Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kienx konsulent tal-Air Malta, jekk għadux u jekk għadu, kemm hi r-rimunerazzjoni tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu msemmi fil-mistoqsija ma ngħata ebda konsulenza mill-Air Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma impjega lil ħadd bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Fl-2022 saret spiża ta’ €2,800 għal servizzi ta’ fotografija.
Ħlas lill-barklora b’rabta mat-turisti li niżlu f’pajjiżna
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6842 u b’referenza għall-istatistika li turi li fl-ewwel tliet xhur tas-sena niżlu f’pajjiżna 72,000 persuna bil-cruiseliners, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Att dwar il-Ħlas ta’ Dritt lill-Barklori (Kap. 73 tal-Liġijiet ta’ Malta) ġiex osservat u jekk inġabrux il-flus hemm indikati? Jekk iva, meta ser jiġu distribwiti lill-barklora?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6941.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8342 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li għandhom 'il fuq minn 70 sena u li jaħdmu
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 70 sena li kienu jaħdmu matul is-sena 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni minn 70 sena ’l fuq li kienu għadhom qed jaħdmu sal-aħħar ta’ Novembru 2022 fuq bażi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom kien ta’ 6,585.
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Novembru 2022.
Persuni li għandhom 'il fuq minn 75 sena u li jaħdmu
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 75 sena li kienu jaħdmu matul is-sena 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ individwi minn 75 sena ’l fuq li kienu għadhom qed jaħdmu sal-aħħar ta’ Novembru 2022 fuq bażi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom kien ta’ 3,170.
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Novembru 2022.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm administrative penalties maħruġa mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul is-sena 2022? Jista' jgħid kemm minnhom (numru u total tal-ammonti rispettivi) kienu riżultat ta’ irregolaritajiet li nstabu waqt onsite inspections?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MFSA imponiet penalitajiet amministrattivi fl-2022 u li dawn jammontaw għal total ta’ 37.
Dawn jistgħu jkunu kemm riżultat ta’ irregolaritajiet li nstabu waqt “onsite inspections” kif ukoll, permezz ta’ “offsite supervisory work” ieħor mwettaq mill-MFSA rigward l-entitajiet liċenzjati/awtorizzati minnha. Barra minn hekk, l-Awtorità timponi wkoll azzjoni ta’ infurzar f’każijiet ta’ twettiq ta’ attività mingħajr il-liċenzja/awtorizzazzjoni neċessarja.
Informazzjoni rigward kull azzjoni ta’ infurzar, inkluż l-impożizzjoni ta’ penalitajiet amministrattivi meħuda mill-MFSA, hija disponibbli pubblikament skont l-artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont il-Publication policy tal-Awtorità.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rata ta’ in-work poverty f’pajjiżna, sena b’sena, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont Statistika dwar id-Dħul u Kundizzjonijiet tal-Ħajja (EU-SILC), ir-rata ta’ in-work poverty f’Malta għall-persuni fl-età ta’ bejn it-18 u l-64 sena u, skont il-Eurostat, fiż-Żona Ewro kull sena fil-perjodu ta’ bejn l-2018 u l-2022 hi kif indikat fit-tabella:
SenaMaltaŻona Ewro
20186.4%9.2%
20196.5%8.8%
20207.4%8.7%
20217.3%8.9%
20227.1%N/A*
*
Figuri għall-2022 għadhom mhux ippubblikati.
Trasportazzjoni tal-gass LNG lill-Floating Storage Unit — ħlas
Question
Jista' l-Ministru jgħid min qed iħallas għat-trasport biex il-gass LNG jiġi fornit lill-Floating Storage Unit? Jista’ jgħid jekk dawn l-ammonti hux qed jitħallsu mill-Enemalta u kemm tħallas s'issa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – pakkett finanzjarju
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pakkett finanzjarju tal-Arbitru ġdid għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-salarju, allowances u spejjeż li jitħallsu lill-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji huma daqs dawk li japplikaw fil-każ ta’ Mħallef tal-Qrati Superjuri.
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Avviż 406 tal-Ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 19,565 tad-29 ta’ April 2016 f’dan ir-rigward, li qiegħed ukoll jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru VAT related inspections, xahar b’xahar, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt.
