Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5550 u jgħid għalfejn meta l-ARMS Ltd, qed tibgħat il-kontijiet, qed taqsam il-kwota intitolata għal kull kont minflok ma tagħtiha kollha abbażi ta’ konsum kumulattiv skont il-liġi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ARMS baqgħet tuża l-istess sistema ta’ pro-rata bħal ma kienet tintuża sa minn ħafna qabel ma kienet teżisti l-istess ARMS u kif definit fir-Regolamenti fuq il-provvista tal-Ilma u fir-Regolamenti fuq il-provvista tal-Elettriku.
Arms Ltd – interessi għal ħlas ta’ kontijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5551 u jgħid kemm iżżomm interessi l-ARMS Ltd meta konsumaturi jdumu ma jħallsu l-kontijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li konsumaturi li ma jħallsux il-kontijiet kurrenti fi żmien ħamsa u erbgħin jum mid- data speċifikata fil-kont, jiġu debitati nteressi bir-rata ta’ 6% fis-sena għal aħħar 30 jum u għal kull jum addizzjonali.
Ta’ min jgħid li din ir-rata ilha fis-seħħ sa min qabel ma ġiet imwaqqfa ARMS Ltd. min Gvern preċedenti u r-rata applikata dejjem baqgħet dik ta’ 6% fis-sena.
Ħal Kirkop — Triq il-Ħawħ u Triq il-Lewżiet - sistema tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu jew se jkunu qed jittieħdu in vista ta’ lmenti fi Triq il-Ħawħ u Triq il-Lewżiet f'Ħal Kirkop fir-rigward tal-ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ li qed jaffettwa proprjetajiet privati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet investigat il-każ żmien ilu fejn irriżulta li kien hemm ħsara fid-drainge house connection ta’ proprjeta ta’ terzi li kkaġunat żbroffi minn żmien għal żmien. Il-każ kien ġie riferut lid-Dipartiment tas-Sanita Pubblika peress li jaqaw taħt ir-responsabbilita’ tagħhom. Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser terġgħa tispezzjona l-medded tat-triqat imsemmija permezz tac-CCTV biex jiġi aċċertat jekk żviluppawx xi ħsarat oħra. Jekk jirriżulta xi nuqqas fil-mejnijiet tad-drenaġġ, dawn ser jiġu ndirizzati minnufih b’mod permanenti.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Safar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4877 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4968.
Peress li huwa fatt li l-Enemalta għandha monopolju fuq l-utilità tal-elettriku f’Malta u li hi suġġetta għar-Regolatur, u peress li r-REWS għandu d-dover li jħares l-interess tal-konsumatur, u filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru tal-intervent tiegħu meta sejjaħ għall-investigazzjoni dwar kontijiet li qed jinħarġu għola milli suppost, minħabba l-mod kif qed jiġi kkalkulat il-kont, jista’ l-Ministru jagħti t-time frame u l-eżitu ta’ dan l-istħarriġ?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li ngħarraf lill-Onor. Interpellant li m’huwiex possibbli li wieħed jippreġudika l-eżitu tal-istħarriġ, billi jikkonkludi li l-kontijiet jinħarġu ogħla milli suppost, kif allegat minnu, ngħarrfu wkoll li r-Regolatur jimxi b’mod awtonomu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu skont l-indipendenza statutorja tiegħu.
B’referenza għax-Xatt l-Aħmar u t-tisfija ta’ drenaġġ mill-impjant ta’ Għawdex, u peress li d-drenaġġ mhux imsaffi qed joħroġ b’konsegwenza tad-demel tal-baqar li qed jintrema fl-impjant, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jieħu d-dipartiment rigward dan? X’konsultazzjoni saru mas-Segretarjat tal-Biedja?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li kwalunkwe materjal li mhux drenaġġ domestiku jagħmel ħsara kbira fis-sistema ta’ twassil u t-trattament tad-drenaġġ. Madankollu, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma flimkien mal-entitajiet konċernati qed taħdem fuq numru ta’ soluzzjonijiet biex tissalvagwardja l-infrastruttura tad-drenaġġ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5544 u jgħid kemm-il kont inħareġ mill-ARMS Ltd fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, u li fih il-familji kellhom
a) iħallsu kont biss bl-inqas rata ta’ tariffa u ċjoè sa 2,000
unit
f’sena;
b) iħallsu kont bit-tariffa li tinkludi l-ewwel u t-tieni tariffa u ċjoè sa massimu ta’ 6,000
unit
f’sena;
c) iħallsu bit-tariffa li tinkludi l-ewwel, it-tieni u sat-tielet tariffa u ċjoè sa massimu ta’ 10,000
unit
f’sena;
d) iħallsu bit-tariffa li tinkludi l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ tariffa u ċjoè sa massimu ta’ 20,000
unit
f’sena; u
e) iħallsu bit-tariffa li tinkludi l-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames tariffa u ċjoè aktar minn 20,000
unit
f’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ kontijiet li jinħarġu minn ARMS Ltd. jiddependi minn diversi fatturi, fosthom l-ammont ta’ klijenti. Madankollu, ir-rata medja ta’ kontijiet kull klijent ma żdiditx. Fil-fatt, filwaqt li fl-2012 inħarġu medja ta’ 6.1 kont kull klijent, is-sena li għaddiet (2017) din ir-rata kienet inqas minn hekk – 5.7 kont kull klijent. Dan ifisser li l-allegazzjoni tal-Oppożizzjoni li ARMS Ltd. qed toħroġ aktar kontijiet minn qabel hija gidba intenzjonata li tinganna.
Fl-istess waqt, in-numru ta’ familji li jirċievu kontijiet li ma jaqbżux il-faxxa l-aktar baxxa tat-tariffi (2,000 unit f’sena) żdied b’4.3% fl-2017 meta mqabbel mal-istess figura fl-2012. Dan ifisser li hemm ħafna aktar klijenti jibbenefikaw mill-orħos faxxa tat-tariffi llum, milli kien hemm fl-2012. Ifisser ukoll li hemm aktar klijenti li qed jikkunsmaw l-elettriku bil-għaqal, sabiex jibbenefikaw mill-aktar tariffi baxxi u biex inaqqsu l-impatti negattivi tal-ħela fuq l-ambjent ta’ madwarna.
Il-Gvern ser ikompli jaħdem biex jiżgura li l-familji f’Malta jibqgħu jibbenefikaw minn waħda mill-irħas tariffi tal-elettriku fl-Ewropa, hekk kif ilhom jagħmlu mill-2014, u hekk kif ikkonfermat kemm-il darba mill-aġenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5545 u jgħid kemm l-ARMS Ltd bagħtet u/jew ħarġet ittri jew notices biex tinforma lill-familji u/jew lill-konsumaturi li l-ARMS Ltd se jkollha taqta’ id-dawl, fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari separatament? U konsegwentament kemm fil-fatt inqata’ s-servizz tad-dawl fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, u x’kienu r-raġunijet għal dan il-qtugħ ta’ dawl?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li ARMS Ltd. tieħu diversi passi sabiex tappoġġja klijenti li jkollhom diffikultajiet biex iħallsu l-kontijiet tagħhom. Fost oħrajn, meta klijenti jaqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tal-elettriku u l-ilma, il-Kumpanija tipprovdi skemi ta’ ħlasijiet bin-nifs, li jippermettu lill-familji jew negozji konċernati jnaqqsu d-djun tagħhom b’mod gradwali u sostenibbli, mingħajr konsegwenzi diffiċli.
Meta klijenti ma jħallsux il-kontijiet tagħhom, ARMS Ltd. tuża diversi mezzi sabiex tħeġġiġhom iħallsu d-djun, jew jersqu ‘l quddiem sabiex jilħqu ftehim ta’ ħlas bin-nifs. Fost oħrajn, jintbagħtu rendikonti tad-djun (
statements
) u ittri li jfakkru l-klijenti dwar il-kontijiet pendenti. Meta klijenti jinjoraw dawn il-komunikazzjonijiet, jintbagħat avviż ta’ qtugħ fil-provvista, bħala twissija finali. Din it-twissija tiġi segwita wkoll minn telefonati u messaġġi (SMS), sabiex jiġi żgurat li l-klijent jingħata kull ċans possibbli sabiex iħallas il-kontijiet jew jilħaq ftehim ta’ ħlas bin-nifs.
Wara li fis-snin li għaddew traħħsu l-kontijiet tal-elettriku b’25 fil-mija, in-numru ta’ klijenti li qed ikollhom is-servizzi tal-elettriku jew tal-ilma sospiżi minħabba djun jew minħabba nuqqas ta’ ħlasijiet marbuta ma’ serq tal-elettriku qed jonqsu minn sena għal oħra. Dan hekk kif minkejja li d-domanda żdiedet, qed ikun hemm inqas klijenti li ma jħallsux il-kontijiet.
Fil-fatt, il-persentaġġ ta’ klijenti li jibqgħu ma jħallsux il-kontijiet tagħhom jew ma jilħqux ftehim ta’ ħlas bin-nifs wara li tkun intbagħtitilhom it-twissija finali naqas konsiderevolment meta tqabbel l-2015 ma’ din s-sena:
2015 – 68%
tal-klijenti li rċevew avviż ta’ qtugħ, baqgħu ma’ ħallsux u nqatgħetilhom il-provvista.
2016 – 58%
tal-klijenti li rċevew avviż ta’ qtugħ, baqgħu ma’ ħallsux u nqatgħetilhom il-provvista.
2017 – 24%
tal-klijenti li rċevew avviż ta’ qtugħ, baqgħu ma’ ħallsux u nqatgħetilhom il-provvista.
2018 – 20%
tal-klijenti li rċevew avviż ta’ qtugħ, baqgħu ma’ ħallsux u nqatgħetilhom il-provvista.
ARMS Ltd. ser tkompli taħdem bis-sħiħ sabiex ittejjeb is-servizzi ta’ appoġġ lill-klijenti tagħha, speċjalment dawk li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet, biex ikompli jonqos il-bżonn ta’ sospensjoni ta’ servizz u konsegwenzi oħra marbuta ma’ nuqqas ta’ ħlasijiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5546 u jgħid kemm-il kont kellu fih tnaqqis ta’ Eco-reduction separatament fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-kontijiet (residenzjali) maħruga minn ARMS Ltd., li kellom tnaqqis ta’ ECO-reduction kienu kif ġej fit-tabella ta’ hawn taħt:
Sena
Numru ta’ Invoices
2015
651,000
2016
630,419
2017
634,552
2018 (s’April)
175,551
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5547 u jgħid kif l-ARMS Ltd tiddeċiedi kemm-il kont toħroġ li jkun ikopri l-konsum ta’ sena sħiħa u lil min?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-konsumaturi residenzjali kollha jinħarġilhom kont kull xahrejn jiġifieri sitt kontijiet fis-sena. Konsumaturi kbar mhux residenzjali jinħarġilhom kont kull xahar. Dawn normalment huma industriji jew intrapriżi kbar. Hemm ukoll xi kontijiet ta’ Dipartimenti tal-Gvern li jinħarġilhom kont kull tlett xhur. Din is-sistema ilha tiġi mħaddma sa minn qabel Ottubru 2008.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5548 u jgħid kemm-il familja qed tirċievi kont kull xahrejn mill-ARMS Ltd? Kemm-il familja qed tirċievi kont kull tliet xhur mill-ARMS Ltd u kemm-il familja qed tirċievi kont mill-ARMS Ltd u li jkun ikopri sitt xhur u aktar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-kontijiet (residenzjali) iridu jiġu kkunsidrati fuq bażi ta’ dawl w ilma separatament. It-tabella ta’ hawn taħt turi kemm arloġġi jinqraw b’mod awtomatiku u allura jinħargilhom kont attwali kull xahrejn. Dawk li jinqraw manwalment jirċievu kontijiet kull xahrejn fuq stima u kont attwali li jkopri sitt xhur.
Numru ta’ Kontijiet
Dawl
Ilma
Totali
Qari awtomatiku
134508
123183
257691
Qari manwali
24855
35353
60208
Totali
159363
158536
317899
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-ARMS ma bidlet xejn mill-2013 lil hawn. L-aħħar deċiżjoni li l-kontijiet residenzjali joħorġu kull xahrejn kienet fl-2012 kif kien ġie dikjarat fl-istess sena mill-Ministru ta’ dak iż-żmien fejn kien qal li ``sabiex jiġi rregolariżżat il-
billing cycle
fuq perijodu ta’ kull xaharejn, uħud mill-konsumaturi qegħdin jirċievu kontijiet għal-perijodu ta’ konsum iqsar minn dak ta’ xahrejn’’.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5549 u jgħid jekk jeżistux każijiet fejn intbagħtu kontijiet mill-ARMS Ltd ta’ aktar minn sena u jekk iva kemm-il kont intbagħat u għalfejn?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5549 datata nhar it-8 ta’ Mejju 2018.
Jista’ l-Ministru jara kif minkejja li dar li tinsab fi Triq Nofs in-Nhar fil-Belt Valletta u hija skedata bħala MEPA 2 xorta twaħħlet distribution box mill-Enemalta mal-faċċata tagħha (dettalji tal-individwu u ritratti tad-dar qed jingħataw separatament)? Jista’ jara li din titneħħa u tiġi rimedjata l-ħsara li saret?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tal-individwu ngħataw lill-entità konċernata biex tistħarreġ dan l-ilment.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — newspaper advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn meta l-ARMS Ltd, qed tibgħat il-kontijiet, qed taqsam il-kwota intitolata għal kull kont minflok ma tagħtiha kollha abbażi ta’ konsum kumulattiv skont il-liġi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kont inħareġ mill-ARMS Ltd fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, u li fih il-familji kellhom
a) iħallsu kont biss bl-inqas rata ta’ tariffa u ċjoè sa 2,000
unit
f’sena;
b) iħallsu kont bit-tariffa li tinkludi l-ewwel u t-tieni tariffa u ċjoè sa massimu ta’ 6,000
unit
f’sena;
c) iħallsu bit-tariffa li tinkludi l-ewwel, it-tieni u sat-tielet tariffa u ċjoè sa massimu ta’ 10,000
unit
f’sena;
d) iħallsu bit-tariffa li tinkludi l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ tariffa u ċjoè sa massimu ta’ 20,000
unit
f’sena; u
e) iħallsu bit-tariffa li tinkludi l-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames tariffa u ċjoè aktar minn 20,000
unit
f’sena?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-ARMS Ltd bagħtet u/jew ħarġet ittri jew notices biex tinforma lill-familji u/jew lill-konsumaturi li l-ARMS Ltd se jkollha taqta’ id-dawl, fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari separatament? U konsegwentament kemm fil-fatt inqata’ s-servizz tad-dawl fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, u x’kienu r-raġunijet għal dan il-qtugħ ta’ dawl?