B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11935, jista' l-Ministru jgħid kemm u f'liema pajjiżi barra minn Malta, dawn il-kontribwenti skont l-art. 13 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tingħata l-informazzjoni mitluba, jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani ta’ dipartimenti varji, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq xogħol ħafna aktar produttiv.
Għajnuna Soċjali – persuni neqsin mis-smigħ, muti u nieqsa mid-dawl
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma nieqsa mis-smigħ, muti jew nieqsa mid-dawl li qegħdin jirċievu xi forma ta’ għajnuna soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux possibli jingħad kemm hemm benefiċjarji li huma nieqsa mis-smiegħ u muti. L-istatistika` dwar l-Assistenza għall- Diżabilità Severa (SDA), ma tinżammx u ma tinġabarx skont it-tip ta’ diżabilità li għandu l-benefiċċjarju.
Rigward il-persuni b'vista batuta li jieħdu l-għajnuna għal nuqqas ta’ vista, liema benefiċċju huwa magħruf aħjar bħala Blind Pension, in-numru ta’ benefiċċjarji ta’ dan il-benefiċċju jammonta għal 371 persuna.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12173 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11276 u 11706, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-kartuna r-roża li għandhom il-kundizzjoni tad-Dijabete?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rċevew għajnuna li tingħata lil min ibati minn Hansen’s Disease sena b’sena mis-sena 2010 sas-sena 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li bejn l-2010 u Ottubru 2019, kienu qed jirċievu l-Għajnuna tal-Lebbra (Hansen Disease), huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt :
SenaHansen's Disease
201043
201142
201235
201333
201434
201532
201629
201728
201824
201923
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rċevew għajnuna li tingħata lil min ibati mit-Tuberkulosi sena b’sena mis-sena 2010 sas-sena 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna għat-Tuberkolożi mis-sena 2010 sa Ottubru 2019, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt :
SenaTuberkulosi
20100
20110
20120
20131
20141
20150
20160
20170
20180
20190
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11791 u jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-pubblikazzjoni li ġġib l-isem "Ngħinu u Nippremjaw lill-familji" Budget 2020 li tqassmet mal-ġurnal it-Torċa tal-Ħadd 27 t'Ottubru, 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali tal-pubblikazzjoni “Ngħinu u Nippremjaw lill-Familji” li minnhom saru 10,000 kopja u li kienu dehru fit-Torċa tal-Ħadd 27 t’Ottubru 2019, hija ta’ €8192.25ċ.
Persuni b’Diżabilità jistennew akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12031 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali? Kemm ilhom jistennew biex jingħataw post?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni b’diżabilità li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali huwa ta’ 83.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-djar residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità humiex kollha mgħammra bil-faċilità ta’ lift? Jekk le, x’qiegħed isir biex dawn id-djar kollha jkollhom lift sabiex ir-residenti jkollhom aċċessibiltà biex joħorġu fil-komunità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11995 u jgħid, xahar b'xahar, min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jieħdu xi forma ta’ benefiċċju marbuta mal-marda kiefra tal-lebbra? Jista’ jindika x’inhuma dawn il-benefiċċji li huma għad-dispożizzjoni tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn 22 persuna li jirċievu l-Għajnuna għall-Lebbra. Il-benefiċċju li jirċievu dawn il-persuni jammonta għal €36.58ċ fil-ġimgħa.
Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – kuntratti tas-sidien
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11310 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti li saru mas-sidien li krew xi proprjetà lill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar tħoss li, ma tistax tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti li s-saru mas-sidien li krew il-proprjetà tagħhom lill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema Nikru Biex Nassistu. Din hija informazzjoni personali u għalhekk ma tistax tingħata mingħajr il-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – applikazzjonijiet ta’ sidien li jikru dar lill-Awtorità tad-Djar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11311 u jgħid mill-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, kemm-il applikazzjoni hemm ta’ sidien li qed jikru dar lill-Awtorità tad-Djar? Kemm hemm minnhom fis-seħħ? F’liema stat jinsabu dawn id-djar (finished, ġebel u saqaf jew fuq il-pjanta)? Meta ħareġ il-permess tal-MEPA/Awtorità tal-Ippjanar jew awtoritajiet li kienu japprovaw il-permessi snin ilu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema Nikru Biex Nassistu, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 289-il applikazzjoni, li minnhom sa Ottubru 2019 ġew aċċettati 112. L-appartamenti huma mikrija skont il-kundizzjonijiet tal-iskema.
Awtorità tad-Djar – applikazzjonijiet pendenti għal post alternattiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11317 u jgħid kemm-il applikazzjoni pendenti hemm għal post alternattiv quddiem l-Awtorità tad-Djar? Liema huma l-kategoriji? Kemm hemm f’kull kategorija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 2,949-il applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva. Il-kategoriji ta’ dawn l-applikazzjonijet kienu;
Substandard
Periklu f’xi kmamar tal-proprjetà
Se joħorġu minn istituzzjoni/Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Diżabbiltà
Diffikultajiet marbuta mal-kiri
Sharing Accomodation Overcrowding
Sharing Accomodation Adequate Housing
Każijiet soċjali referuti mill-aġenziji
Każijiet soċjali marbuta ma’ vjolenza domestika
Refuġjati
Anzjani
Anzjani -
sharing accomodation
Irrifjutaw darba jew aktar minn darba unit ta’
housing
soċjali
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11674 u jgħid kemm kien hawn lone parents (single mothers) irreġistrati fl-iktar statistika reċenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11677 u jgħid kemm hemm pensjonanti li jieħdu l-pensjoni tat-teżor biss? Jista’ jgħid f'liema sena ġiet riveduta din il-pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari li qed jirreferi għaliha, diġa kienet imwieġba permezz ta’ Mistoqsija Parlamentari 11793, illi għamel l-istess Interpellant ftit tal-ġranet ilu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tistax issir spezzjoni fi blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jara fiex wasal ix-xogħol ta’ lift li jidher li ilu wieqaf numru ta’ xhur u jinforma lil din l-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx periklu fil-post, peress li l-post jidher li hu miftuħ u jista’ jkun hemm nuqqas ta’ sigurtà għar-residenti ta’ dan il-blokk? Jista’ jgħid x’inhu l-pjan biex jitlesta x-xogħol kollu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li kien ġie ingaġġat permezz ta’ tender, biex iwettaq ix-xogħlijiet marbuta mal-installazzjoni ta’ lift fil-blokk illi d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kellu jitwaqqaf wara li ma onorax l-obbligi tiegħu skont il-kuntratt. Madanakollu, l-kuntrattur ħalla il-blokka fi stat sigur, mingħajr perikli. L-Awtorità ingaġġat kuntrattur ieħor biex iwettaq dawn ix-xogħlijiet illi huma ppjanati li jitlestew f’Awwissu 2020.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.