Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tagħha bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Tista’ tgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ili l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena ’l fuq li jaħdmu fid-dekasteru tagħha? Jekk hemm, tista' tgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 21443 fir-rigward tal-Ministeru tiegħi.
Dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, l- Aġenzija Sapport għandha persuna waħda bi skala ta’ Senior Care Worker.
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda laqgħat fejn jien stajt nattendi għalihom fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew fil-Kunsill tal-Ewropa, u mhux mistenni li jkolli attendenzi matul dawn ix-xahar u nofs tas-sena 2024.
Baġit 2025 — Ċentru ta’ Matul il-Jum għal anzjani b’diżabilità
Question
B'referenza għal dak li hemm imsemmi fid-dokument tal-Baġit 2025 dwar Ċentru ieħor ta’ Matul il-Jum biex jilqa’ anzjani b’diżabilità, tista' l-Ministru tgħid l-anzjani ta' liema età ser ikunu jistgħu jattendu dan iċ-Ċentru ladarba dan jibda jiffunzjona? Tista' tgħid ukoll jekk dan iċ-Ċentru hux ser ikun operat mill-Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan iċ-Ċentru ser jilqa’ fih anzjani b’diżabilità li diġà jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport, dan bħala parti mill-istrateġija tal-Aġenzija biex jiġu rispettati l-etajiet, u għalhekk il-programm ikun iżjed addattat għalihom. Dan is-servizz ser ikun immexxi mill-Aġenzija Sapport.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22546, rigward is-servizzi ta' Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport, tista' l-Ministru tgħid jekk issirx analiżi ta' x'inhi r-raġuni għaliex persuni ma jibqgħux interessati li jirċievu s-servizz? Jekk iva, x'kienu r-raġunijiet?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta persuni b’diżabilità ma’ jattendux iċ-ċentru għal perijodu ta’ tlett xhur, isir kuntatt mal-familja sabiex jaraw għaliex il-persuna mhux qed tattendi. F’dan il-kuntatt jiġu diskussi r-raġunijiet għaliex, kif ukoll tiġi offruta gwida għal servizzi oħra li hemm disponibbli għall-persuna b’diżabilità fi ħdan Aġenzija Sapport bil-possibilità li tkun tista’ tibbenifika minnhom.
Id-deċiżjoni li jiġi tterminat is-servizz f’dan il-każ tiġi mill-familja, jew jiġi tterminat jekk ma’ jkunx hemm rispons wara ħafna attentati għal kuntatt mal-familja u l-persuna b’diżabilità.
Girl Guides Groups li m’għandhomx sit fejn jiltaqgħu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi ftehim mal-Girl Guides Groups li m’għandhomx sit fejn jiltaqgħu? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi ftehim ma’ dawn il-gruppi biex jinstabilhom post fejn jiltaqgħu u jaħżnu l-equipment tagħhom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmata li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) m’għandux tali informazzjoni. Din hija informazzjoni li tista’ tintalab mill-għaqdiet rispettivi.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-blue badge tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet revokata wara li kienet ilha tintuża għal żmien twil minn persuna li hija fil-bżonn?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Blue Badge tal-persuna msemmija ma ġietx imġedda fis-sena 2023 wara li sar l-assessjar mediku u ġie determinat li mhijiex eliġibbli skont il-kriterji elenkati fil-premessa numru 13 ta’ Kap. 560 (Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità). Huwa indikat li l-persuna msemmija appellat din id-deċiżjoni, liema deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-Bord tal-Appell pertinenti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14514, tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm dwar id-definizzjoni ta' 'Assistent Personali' ma' Jobsplus?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lil Onor. Interpellant li r-riforma tal-Assistenza Personali tinkludi fiha l-iżvilupp ta’ Att legali li fost affarijiet oħrajn ser ikun fih it-tifsira ta’ Assistent Personali. Dan l-istess Att ser ikun maħruġ għal-konsultazzjoni pubblika iżjed ’il quddiem.
Tista’ l-Ministru telenka s-siti kollha fejn jiltaqgħu l-Boy Scout Groups f’kull lokalità? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha ta’ dawn is-siti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru telenka s-siti kollha fejn jiltaqgħu l-Girl Guides Groups f’kull lokalità? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha ta’ dawn is-siti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Boy Scout Groups li m’għandhomx sit fejn jiltaqgħu
Question
Tista’ l-Ministru telenka liema Boy Scout Groups m’għandhomx sit fejn jiltaqgħu? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi ftehim ma’ dawn il-gruppi biex jinstabilhom post fejn jiltaqgħu u jaħżnu l-equipment tagħhom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi ġejt infurmata li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) m’għandux tali informazzjoni. Din hija informazzjoni li tista’ tintalab mill-għaqdiet rispettivi.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Mejju 2023?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16399.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu ż-żmien medju bejn meta persuna tagħmel kuntatt mal-Aġenzija Sapport għall-assessjar inizjali u meta verament isir l-assessjar inizjali? Tista' tgħid ukoll kemm-il persuna preżentement qiegħda tistenna li jsir l-assessjar wara li tkun ingħatat appuntament?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żmien medju ta’ kemm persuna ddum tistenna minn meta jingħatalha l-appuntament għal meta attwalment iseħħ l-appuntament għall-assessjar inizjali hu ta’ madwar ġimgħatejn.