L-ammonti sussegwenti fit-tabella hawn taħt huma l-ispezzjonijiet relatati ma’ VAT bejn l-1 ta’ Jannar, 2013 u t-30 t’April, 2023.
Sena
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Diċembru
2013
716
467
170
707
630
611
532
1090
1086
591
440
584
2014
654
618
199
612
387
479
305
274
325
198
275
241
2015
288
454
482
400
426
351
452
634
415
487
529
741
2016
1007
1063
1004
846
1002
1067
1214
1067
1087
918
1504
1126
2017
855
956
990
1094
10
260
915
890
936
918
818
1456
2018
867
894
719
945
757
689
661
833
579
799
724
1040
2019
626
738
930
589
486
704
533
680
717
715
762
798
2020
614
599
259
127
167
72
30
104
55
54
205
306
2021
115
96
31
19
62
183
234
312
249
270
654
619
2022
283
338
17
334
458
352
829
516
352
374
440
409
2023
414
404
330
356
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8107 dwar ittra tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) datata 26 ta' Settembru 2016 indirizzata lil Bank (Pilatus), jista’ l-Ministru jgħid min kien jifforma parti mill-Compliance Monitoring Committee (CMC) f’dak iż-żmien, min ħa sehem f’dik il-laqgħa u meta saret?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 8107 fejn ġie spjegat b’mod ċar illi kull dokumentazzjoni u informazzjoni li għandu l-Korp hi kunfidenzjali skont l-artikolu 34 tal-Att kontra Money Laundering u għalhekk ma tistax tingħata iktar informazzjoni. Dan jgħodd fir-rigward ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Compliance Monitoring Committee.
Proġett tal-Powerstation tal-Gass — Rendikont tal-Pagamenti ta’ dazju tas-sisa
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tal-pagamenti relattivi, meta saru u minn min tħallas id-dazju tas-sisa fuq il-proġett tal-power station tal-gass? Jista' jispjega wkoll il-kalkoli ta' dawn l-ammonti mħallsa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu tal-operazzjonijiet, jiġifieri Frar tal-2017, sa Frar tal-2023, il-kumpanjia Electrogas Malta Ltd ħallset lid-Dwana ta’ Malta t-total ta’ €11,757,412 bħala Dazju tas-Sisa; u €602,389 bħala Taxxa fuq il-Valur Addizzjonali fuq l-elettriku ġġenerat mill-impjant tagħha.
Mill-bidu tal-operazzjonijiet, jiġifieri Marzu tal-2017, sa Frar tal-2023, il-kumpanija Delimara 3 Power Generation Ltd ħallset lid-Dwana ta’ Malta t-total ta’ €3,963,315 bħala Dazju tas-Sisa; u €346,752 bħala Taxxa fuq il-Valur Addizzjonali fuq l-elettriku ġġenerat mill-impjant tagħha.
Rigward ħlas fuq apparat, turbini, eċċ; relatati mal-bini tal-impjant innifsu, id-Dazju tas-Sisa ma japplikax.
Deċiżjonijiet mill-FIAU dwar penalitajiet sostanzjali
Question
B’referenza għad-diversi deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) matul dawn l-aħħar snin, fejn ġew imposti penalitajiet sostanzjali, li f’ħafna mill-istanzi dawn qed jiġu kkontestati b’suċċess quddiem il-qrati (Sede Kostituzzjonali) bħala li huma bi ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni, u dan fid-dawl tad-deċiżjonijiet diġà meħuda mill-Qrati, bħas-sentenzi li l-informazzjoni dwarhom qed tintbagħat separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex qed jiġi kkonsidrat x’miżuri leġiżlattivi jistgħu jittieħdu biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni dwar il-penalitajiet li qed tkompli timponi l-FIAU?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi niċċara li sa issa kien hemm biss deċizjoni waħda, dik fir-rigward ta' Phoenix Payments Limited vs L-Avvukat tal-Istat u l-FIAU, u din mill-Qorti Ċivili, Prim'Awla, fil-ġuriżdizzjoni kostituzzjonali tagħha, fejn il-provvedimenti tal-Att kontra l-Money Laundering (l-Att) u tal-leġiżlazzjoni sussidarja maħruġa taħtu, li jagħtu s-setgħa u jpoġġu obbligu fuq il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (il-Korp) li jimponi multi amministrattivi, u mhux l-aġir tal-istess Korp, ġew meqjusa bħala li jiksru ċertu provvedimenti kostituzzjonali.
