan 1,110 2,161 2,137 Msida 1 532 755 607 Gżira 1 554 501 749 San Ġwann 273 630 482 San Pawl il-Baħar 111 640 626 Birkirkara 2 186 602 513 Swieqi 118 544 249 Marsaskala 409 401 Valletta 118 340 306 Ħamrun 41 345 275 Ta' Xbiex 1 128 170 129 Pieta` 53 250 108 Qormi 8 165 216 Santa Venera 47 206 119 Pembroke 29 209 94 Floriana 40 50 180 Marsa 23 161 65 Attard 11 65 125 Balzan 8 82 98 Żebbuġ 1 4 114 Lija 2 21 77 Paola 47 46 Iklin 2 40 47 Tarxien 40 34 Fgura 1 22 37 Mosta 5 16 38 Mellieħa 11 44 Bormla 22 22 Naxxar 19 19 6 Birgu 15 17 Żabbar 7 15 Pietà 1 7 Birżebbuġa 6 Għargħur 4 2 Isla 3 Santa Luċija 3 Luqa 2 Kalkara 1 1 Marsaxlokk 2 Mġarr 1

Identità — Rebranding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex sar il-video li l-link tiegħu qed tingħata separatament li juri r-rebranding ta' Identità? Min iddireġieh u kiteb l-iscript tal-istess video?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12192.