Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tender għall-bini ta’ Enterprise Hub fil-qasam industrijali tax-Xewkija – ħlas lill-kumpanija
Question
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3325, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser tiġi mħallsa l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament issa li hu magħruf li din ingħatat ix-xogħol for the professional services of Project Management and other Supporting Services for the Construction of an Enterprise Hub at Xewkija Industrial Estate' b'dik li hi magħrufa bħala negotiated procedure?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prezz globali tal-kuntratt għas-servizzi professjonali ta' Project Management u Servizzi ta’ Support għall-kostruzzjoni ta' Enterprise Hub fil-qasam Industrijali tax-Xewkija kif approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti fl-4 ta' Mejju 2017 mogħti lil Med Design Associates jammonta għal €581,618 eskluż VAT.
Xewkija Għawdex – xogħlijiet fl-inħawi tal-Barmil – kumpens lill-bdiewa
Question
Peress li x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil ix-Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership qed isiru f’għelieqi li sa issa kienu maħduma minn bdiewa Għawdxin, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx finanzjament ippjanat min-naħa tal-Gvern biex jagħmel tajjeb għal ħsara u dannu li sofrew dawn l-istess bdiewa? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-bdiewa jixraqilhom kumpens peress li din is-sena tħallew iħawlu jew jiżirgħu l-uċuħ tar-raba’ mingħajr ma kienu avżati li ser jitilfu kollox?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda forma ta’ kirja, qbiela jew titlu ieħor fuq l-art in kwistjoni. Ninsab infurmat ukoll li ma ġie vvantat l-ebda titlu u ma saret ebda talba għal kumpens f’dan ir-rigward.
Żoni Industrijali – ħidma ta’ manutenzjoni u ndafa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4542 u jgħid x’ħidma ta’ manutenzjoni u ta’ indafa saret fiż-Żoni Industrijali:
(a) tal-Mosta fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Tarġa Gap,
(b) tal-Ħandaq; u
(c) l-Imrieħel, li dawn huma żoni industrijali li oriġinarjament kienu privati, iżda issa huma pubbliċi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MIP tieħu ħsieb iż-żoni ta’ Tarġa Gap u tal-Ħandaq fejn isir tindif regolari, inkluż ġbir ta’ skart goff skond il-bżonn.
Bħalissa għaddejin diversi proġetti f’dan ir-rigward fosthom: Kampanja ta' tindif mid-Direttorat tat-Tindif b’total ta' 186 tunnellata ta' skart miġbur; Proġett pilota ta’ maniġjar tal-iskart li jinkludi l-ġbir door to door u l-knis fiż-żona, tarmakk ta’ erba’ toroq ta' prijorità inkluż it-tisbieħ fi Triq in-Negozju, kif ukoll tiswijiet u manutenzzjoni għat-toroq.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — position of trust
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 144, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-positions of trust fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u l-entitajiet u d-Dipartimenti fi ħdanu, huma dawk fis-segretarjat u l-Privatisation Unit.
Peress li bħalissa hemm xogħlijiet li qed isiru fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn m’għamlux lill-Malta Industrial Parks responsabbli (skont xogħolha) mill-kiri jew l-għoti b’ċens ta’ dawn il-garages li ser jinbnew u mhux tawhom lis-settur privat?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 3895 u għall-istqarrijiet maħruġa mid-dipartiment tal-Informazzjoni bin-numru 180190 u 180210.
Inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex – deċiżjoni tal-Malta Industrial Parks
Question
Peress li bħalissa hemm xogħlijiet li qed isiru fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux l-intenzjoni sabiex, bħala l-Ministru responsabbli, jintervjeni u jirrevedi din id-deċiżjoni tal-Malta Industrial Parks?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 3895 u għall-istqarrijiet maħruġa mid-dipartiment tal-Informazzjoni bin-numru 180190 u 180210.
Żoni Industrijali – ħidma ta’ manutenzjoni u ndafa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma ta’ manutenzjoni u ta’ indafa saret fiż-Żoni Industrijali:
(a) tal-Mosta fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Tarġa Gap,
(b) tal-Ħandaq; u
(c) l-Imrieħel, li dawn huma żoni industrijali li oriġinarjament kienu privati, iżda issa huma pubbliċi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 173 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Xewkija Għawdex – inħawi tal-Barmil – proċess għal żvilupp minn kuntrattur privat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li jaf bil-proċess li bdiet il-Malta Industrial Parks sabiex tagħti aktar minn tnax-il tumolo t’art fl-inħawi tal-Barmil, Xewkija, Għawdex lill-kuntrattur privat ħalli jiżviluppaha?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni tal-Art inkwistjoni saret b’rispett sħiħ lejn artikolu 31 tal-Att Dwar Artijiet tal-Gvern, Kapitolu 573 tal-liġijiet ta’ Malta, liema liġi tipprovdi li art industrijali tista’ tkun allokata jekk l-applikant jipprova li l-proġett industrijali propost huwa ta’ benefiċċju għall-ekonomija tal-pajjiż u li n-numru ta’ impiegi li joħloq huwa adegwat.
