Legislature:
Category:
Reset
Active:

Infrastructure Malta – Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li preżentement għaddej ix-xogħol fuqhom minn Infrastructure Malta bid-dettalji segwenti: i.    it-triq u l-lokalità; ii.   it-tip ta' proġett; iii.  id-data ta' meta nbeda l-proġett; u iv.  it-tul tal-eżekuzzjoni tal-proġett (f'ġimgħat/working weeks) skont kif indikat fit-tender, framework jew dokument ta' procurement ieħor?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema proġett qed jirreferi.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (ATTARD, JONATHAN)

It-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 70 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 414 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 70 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni ‘l fuq minn 70 sena fid-dinja tax-xogħol żdied għal 8,440 fl-2026 minn 6,124 fl-2021. Din l-informazzjoni hija miġbura mill-formoli ta’ bidu u tmiem ta’ impjieg u iżjed informazzjoni dettaljata tinstab fit-tabella t' hawn taħt; ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ’IL FUQ MINN 65 SENA – STATISTIKA 70+ 2021 2022 2023 2024 2025 2026 Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Jannar Total 6,124 6,547 7,091 7,681 8,471 8,440

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 413 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 65 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni ‘l fuq minn 65 sena fid-dinja tax-xogħol żdied għal 15,763 fl-2026 minn 11,487 fl-2021. Din l-informazzjoni hija miġbura mill-formoli ta’ bidu u tmiem ta’ impjieg u iżjed informazzjoni dettaljata tinstab fit-tabella t' hawn taħt; ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ’IL FUQ MINN 65 SENA – STATISTIKA 65+ 2021 2022 2023 2024 2025 2026 Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Jannar Total 11,487 12,407 13,499 14,517 15,795 15,763

Proġett ‘Beautiful Malta Initiative’ – Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 130 u jgħid jekk hux se jittieħdu fondi mill-Planning Fund allokat għall-Kunsilli Lokali fil-proġett ‘Beautiful Malta Initiative’?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onovervoli Interpellant illi għall-proġett ‘Beautiful Malta Initiative’ mhumiex ser jittieħdu fondi mill-Planning Fund allokat għall-Kunsilli Lokali.

Ir-Rabat, Malta – Toroq li ngħataw it-tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fir-Rabat, Malta ngħataw it-tarmak bejn April u Ġunju 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn April u Ġunju 2024, ingħata asalt fi Triq il-Maltin Internati u Eżiljati, Triq il-Kav Vincenzo Bonello, Triq Santa Katerina, Triq Antonio Nani, Triq Għar Barka, Triq in-Nigret, Triq il-Ġarġir, Triq l-Iskultura, Triq tat-Tabija, Vjal il-Ħaddiem u Triq Għajn Qajjet, Rabat, Malta.

Permess għal żieda fl-għoli tal-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi li jinvolvu żieda fl-għoli tal-bini lil hinn minn dak eżistenti fiż-żona matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat  liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.

L-Awtorità tal-Ippjanar - Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal construction permit għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat  liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.

Permessi għal demolition u rebuilding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess relatat ma’ demolition u rebuilding ġie approvat matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 kienu ġew approvati 482 applikazzjoni għal żvilupp li kienu jinkludu il-kliem ‘demolish’, ‘demolition’, ‘twaqqa’, jew ‘twaqqiħ’ fid-deskrizzjoni tal-proposta provduta mill-Perit tal-każ, fejn id-deskrizzjoni tinkludi ukoll kostruzzjoni ta’ bini. Dan ifisser li n-numru jinkludi każijiet fejn it-twaqqiħ seta’ kien biss twaqqiħ ta’ ħajt (boundary wall) u li fuq is-sit kien qed jintalab ukoll li ssir kostruzzjoni ġdida; jew każijiet fejn sar biss twaqqiħ parzjali tal-istruttura oriġinali u li fuq is-sit kien qed jintalab ukoll li ssir kostruzzjoni ġdida.

Permessi għall-bini approvati b’mod aċċellerat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess għall-bini ġie approvat permezz ta’ fast-track procedure jew accelerated processing matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat  liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.

Permessi għall-bini approvati wara oġġezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess għall-bini ġie approvat matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 wara li ġew sottomessi oġġezzjonijiet minn residenti, NGOs jew kunsilli lokali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat  liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.

Permessi għall-bini

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi għall-bini approvati matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026 fuq: (i) art ODZ; (ii) siti skedati; u (iii) Urban Conservation Areas (UCAs)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat  liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Persuni li ħarġu mis-suq tax-xogħol – Sena 2026

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ħarġet mis-suq tax-xogħol fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kawża ewlenija, inkluż irtirar, emigrazzjoni u raġunijiet oħra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.

Persuni impjegati f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata f'Malta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bejn ċittadini Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċittadini ta' pajjiżi terzi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.

Infrastucture Malta – Miżuri – Tibdil fil-klima

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji (policies u tekniċi) dwar x'miżuri qed tieħu Infrastructure Malta fil-proġetti tagħha fir-rigward tat-tibdil fil-klima u sabiex is-sistema infrastrutturali tagħna tkun iktar reżiljenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 60 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 412 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 60 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni ‘l fuq minn 60 sena fid-dinja tax-xogħol żdied għal 31,460 fl-2026 minn 24,645 fl-2021. Din l-informazzjoni hija miġbura mill-formoli ta’ bidu u tmiem ta’ impjieg u iżjed informazzjoni dettaljata tinstab fit-tabella t'hawn taħt: ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ’IL FUQ MINN 60 SENA – STATISTIKA 60+ 2021 2022 2023 2024 2025 2026 Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Jannar Total 24,645 26,448 28,039 29,735 31,527 31,460