Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32018 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid x’inhuma eżattament il-kriterji biex persuna tidħol fl-iskema tal-‘Carers Allowance’ jew tal-‘Carers Grant’? Jekk persuna tkun diġà laħqet jew qabżet l-età tal-pensjoni, tista’ xorta tibqa’ jew tidħol f’din l-iskema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema proġetti differenti hija involuta l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u b’liema mod qed tiffinanzjahom? Kemm għandha flus kommessi fi proġetti, kemm jonqosha tħallas minnhom u minn fejn se ġġib id-differenza? Jista’ jgħid ukoll xi protezzjoni se jingħataw dawk l-20% taċ-ċittadini li għandhom xi sehem fl-istess kumpanija u x’passi qed jittieħdu biex jiġu indirizzati l-problemi serji li din qed tiffaċċja?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31825 u jgħid kemm inġabret eco contribution fis-sena 2024 u minn Jannar sa Settembru 2025? Jista’ jidentifika kemm mill-eco contribution inġabret minn collective accommodation u kemm inġabret minn non-collective accommodation?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Tip ta’ Liċenzja
Ammont mħallas fl-2024
Ammont mħallas fl-2025 (sa Settembru)
HOTEL
2,817,020
1,984,879
Various
1,126,162
767,444
Holiday Premises
733,308
603,593
GUEST HOUSE
216,229
154,403
Host Family
120,441
89,856
HOSTEL
115,278
65,196
TOTAL
5,128,438
3,665,371
Operaturi ta’ ristoranti - Income tax/corporate tax miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31827 u jindika kemm inġabret income tax u/jew corporate tax fis-snin 2023 u 2024 minn operaturi ta’ ristoranti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.
Operaturi ta’ Lukandi - Income tax/corporate tax miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31828 u jindika kemm inġabret income tax u/jew corporate tax minn operaturi ta’ lukandi fis-snin 2023 u 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.
Operaturi ta’ proprjetajiet liċenzjati mill-MTA - Taxxa miġbura għal short-term rentals
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31829 u jindika kemm inġabret taxxa minn operaturi ta’ proprjetajiet liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal short-term rentals fis-snin 2023 u 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2023 operaturi li kellhom liċenzja mill-Awtorità tat-Turiżmu ħallsu €9,686,322 f'kont tat-taxxa tal-proċedura TA24, fejn il-kontribwent jagħżel li jiġi ntaxxat bir-rata fissa ta' 15%.
Dan l-ammont ma jinkludix it-taxxi miġbura fuq id-dħul mill-kera kif iddikjarat fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa u ntaxxat bir-rati normali, peress li f'dan il-każ id-dħul mill-kera jiżdied mal-bqija tad-dħul (anke tal-konjuġi fil-każ ta' koppja miżżewġa) u għalhekk mhux possibbli li jiġi ddeterminat.
Għas-sena 2024 dan l-ammont kien ta' €11,858,560
Operaturi ta’ proprjetajiet - Taxxa miġbura għal long-term rentals
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31830 u jindika kemm inġabret taxxa minn operaturi ta’ proprjetajiet li jinkrew long-term fis-snin 2023 u 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul l-2023 operaturi li m’għandhomx liċenzja mill-Awtorità għat-Turiżmu ħallsu €83,535,050 f’taxxa skont il-proċedura TA24, fejn it-
taxpayer
jagħżel li jkun intaxxat bir-rata fissa ta’ 15%.
Dan l-ammont ma jinkludix taxxi miġbura fuq dħul minn kirjiet kif dikjarat fit-
tax returns
u ntaxxat bir-rati normali, peress li f’dan il-każ id-dħul mill-kirjiet jiżdied mal-kumplament tal-dħul (anke tal-konjuġi f’każ ta’ koppja miżżewġa) u għalhekk ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat.
Għas-sena 2024 dan l-ammont kien €98,861,192.
Ministeru għall-Finanzi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31457 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.