Din id-deċiżjoni hija tat-tħassib għal dak li għandu x’jaqsam mal-mekkaniżmu ta’ infurzar fuq ksur tar-regolameni kontra l-ħasil tal-flus, speċjalment meta l-pajjiż għadu kemm għadda mill-proċess tal-greylisting tal FATF proprju minħabba li kien hemm nuqqas ta' infurzar effettiv kontra ksur ta’ dan it-tip.
In vista
ta’ dan, kemm il-Korp u kif ukoll l-Avvukat tal-Istat ħassew li għandhom l-obbligu li jeżerċitaw id-dritt ta’ appell tagħhom quddiem il-Qorti Kostituzzjonali fl-aħjar interess tal-Pajjiż u fil- fatt jien infurmat li ż-żewġ entitajiet ippreżentaw appell minn din id-deċiżżjoni.
Għalhekk id-deċiżjoni tal-Qorti tal-ewwel grad għadha mhijiex waħda finali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma ngħatat l-ebda informazzjoni ta' data fuq il-vjolenza domestika f'Malta li tinġabar mill-European Institute of Gender Equality, hekk kif ġie rapportat fl-aħħar indiċi li ġew ippubblikati mill-istess Istitut f'Ottubru 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kunflitti ta' interess li għandha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korp ma jitlobx lill-uffiċjali tiegħu dikjarazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess b’mod ġenerali.
L-uffiċjali tal-Korp jiddikjaraw jekk għandomx kunflitt ta’ interess għal kull ka\ individwali li huma jkunu b’xi mod parteċipi fih.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5790 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella t’hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta’ Attard, Balzan, Baħrija, B'Kara, B'Buġia, Bormla, Burmarrad, Dingli, Fgura, Ibraġġ, Iklin, Lija, Għarb, Għargħur, Gudja, Għasri, Għaxaq, Gzira, Ħamrun, Kalkara, Kerċem, Kirkop, Luqa, Manikata, Marsa, M’Skala, M’Xlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Mtarfa, Munxar, Naxxar, Paola, Qala, Qawra, Qormi, Qrendi, Rabat, Safi, San Ġwann, Sannat, Senglea, Sliema, St. Julians, St. Paul’s Bay, Siġġiewi, Sta. Venera, Swatar, Swieqi, Tarxien, Victoria, Xagħra, Xgħajra, Żabbar, Żebbiegħ, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq.
Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li f’dan l-istess perjodu spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji.
ENTITÀ/AWTORITÀIMPJEGATI ĠODDA MINN MARZU 2022 L'HAWNIMPJEGATI LI TELQU MILL-IMPJIEG MINN MARZU 2022 L'HAWN
Air Malta139 36
FIAU288
Jobs Plus230
Malita Investments plc10
Malta Air Travel Ltd/Malta Med Air43 19
Malta Development Bank53
Malta Foundation for Wellbeing of Society06
Malta Stock Exchange44
MFSA92 76
NSO1917
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni ta' kull lokalità f'Għawdex skont l-aħħar statistika li għandu l-Ministeru tiegħu jew l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Popolazzjoni ta' kull Lokalità f'Ghawdex
Total39,287
Għajnsielem u Kemmuna3,523
Il-Fontana1,042
Il-Munxar1,707
Il-Qala2,300
In-Nadur4,548
Ir-Rabat, Għawdex7,242
Ix-Xagħra5,161
Ix-Xewkija3,555
Iż-Żebbuġ3,303
L-Għarb1,549
L-Għasri518
San Lawrenz772
Ta' Kerċem1,881
Ta' Sannat2,186
Sors: Ċensiment tal- popolazzjoni u d-djar 2021
FIAU – kumpaniji jew professjonisti li ngħataw multa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kumpaniji jew professjonisti li bejn l-2019 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari ngħataw multa mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li taqbeż l-10% tat-turnover tal-istess subject person?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-PQ 7153.