Kif ikkonfermat fl-istqarrija numru 180190 maħruġa mid-dipartiment tal-Informazzjoni, il-benefiċċju ekonomiku ta’ dan il-proġett, li se jkun qiegħed jipprovdi 279 impjieg, kien ikkonfermat minn rapport independenti ikkumissjonat mill-Malta Industrial Park.
Inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex – Malta Industrial Parks – regoli tal-Public Procurement
Question
Peress li bħalissa hemm xogħlijiet li qed isiru fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership jista’ l-Ministru jgħid jekk ħax parir fuq jekk il-Malta Industrial Parks imxietx skont ir-regoli tal-Public Procurement kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni Ewropea f’dan il-każ u dan sabiex bħala l-politiku responsabbli jivverifika dak li għamlet il-Malta Industrial Parks?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3895 u għall-istqarrijiet maħruġa mid-dipartiment tal-Informazzjoni bin-numru 180190 u 180210.
Inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex – Malta Industrial Parks – parir mid-Dipartiment tal-Kuntratti
Question
Peress li bħalissa hemm xogħlijiet li qed isiru fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership, jista’ l-Ministru jgħid jekk f’dan il-każ il-Malta Industrial Parks ħaditx parir mid-Dipartiment tal-Kuntratti qabel ħadet din id-deċiżjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3895 u għall-istqarrijiet maħruġa mid-dipartiment tal-Informazzjoni bin-numru 180190 u 180210.
Inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex – ħruġ ta’ proċess kompetittiv
Question
Peress li bħalissa hemm xogħlijiet li qed isiru fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn f’dan il-każ partikolari ma nħariġx proċess kompetittiv fuq xi ħaġa ta’ valur daqshekk kbir?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-diskors tal-Budget tal-2010, fejn intqal li “Fl-2010 se ninvestu ’l fuq minn 16-il miljun ewro fiż-żoni industrijali ta’ Kordin, Ħal-Far, Bulebel, il-Mosta u x-Xewkija, filwaqt li bi sħubija mas-settur privat intelqu ż-żewġ micro-enterprise parks ġewwa l-Mellieħa u x-Xewkija Għawdex.”
Effettivament, kif ġara f’diversi oqsma oħra, kellu jkun dan il-Gvern li jwettaq dawn il-proġetti, li f’dan il-kaz għandu jkomplu jistabilixu l-Għawdex bħala Ċentru ta’ attivita’ ekonomika f’diversi setturi u jkompli jkattar aktar impjiegi ta’ kwalita’.
Estensjoni taż-żona industrijali ta’ Bulebel – żona alternattiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma qed issir, u jekk ma bdietx, jista’ l-Ministru jibda din il-ħidma biex jara kif tista’ tinstab żona alternattiva li fiha ma jkunx hemm raba’ fejn jittieħed għal estensjoni ta’ żona industrijali ta’ Bulebel limiti taż-Żejtun?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir analiżi sabiex jiġi stabilit liema partijiet jistaw possibilment jiġu żviluppati f’din iż-żona fl-aħjar interess kemm tal-lokalita’ kif ukoll tal-industrija. Nirreferi ukoll lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 4322.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Żona Industrijali Bulebel – site plan – żona għall-iżvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan bil-konfini taż-Żona Industrijali f’Bulebel li se tingħata għall-iżvilupp?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-policy map tal-Awtorita tal-Ippjanar datata Lulju 2006 li juru biċ-ċar l-estensjonijiet tas-sit, dan filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 4006.
L-art inkwistjoni ilha klassifikata bħala art disponibbli għal żvillup industrijali sa mill-2006 u għaddiet għand il-Malta Industrial Parks mid-dipartiment ta’ l-artijiet għal dan l-iskop lura fl-2009, dak iż-żmien meta dan id-dipartiment kien jaqa’ taħt r-responsabbilità tas-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi.
Attachments:PQ 4322-Bulebel Industrial Estate Area Policy Map.jpg
Trailer tal-ħelu – permessi neċessarji – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara jekk trailer tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li qed jarma bl-affarijiet tal-ħelu għandux il-permessi neċessarji?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu ndikat għandu liċenzja kummerċjali Numru 58/387, biex jaġixxi bħala bejjiegħ tat-triq.