Fid-dawl tas-sentenza tal-arbitraġġ tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll ir-raġuni, id-data ta’ meta saru u kemm kienu u min awtorizzahom, lil liema bank saru u f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fid-dawl tas-sentenza tal-arbitraġġ tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll ir-raġuni, id-data ta’ meta saru u kemm kienu u min awtorizzahom, lil liema bank saru u f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kif email mibgħuta mill-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana (MTCA) nhar it-12 ta’ Novembru wasslet biex tiġi żvelata lista li tinkludi aktar minn 7,600 kumpanija flimkien mal-indirizzi elettroniċi u n-numri tal-mowbajl tar-rappreżentanti tat-taxxa rispettivi tagħhom? Jista’ jgħid ukoll:
x’kienet il-kawża ta’ dan il-ksur ta’ data;
x’azzjonijiet immedjati ħadet l-MTCA biex tillimita dan il-leak u tinforma lill-persuni affettwati;
x’miżuri se jiġu implimentati biex jiġi żgurat li dan it-tip ta’ ksur ma jerġax iseħħ fil-futur;
peress li kien hemm estensjoni uffiċjali għas-sottomissjoni elettronika tat-tax returns sat-28 ta’ Novembru, fuq liema bażi saret il-komunikazzjoni li dawn it-tax returns ma kinux ġew sottomessi; u
jekk il-Ministru hux se jniedi reviżjoni jew audit indipendenti tal-proċeduri u l-protokolli tal-MTCA relatati mal-immaniġġjar tad-data u l-komunikazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kull multa li ta l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li ġiet appellata fil-Qorti u ngħatat sentenza? Jista’ jgħid ukoll, kemm kienet kull multa li ħareġ l-FIAU oriġinarjament, meta ħarġet u lil min, meta l-każ ġie deċiż mill-Qrati u kemm iddeċidiet li għandha tkun il-multa l-Qorti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qiegħed jiġi rilevat li t-tali informazzjoni dwar il-multi maħruġa mill-FIAU jiġi ikkomunikat fuq il-website tal-Korp skont il-‘Publication of AML/CFT Administrative Penalties and Measures Policies and Procedures’.
Għaldaqstant, il-multi/deċiżjionijiet kollha li jinħarġu fil-konfront tal-persuni suġġetti, kif ukoll jekk l-istess multa ġietx appellata quddiem il-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) flimkien mal-eżitu tal-istess appell (meta jkun hemm sentenza finali) jiġu kollha ippublikati fuq l-imsemmija website. Multi li jeċċedu l-ħamsin elf ewro (€50,000) jinkludu ukoll l-isem tal-persuna suġġetta kkonċernata. In oltre’, informazzjoni, principarjament l-okkju, dwar il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) jinstabu ukoll fuq is-sistema digitali tal-Qorti ‘eCourts’.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31965 u jgħid kemm tħallsu flus f’konsulenzi minn meta l-Air Malta waqqfet il-flight operations fit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u lil min tħallsu? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallset pagamenti finanzjarji l-Air Malta mit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u lil min?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
KONSULENT
AMMONT
RSM
€396,834.00
Camilleri Preziosi
€220,802.28
Borg & Associates
€98,077.70
TOTAL
€715,713.98
Ministeru għall-Finanzi - Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Tfal imwielda Malta minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27303 u 29013 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid kemm hawn tfal minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi li twieldu f’Malta? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi terzi ġejjin dawn it-tfal u li bħalissa qegħdin hawn Malta u jaqsam din l-informazzjoni b’numri u persentaġġi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29897, dwar ir-“Regoli dwar il-Kreditu tat-Taxxa (Kwalifiki ta' Edukazzjoni Ogħla)”, peress li l-imsemmija klawsola tgħid li din “tingħata lil individwu li għadu ma laħaqx l-età ta' erbgħin sena fid-data li fiha beda l-kors jew il-programm ta' studju inkwistjoni”, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx konsiderazzjoni li din titwessa' għal persuni ta’ 'l fuq minn 40 sena, partikolarment meta qegħdin inħeġġu l-“lifelong learning”?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li dan is-suġġeriment jista’ jiġi kkunsidrat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-KM Malta Airlines u tal-Ministeru fuq il-KM Malta Airlines u fuq l-avjazzjoni għas-sena 2024 u 2025, u jagħti rendikont tal-ispiża tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 25132.