Ministeru għal Għawdex – applikazzjoni għall-proġetti f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru mill-programm 'Connecting Europe Facility of the European Union', kemm ingħata flus s’issa u kemm se jingħata flus minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-proġetti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2022
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2022? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2021
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2021? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fond għall-Kawżi Ġusti – Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2020
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2020? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5710 u jgħid kemm saru spezzjonijiet ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Artijiet f’Għawdex matul is-sena 2022, indikati xahar b’xahar u skont il-lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ spezzjonijiet ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Artijiet f’Għawdex matul is-sena 2022 jammontaw għall-133. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispezzjonijit li saru xahar b’xahar u skont il-lokalità.
Attachments:Spezzjonijiet mwejjed u siggijiet 6595.pdf
Awtorità tal-Artijiet – skema pilota tal-għoti ta’ ċens temporanju
Question
Fid-dawl li l-Awtorità tal-Artijiet toffri diversi skemi li jgawdu minnhom diversi intrapriżi privati u sidien ta’ ħwienet fejn skema partikolari hi l-iskema pilota tal-għoti ta’ ċens temporanju lill-kerrejja jew l-operaturi tal-ħwienet li huma proprjetà tal-Gvern fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm negozji li diġà bbenefikaw mill-iskema? Peress li l-Gvern kellu wkoll jestendi din l-iskema għal lokalitajiet differenti madwar Malta, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet se tkun qed tinfetaħ din l-iskema u jekk l-iskema hux se terġa’ tiġi estiża fil-Belt Valletta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum kien hemm 40 benefiċjarju. Il-pjan hu li l-iskema issa tiġi estiża mal-pajjiż kollu, inkluż il-Belt Valletta.
Jista’ l-Ministru jispjega f’aktar dettall kif se jitqassmu u jintużaw il-fondi Ewropej li jammontaw għal €2.2 biljun fis-snin li ġejjin, b’mod partikolari kif dawn se jolqtu b’mod dirett lill-familji Maltin u Għawdxin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Mellieħa – Żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa – talbiet għal ħruġ ta’ tenders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6502 u jgħid jekk fl-aħħar 30 sena kienx hemm talbiet oħra għal ħruġ ta’ tenders fuq art fil-Mellieħa fiż-żona magħrufa bħala l-Għoljiet tal-Mellieħa - Mellieħa Heights, art li bħalissa inħarġet sejħa għall-offerti fuqha - Avviż Numru 8- Sit tal-Qortin - mill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni provduta lili mill-Awtorita hija li din hija l-ewwel darba li ħarġet sejħa għal tenders fuq l-art indikata mill-Onor. Interpellant. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja t-talba tat-tender hekk kif maħruġ mill l-Awtorità.
Ministru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru m'għandux second car. Il-karozza li juża hi l-karozza li kienet tintuża mill-Ministru preċedenti u hija tal-għamla Mercedes E Class u tinkera minn Freeways Auto Rentals b’rata ta’ €34.26 (eskluż VAT) kuljum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija fetħet ġewwa l-Gozo Innovation Hub u kemm iħaddmu nies?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames kumpaniji ingaġġati fl-informazzjoni u t-Teknoloġija li fetħu ġewwa l-Gozo Innovation Hub u dawn jimpjegaw erbgħa u tletin ħaddiem bejniethom.
Mellieħa – Żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa – valur tal-art
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif inħadem il-prezz tal-valur tal-art li tinsab fiż-żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa (Mellieħa Heights), fil-Mellieħa, li ħarġet b’tender mill-Awtorità tal-Artijiet (Avviż Numru 8 - Sit tal-Qortin) u kemm hu indikat allura l-istess valur?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz tal-valur tal-art inħadem bil-valutazzjoni skont l-artikolu 79 tal-Att dwar Artijiet tal-Gvern, Kap. 573. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija l-informazzjoni diġà hija pubblika u tinsab fuq l-istess avviż li qed jelenka l-istess Onor. Interpellant.
Mellieħa – Żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa – tender
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-ħruġ tat-tender li nħareġ mill-Awtorità tal-Artijiet (Avviż Numru 8 - Sit tal-Qortin ) relatat ma’ art fil-Mellieħa f’żona magħrufa bħala l-Għoljiet tal-Mellieħa (Mellieħa Heights)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dokumenti relatati mal-ħrug tat-tender huma diġà pubbliċi u aċċessibbli għal kulħadd fuq il-website tal-Awtorità.
Mellieħa – Żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa – għoti ta’ art għall-Project Green
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jirtira t-tender ‘Avviż Numru 8 - Sit tal-Qortin fil-Mellieħa’ sabiex jidħol bħala parti mill-inizjattiva tal-Gvern mnedija minn Project Green u minflok din l-art, li tinsab fiż-żona magħrufa bħala l-Għoljiet tal-Mellieħa (Mellieħa Heights), tispiċċa f’aktar bini bla rażan, tingħata għat-tgawdija tal-ġid komuni fi spazju miftuħ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit inkwistjoni ilu pjanat għall-iżvilupp mill-Iskemi Temporanji tal-1988, bl-iżvilupp residenzjali jiġi stabbilit bil-pjan lokali 2006.
Il-Ministru jinforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi fl-inħawi tal-Qortin hemm tal-inqas sitt żoni pjanati bħala żoni miftuħin għall-pubbliku.
Rigward il-mistoqsija tal-Project Green, nitolbok tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Mellieħa – Żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa – talbiet għal ħruġ ta’ tenders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar 30 sena kienx hemm talbiet oħra għal ħruġ ta’ tenders fuq art fil-Mellieħa fiż-żona magħrufa bħala l-Għoljiet tal-Mellieħa - Mellieħa Heights, art li bħalissa inħarġet sejħa għall-offerti fuqha - Avviż Numru 8- Sit tal-Qortin - mill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Mellieħa – Żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa – oġġezzjonjiet għal tender
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux konxju/infurmat mit-talbiet/oġġezzjonijiet varji li qed jagħmlu numru kbir ta’ residenti li joqogħdu fiż-żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa dwar il-ħruġ tat-tender ‘Avviż Numru 8 - Sit tal-Qortin’ mill-Awtorità tal-Artijiet fil-Mellieħa, liema tender ser ikun ifisser aktar bini bla rażan f’din iż-żona fil-Mellieħa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru huwa konxju minn dawn l-oġġezzjonijet.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — ħaddiema taċ-Ċivil - Vacation leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 203 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Financial Incentives for the Audiovisual Industry — Korrispondenza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5865, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u l-mistoqsijiet parlamentari 4340 u 5646, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġew referuti lilu, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tibdil li tħabbar aktar kmieni din is-sena fil-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate? Jista’ jippubblika wkoll l-approvazzjoni li ngħatat mill-Kummissjoni Ewropea?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskema Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate hija implimentata skond il-parametri applikabbli tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, kif emendat.
Hekk kif stabbilit f’dan ir-Regolament, kull għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati fih, kemm dawk ġenerali u kif ukoll dawk speċifiċi għall-kategoriji rilevanti ta' għajnuna, għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' notifika lil Kummissjoni skond l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. F’dawn il-każijiet l-iStati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni, l-informazzjoni fil-qosor dwar il-miżura ta' għajnuna konċernata li hija eżentata skond dan ir-Regolament fil-format standardizzat stabbilit fl-istess Regolament. Din l-informazzjoni tiġi sussegwentament ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Kopja ta’ din il-pubblikazzjoni dwar l-iskema Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.