Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li l-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li għamel mal-importaturi u/jew distributuri tal-ikel bħala parti mill-inizjattiva Stabbiltà?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15386.
Fondi pubbliċi għall-iskema ta’ Stabbiltà – Break down
Question
Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-fondi pubbliċi li ntużaw:
i) għall-avveniment għall-iffirmar tal-iskema ta' Stabbiltà?
ii) il-marketing, inklużi r-reklami kollha fuq kull forma ta’ midja?
iii) l-istampar tal-oġġetti kollha relatati mal-iskema ta’ Stabbiltà?
iv) l-ispiża totali ta’ din l-iskema (Stabbiltà) mill-Gvern?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-iskema Stabbiltà hija ħolqa minn kullana ta’ inizjattivi li ħa l-gvern bil-għan li jgħin in-nies quddiem l-isfida tal-inflazzjoni.
Pajjiżna huwa fuq quddiem nett jgħin lin-nies fejn żamm ukoll il-prezzijiet tal-enerġija stabbli b’kuntrast ma’ dak li sar f’pajjiżi oħra.
Issa b’dan il-ftehim iktar minn 400 prodott tal-ikel fi 15-il-kategorija għandhom prezz orħos u stabbli sal-baġit li jmiss biex il-pajjiż jagħti s-serħan il-moħħ.
Huwa obbligu tal-gvern li joħloq pjattaformi fejn wieħed jikseb l-informazzjoni jew ikun jista’ jissieħeb f’dan il-ftehim, kif ukoll li jgħarraf il-pubbliku b’dak miftieħem biex ikun jista’ jagħmel l-għażliet tiegħu. Fil-fatt, meta niltaqa’ man-nies jinsistu miegħi li tali informazzjoni tingħata b’iktar intensità.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra dak mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16296 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15386, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun sottomess (data) il-ftehim li ntlaħaq mal-importaturi u s-sidien tas-supermarkets għall-inizjattivà ta’ stabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-ftehim?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15386.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li inatgħu fil-mistoqsijiet parlamentari 7507 u 7559, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li l-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15386, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun sottomess (data) il-ftehim li ntlaħaq mal-importaturi u s-sidien tas-supermarkets għall-inizjattivà ta’ stabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-ftehim?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15386.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?
INDIS Malta Ltd — Allokazzjoni ta' art lill-Aquaculture Resource Ltd
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15448, jista' l-Ministru jgħid liema artikli mill-Att imsemmi jipprekluduh milli jagħti din l-informazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta u l-Artiklu 33 tal- Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħallsitx l-allowances li kienet intitolata għalihom bħala parti mill-pakkett tagħha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar il-ħlas ta’ dawn l-allowances u l-bażi tad-deċiżjoni li ttieħdet u jagħti din l-informazzjoni maqsuma sena b’sena minn meta nbeda l-impjieg tal-persuna sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll ir-raġunijiet għal dawn l-approvals?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid xi studji saru biex issir it-talba biex il-bejjiegħa tal-ikel iraħħsu l-prezzijiet fuq numru ta’ prodotti tal-ikel u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-istudji?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Press Release 240065 ta’ 18 ta’ Jannar 2024 u l-Presentazzjoni li saret dakinhar li ġiet imħabbra din l-inizjattiva, fejn il-Prim Ministru u jien spjegajna d-dettalji u l-benefiċċji li din l-inizzjativa se tkun qed toffri lill-familji Maltin u Għawdxin u r-raġunijiet ewlenija li xprunawha.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Press Release 240065 tal-Gvern kif ukoll il-Prezentazzjoni li ingħatat waqt il-Konferenza tal-aħbarijiet.
Prodotti tal-ikel mitluba biex jorħsu — Korrispondenza
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-email mibgħuta lill-bejjiegħa tal-ikel (food retailers) fejn qed jitlob li dawn iraħħsu l-prezzijiet tal-ikel?
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Il-Gvern u s-sidien ta' supermarkets u importaturi tal-ikel — Ftehim
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u s-sidien ta' supermarkets u importaturi tal-ikel nhar il-Ħamis 18 ta' Jannar 2024?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15386.