Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23615 Sitting 543 2022-02-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Studenti li jattendu skejjel tal-Gvern — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' studenti li qed jattendu skejjel tal-Gvern fil-preżent? Jista' jgħid kemm huwa kkalkulat li kienet l-ispiża fuq kull student ras għal ras għal kull sena mis-sena 2000 sal-lum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li n-numru totali ta' studenti li fil-preżent qed jattendu skejjel tal-Istat, minn Kinder sa Y11, huwa ta’ 33,518.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Naxxar – Skola Primarja – Preżenza tal-Pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku

Question

Billi waslitli informazzjoni u ilmenti li fil-madwar tal-Iskola Primarja tan-Naxxar, fil-ħinijiet tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola mhux qed ikun hemm dejjem il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali biex jikkontrallaw it-traffiku, jista’ l-Ministru jassigura li jkun hemm preżenza ta’ pulizija jew uffiċjali biex jiġu evitati inċidenti li jista’ jkollhom konsegwenzi koroh? Kif qed jiġi assigurat li fiż-żoni tal-iskejjel madwar Malta ma jinħolqux inċidenti, b’mod partikolari fil-ħinijiet tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-akkwati tal-iskola Primarja msemmija jiġu mgħassa mill-Pulizija waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti lejn u mill-iskola waqt il-ħinijiet rispettivi. Meta l-Ministeru jiġi infurmat mill-iskola u/jew ġenituri dwar nuqqas f’dan ir-rigward, il-Ministeru jiġbed l-attenzjoni tal-Awtoritajiet konċernati sabiex dan in-nuqqas jiġi indirizzat minnufih.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom. Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts. Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan. L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €700 (VAT eskluża).

Naxxar Lions F.C. – bini ta’ kumpless sportiv — diskussjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar f’liema stadju waslu d-diskussjonijiet dwar l-art sabiex fuqha jinbena l-kumpless sportiv għal Naxxar Lions F.C.?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onorevoli interpellanta li l-proċess hu għaddej.

Qawra – Skola Primarja – parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-parkeġġ taħt l-Iskola Primarja tal-Qawra jibda jintuża mill-pubbliku b’mod partikolari mir-residenti tal-inħawi? Fiex waslu d-diskussjonijiet dwar dan is suġġett, u ma’ min qed isiru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellanta li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport, flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, qed jaħdem biex dan il-parkeġġ ikun jista' jinfetaħ għall-pubbliku filgħaxijiet u fi tmiem il-ġimgħa f'qasir żmien.
Leg 13 PQ #24275 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Tfal li qegħdin kwarantina – lezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'lezzjonijiet qiegħed jingħataw tfal li qegħdin kwarantina meta l-maġġoranza tat-tfal ikunu qegħdin l-iskola? Jista’ jgħid kemm hemm tfal li mhux jieħdu lezzjonijiet u għalxiex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li t-tfal li qegħdin kwarantina meta l-maġġoranza tat-tfal ikunu l-iskola jistgħu jagħmlu użu mill-pjattaforma diġitali fejn ikollhom aċċess għall-materjal fejn provdut mill-għalliema tagħhom. In-numru ta’ tfal li ma jeħdux lezzjonijiet ivarja minn ġurnata għal oħra minħabba assenzi mill-iskola għal raġunijiet varji.
Leg 13 PQ #23522 Sitting 539 2022-01-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Ta’ Sannat Għawdex – Bini ta’ Sensory Hydro-Therapy Pool

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22650 intera (kollha kemm hi) u jgħid: B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-10 ta' Awwissu 2021 rigward il-proġett ta' bini ta’ Sensory-Hydro-Therapy Pool f’Ta’ Sannat Għawdex, jista’ jpoġġi l-pjanti, in-numru tal-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u tgħid meta huwa ppjanat li jinħareġ il-permess? Jista’ jagħti timeframes ta' meta huma ppjanati li jinħarġu t-tenders u jinbeda x-xogħol infrastrutturali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23858.

