Malta Enterprise – proġett ta’ investiment barrani
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il proġett ta’ investiment barrani ġie approvat minn Malta Enterprise mis-sena 2017 sad-data li fiha li tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2017 sal-llum, il-Malta Enterprise approvat 187 proġett ta’ investiment barrani u li minnhom, 115 huma proġetti ġodda.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il charging station għall-karozzi elettriċi ġew installati mill-2016 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm charging stations installati, pero’ l-Ministeru qed jaħdem fuq pjan biex jinstalla 130 charging station matul din is-sena.
Stallazzjoni ta’ Charging Stations għall-Karozzi Elettriċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jiġu installati charging stations għall-karozzi elettriċi matul din is-sena u fejn se jiġu installati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena hemm pjanat li jiġu nstallati 130 charging pillar b’żewg charging points f’kull pillar u li dawn jammontaw għal total ta’ 260 charging point. Dawn il-260 charging point se jkunu qed jiżdiedu ma’ pillars diġa eżistenti madwar Malta u Għawdex. Il-pillars l-ġodda ser jiġu mqasmin f’postijiet strateġiċi, kemm f’ Malta u f’ Għawdex. Apparti minn hekk il-Ministeru qed jesplora kull opportunita sabiex dan in-numru ta’ charging pillars ikompli jiżdied skont il-ħtieġa matul s-sena.
Soluzzjoni għall-pannelli solari li tgħattew b’binjiet ogħla
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17937 u tgħid x’qed jikkunsidra l-Gvern bħala soluzzjoni għal min kellu pannelli solari li tgħattew minħabba li l-ġar ikun bena ogħla minnu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern huwa konxju minn bini ġdid li jista’ jitfgħa dell fuq panelli solari eżistenti, dak li hu magħruf bħala ‘drittijiet solari’. Dwar dan, bħala Ministeru għaddejin diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar biex nidentifikaw soluzzjonijiet ta’ kif nistgħu nindirizzaw dawn id-drittijiet.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-familja li l-kont tad-dawl u l-ilma tagħha qed jingħataw separatament, ma għandhomx tnaqqis tal-Eko riduzzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Eko kontribuzzjoni hi mfassla u maħsuba sabiex tiffavorixxi lil dawk li b’għaqal jirnexxilhom iżommu l-konsum fil-parametri tan-normalita’ li tikkonsma familja skont minn kemm persuni hija komposta.
Dan hu benefiċċju biex il-konsum jinżamm taħt kontroll. F’dan il-każ il-konsum qabeż dan il- kalkolu maħsub allokat għall-familja ta’ żewġ persuni. Allura l-Eko kontribuzzjoni ma’ setgħatx tingħata. Il-kalkolu ta’ l-Eko kontribuzzjoni tinħadem pro-rata fuq kull kont.
Tista’ l-Ministru tara li persuni nkarigati mill-verifika tal-kontijiet tal-ARMS jikkomunikaw ma’ din il-persuna li l-kontijiet tagħha qed jingħataw separatament, biex il-kontijiet ikunu spjegati għaliex skont ir-residenti milquta, mhux jieħdu l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kontijiet u għaldaqstant ikunu jistgħu jiġu mħallsa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS ikuntatjat lir-residenti kkonċernati fejn ġew spjegati l-kontijiet u ngħataw l-informazzjoni kollha neċessarja.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17364 li oriġinarjament saret lil Ministeru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilha u tgħid x'inhuma r-raġunijiet u min hu responsabbli li Triq il-Pitkalija ġewwa x-Xewkija Għawdex, li saret ftit inqas minn sena ilu b'għaġġla kbira peress li kien ħa jiġi inawgurat il-Gozo Innovation Hub, eżatt minn ġa nofs it-triq u fejn hemm parti kbira minnha b'żewġ kisjiet tarmac (base course u wearing course) f'dawn l-aħħar ġranet għaddew trinka minnha? Tista’ tgħid għaliex din it-trinka ma saritx meta kienet qed issir it-triq? Tista’ tgħid ukoll jekk il-parti l-kbira tat-triq fejn hemm żewġ kisjiet tarmac hux ħa tingħata kollha kemm hi bit-tarmac jew inkella hux se tingħata tarmac fejn saret it-trinka biss?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li kien sar ix-xogħol imsemmi, dan il-cable sar meħtieġ biex jilqa’ għall-varjazzjonijiet tal-vultaġġ fil-punent tal-gżira liema varjazzjonijiet huma prinċipalment ikkawżati minn konċentrazzjoni ta’ vultaġġ għoli waqt l-installazzjonijiet fotovoltajiċi.
Ladarba l-permessi u l-approvazzjonijiet meħtieġa ġew fis-seħħ u l-kuntrattur ġie magħżul, l-Enemalta bdiet bix-xogħlijiet meħtieġa li bihom il-kundizzjonijiet tar-reinstatement meħtieġa u l-firxa ta’ dawn ġew determinati minn Transport Malta. Il-kundizzjonijiet meħtieġa minn TM jitolbu li għall-medda tat-trinka tiġi asfaltata nofs it-triq.
Aġġudikazzjoni tal-għoti tal-kuntratt tal-bini tal-powerstation tal-Electrogas – membri u konsulenti ingaġġati
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħlasijiet kollha li saru lill-membri u jew konsulenti li b'xi mod jew ieħor kienu ingaġġati b'rabta mal-aġġudikazzjoni tal-għoti tal-kuntratt tal-bini tal-powerstation tal-Electrogas, inkluż u mhux limitat għall-membri tal-EoIC Committee, RfP Evaluation Committees Stage 1, Stage 2, Stage 3, Stage 4, Stage 5 u l-Programme Sponsoring Group, bl-ammont inkluż separat mogħti lil kull individwu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Vetturi li jaħdmu bl-elettriku – charging stations
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn charging stations għal vetturi li jaħdmu bl-elettriku madwar Malta u Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament il-Ministeru għandu total ta’ sitta u ħamsin (56) charging pillar installati madwar Malta u Għawdex. Sitta u erbgħin (46) minn dawn ic-charging pillars għandhom żewġ charging points kull wieħed, filwaqt li l-għaxar (10) charging pillars l-oħra għandhom charging point kull wieħed. Dan iwassal għal total ta’ mija u żewġ (102) charging points li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi.
Vetturi li jaħdmu bl-elettriku li huma proprjetà tal-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm vetturi li jaħdmu bl-elettriku li huma proprjetà tal-Gvern jew ta' entitajiet li jaqgħu taħt il-Gvern? Tista' l-Ministru tagħti lista taħt liema ministeru jaqgħu u x'tip ta' vettura huma?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-Ministeru tal-Enerġija,l-intrapriza u l-izvilupp sostenibbli, b’kollox qed jintużaw sitt (6) vetturi. Tlett (3) vetturi huma tal-għamla Nissan Leaf, waħda (1) Peugeot Ion, (1) Fiat Forklifter u (1) Reddot Forklifter.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 5964 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 420, nhar it-Tlieta, 26 ta' Jannar 2021)
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni ta’ ilma mir-reverse osmosis f'pajjiżna matul is-snin 2015 sal-2020 maqsuma skont l-impjanti rispettivi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Sena
Pembroke RO
Lapsi RO
Ċirkewwa RO
Total Annwali
m3 (miljuni)
m3 (miljuni)
m3 (miljuni)
m3 (miljuni)
2015
10.4
4.9
2.5
17.8
2016
10.3
5.3
2.9
18.5
2017
11.0
4.9
3.0
18.9
2018
11.1
4.9
3.4
19.4
2019
11.8
5.4
3.0
20.2
2020
10.9
5.7
3.6
20.2
Wage Supplement Scheme – applikazzjonijiet minn Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 15667 u tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet totali minn Għawdex taħt il-Wage Supplement Scheme? Kemm minn dawn kienu taħt Annex A u kemm minnhom taħt Annex B? Tista’ tgħid ukoll minn dawn l-applikazzjonijiet kemm ġew milqugħa? Tista’ tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn Malta taħt l-istess skema u taħt Annex A u Annex B u allura x’persentaġġ ta’ applikazzjonijiet taħt l-istess skema kienu minn Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinstab fit-tabella t’isfel.
Annex A
Gozo
Malta
Numru t’Applikazzjoniet
421
13,470
Impjieg full time
673
51,245
Impjieg part time
187
8,560
Persentaġġ t’applikazzjonijiet
3%
97%
Annex B
Numru t’Applikazzjoniet
94
2,627
Impjieg full time
410
17,210
Impjieg part time
22
1,269
Persentaġġ t’applikazzjonijiet
3.5%
96.5%
Ministeru għall-Enerġija, Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – tender/direct orders lil kumpanija/individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, tista’ taqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-kumpanija msemmija u lanqas l-individwu msemmi ma ġew mgħotija tender jew direct order la minn naħa tal-Ministeru tiegħi u lanqas mill-entitajiet mid-dekasteru tiegħi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru laqgħat tal-Bord tat-tmexxija tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) mill-bidu ta’ Jannar 2020 s’issa maqsuma xahar b’xahar? F’kull każ tista’ tgħid jekk dawn sarux b’mod virtwali u jekk iva meta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2020 sa Diċembru 2020 saru għaxar laqgħat, wahda kull xahar, għajr għal Marzu u Awwissu 2020 għar-raġunijiet imsemmija hawn isfel.
F’Jannar 2020 u Frar 2020 il-laqgħat saru fiżikament mill-uffiċċji tar-Regolatur.
F’Marzu 2020, għalkemm kien hemm data pjanata għal-laqgħa, din ma setgħetx issir minhabba d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar ir-ragruppament ta’ persuni fi spazju konfinat.
F’Awwissu 2020, il-laqgħa ma setgħetx issir minhabba li kien spiċċa t-terminu ta’ l-għadd tal-membri tal-Bord, sakemm inħatru membri godda.
Il-laqgħat minn April 2020 `il quddiem saru online, u kif ukoll fiżikament, b’mod kontrollat u in linea mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa, għal min deherlu li kellu jattendi b’mod fiżiku ġewwa l-uffiċċju.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta mogħtija għar-rifjut għall-Fondi Ewropej għall-proposta ta’ pipeline tal-gass?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress illi d-dokument li qed jagħmel referenza għalih huwa propjeta tal-Kummissjoni Ewropea, id-dokument ma jistax jiġi ippubblikat minna. Barra minn hekk, dan id-dokument fih informazzjoni li tista’ tippreġudika applikazzjonijiet futuri li possibliment jistgħu jsiru minn Malta.