Fid-data tat-tweġiba hemm 20 persuna li għandhom appuntament issettjat u li qed jistennew li jsirilhom l-assessjar inizjali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna preżentement tattendi xi Ċentru ta' Matul il-Jum li tieħu ħsieb l-Aġenzija Sapport? Kif inhuma mqassma l-etajiet ta' dawn il-persuni (age brackets) u kemm hemm persuni f'kull age bracket?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent hemm total ta’ 394 persuna b’diżabilità, imqassmin fl-etajiet skont kif imsemmi fit-tabella:
Ċentru ta’ Matul il-Jum
Numru ta’ persuni b’diżabilit
à
Etajiet
Ħal Far
66
22-76
Gardjola
17
24-60
Birgu
24
24-88
Mtarfa
65
20-70
Mtarfa Resource
37
21-72
Għajnsielem Learning Hub
20
25-73
Swatar
22
20-50
Sliema
34
24-50
Paola
36
21-67
Fleur de Lys
49
24-76
Baħar iċ-Ċagħaq
24
21-40
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' blue badge holders u n-numru ta’ persuni li għandhom l-EU disability card sal-aħħar ta' Settembru 2024, separatament? Minn dawn, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-aħħar ta’ Settembru 2024, kien hemm 24,971 detentur tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità u 11,737 detentur tal-Blue Badge. Dawn kienu mqassmin kif ġej:
Ġeneru
TotalFirxa ta’ etajietRġielNisaX
Detenturi ta’ EU Disability Card
sal-aħħar ta' Settembru 2024
24,9710 – 18 sena13655561
19 – 35 sena11107568
36 – 60 sena234620871
60+ sena787788622
Total12,69812,26112
Detenturi ta’ Blue Badge
sal-aħħar ta' Settembru 2024
11,7370 – 18 sena6572760
19 – 35 sena3622280
36 – 60 sena10139791
60+ sena440238190
Total6,4345,3021
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-għaqdiet volontarji kollha reġistrati sal-aħħar ta' Settembru 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm kien it-total tal-għaqdiet volontarji reġistrati sal-aħħar ta' Settembru 2024?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Filwaqt li t-total tal-għaqdiet volontarji li huma enrolled mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji sal-aħħar ta' Settembru 2024 huma 1,888.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17228 dwar 142 blue badge li kellhom jiġu rritornati lura matul is-sena 2023, tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm dwar dawn l-istess blue badges?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s'issa ġew ritornati 101 blue badge mill-142 li kellhom jiġu rritornati matul is-sena 2023 minħabba li l-persuna ma tkunx għadha eliġibbli. Min ma jirritornax Blue Badge għax skaduta, għax id-detentur ikun miet jew għax m'għaddiex mill-proċess ta' tiġdid tintbagħatlu ittra biex jirritornaha. Fl-istess ittra, minbarra fil-konsegwenzi legali li jġorr in-nuqqas ta' ritornar tal-badge, jingħata l-parir biex jekk il-Blue Badge tkun intilfet jew wieħed jissuspetta li nsterqitlu, għandu jew jagħmel rapport mal-pulizija jew jieħu affidavit u jgħaddi kopja r-rapport jew affidavit biex jidħol fir-rekords tal-każ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna ma baqgħetx tattendi xi Ċentru ta' Matul il-Jum li tieħu ħsieb l-Aġenzija Sapport separatament għas-snin 2022, 2023 u 2024 u għal kull każ tgħid x'kienu r-raġunijiet għal dan?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-snin imsemmija kien hemm total ta’ 101 persuna b’diżabilità li ma baqgħux jattendu s-servizzi ta’ matul il-jum ta’ Aġenzija Sapport, għar-raġunijiet elenkati fit-tabella.
Raġuni
2022
2023
2024 (Jannar – sad-data tat-tweġiba)
M’għadhomx interessati li jirċievu s-servizz
25
24
13
Bdil fis-servizz
1
3
1
Ingaġġ f’impjieg
1
1
1
Saħħa deterjorata
5
5
2
Mewt
6
6
6
Kura tal-ġenituri anzjani
0
1
0
Total
38
40
23
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi
Question
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtha għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, tista’ tagħti:
a. L-isem l-attivita;
b. L-iskop tal-attività;
c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.);
d. Id-Data tal-attività;
e. Il-post fejn saret;
f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u
g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Tista' l-Ministru tgħid jekk blue-badge holders jiġux notifikati meta l-badge tagħhom tkun se tiskadilhom? Jekk iva, tista' tgħid kif jaħdem dan il-proċess, u jekk le, jista' jiġi kkunsidrat li wieħed jirċievi notifika awtomatika?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent meta persuna tiġbor id-dokument tal-Blue Badge tiġi infurmata dwar id-data tal-iskadenza u li għandha tissottometti applikazzjoni għal tiġdid 3 xhur qabel tiskadi l-istess Blue Badge permezz ta’ fuljett informattiv. Dan minbarra li dan l-avviż jinsab ukoll fuq il-paġna tal-Blue Badge fis-sit elettroniku ta’ Aġenzija Sapport li tħaddem dan is-servizz, fuq l-applikazzjoni (kemm għal dokument ġdid kif ukoll għal tiġdid) u fil-pubblikazzjonijiet tal-Aġenzija, u kull fejn tingħata promozzjoni dwar dan id-dokument u l-użu tiegħu.
Għalkemm fid-direttiva li ser tkun qed tiġi imposta fuq il-pajjiżi Ewropej rigward il-European Parking Card għall-persuni b’diżabilità, l-istati membri mhux ser ikunu rikjesti biex ifakkru lill-persuna li d-dokument tagħha jkun wasal biex jiskadi, xorta waħda Aġenzija Sapport fl-2025 ser tkun qed timplimenta sistema ġdida biex tiffaċilita l-proċess kollu filwaqt li tfakkar ukoll lill-klijent li ser jiskadilu d-dokument.