Studenti b’diżabilità intelletwali – edukazzjoni post sekondarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b’diżabilità intellettwali li qed jirċievu edukazzjoni post sekondarja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fil-preżent, fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa hemm 137 student li jesperjenzaw diffikultajiet intellettwali (fost diżabiltajiet oħrajn) li qed jibbenefikaw minn esperjenza edukattiva post sekondarja. Infurmat ukoll li hemm 30 student b’diżabilità intellettwali li qed jirċievu edukazzjoni fl-MCAST.

Studenti b’diżabilità intelletwali – applikazzjoni għal edukazzjoni post sekondarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti b’diżabilità intelletwali applikaw biex jirċievu edukazzjoni post-sekondarja mis-sena 2017 sa meta tiġi imwieġba din il-mistoqsija parlamentari u ma ngħatawx aċċess għal din it-tip ta’ edukazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa ma kien hemm l-ebda applikazzjoni li ma ntlaqgħetx. Fir-rigward tal-MCAST ir-risposta hi fin-negattiv ukoll.

Edukazzjoni Terzjarja tal-persuni b’diżabilità intelletwali – politika nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx politika nazzjonali għall-inklużjoni fl-edukazzjoni terzjarja tal-persuni b’diżabilità intelletwali? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-ministeru konċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 11, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 7.
Leg 13 PQ #24160 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Studenti li ma ħadux l-istipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad hawn studenti li għadhom ma ħadux l-istipendju f’din is-sena akkademika li bdiet f’Ottubru 2021? Jista’ jagħti n-numru ta’ studenti, maqsuma istituzzjoni b’istituzzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li mill-applikazzjonijiet li t-Taqsima tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti rċeviet bejn l-ewwel ta’ Ottubru 2021 u t-18 ta’ Jannar 2022, 92% tal-applikanti eliġibbli diġa’ qegħdin jirċievu l-ħlas tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, inkluż il-ħlas tal-istipendju dovut lilhom.
Leg 13 PQ #24161 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Għalliema li laħqu l-età tal-irtirar u talbu li jibqgħu fis-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema fl-aħħar 3 snin li laħqu l-età tal-irtirar u talbu li jibqgħu fis-servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li fl-2019 kien hemm sitt talbiet sabiex għalliema jibqgħu jaħdmu wara d-data tal-irtirar, fl-2020 kien hemm tlettax-il talba, filwaqt li fl-2021 kien hemm tnax-il talba.
Leg 13 PQ #24162 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Pandemija -lezzjonijiet mhux fl-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tfal ma rċevewx lezzjonijiet l-iskola minn Jannar lil hawn minħabba l-pandemija? Kemm minnhom kienu klassijiet sħaħ? F’liema skejjel kienu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #24188 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Lezzjonijiet online — Għalliema qegġdin fil-perjodu ta’ tqala –

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li għalliema li qegħdin fil-perjodu ta’ tqala u li għandom rakkomandazzjoni mit-tobba tagħhom biex ma jesponux ruħhom għall-riskji għaliex huma meqjusa vulnerabbli, jitħallew jagħlmu online mid-dar sabiex it-tfal ma jitilfux lezzjonijiet importanti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru jimxi mal-pariri maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika f’dan ir-rigward u kull każ ikun evalwat għalih.
Leg 13 PQ #24189 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ konsulenzi (entitajiet jew individwi), b’contract of service jew contract for service, b’sejħa jew mingħajrha, position of trust jew mhix, li qiegħed joffru servizz lill-Ministeru inkluż lill-Ministru dirett, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

MCAST – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-aħħar financial statements tal-MCAST qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Staff Akkademiku tal-Università – kundizzjonijiet biex membri jagħmlu xogħol lill-entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika taħt liema kundizzjonijiet jista' membru tal-istaff akkademiku tal-Università jagħmel xogħol lill-entitajiet pubbliċi jew kumpaniji privati barra t-tagħlim u r-riċerka fl-Università?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – impjieg ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux impjegat fil-Ministeru tiegħu? Ittieħdet xi azzjoni f’dan il-konfront?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mhuwiex impjegat tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport.