Tista' l-Ministru tgħid għaliex ir-resits tal-eżamijiet fil-kors OIC Navigational Watch tal-istitut marittimu tal-MCAST ma jsirux f’Marzu kif isiru f’istituti simili fil-bqija tad-dinja biex ma jibqgħux jintlaqtu ħażin l-istudenti tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hija l-Awtorità Marittima ta’ Malta li tistipula meta jsiru l-eżamijiet ta’ barra u għalhekk huwa mitlub li l-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Kors fl-OIC Navigational Watch — Għalliema mhux kwalifikati
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex studenti fil-kors tal-OIC Navigational Watch fl-istitut marittimu tal-MCAST qed isibu ruħhom f'sitwazzjoni fejn l-ewwel jiġu mgħallma minn ċerti teachers u kif ilestu l-eżamijiet tagħhom jgħidulhom li dawn mhux se jiġu approvati għax l-għalliema li għallmuhom mhumiex kwalifikati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandu mhix korretta. L-Istitut Marittimu tal-MCAST jimpjega lecturers kemm full-time kif ukoll part-time biex jgħallmu fuq il-korsijiet li joffri. Il-lecturers li kienu qed jgħallmu fuq il-kors tal-OIC Navigational Watch kienu (u huma) kollha kkwalifikati u qatt ma kien hemm kommunikazzjoni mal-Awtorità Marittima ta’ Malta li dawn il-lecturers ma kienux kwalifikati. Fil-fatt, qabel lecturer jidħol jgħallem fl-Istitut Marittimu tal-MCAST, id-dettalji tiegħu/tagħha jingħataw lill-Awtorita’ Marittima biex dan jew din jiġu approvati biex jgħallmu.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-korsijiet u liema huma s-suġġetti li fihom l-istitut marittimu tal-MCAST mhux qed isib għalliema biex jgħallmu? X'effetti qed iħalli dan fuq il-kors u l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Istitut Marittimu tal-MCAST għandu għalliema biex jgħallmu kull suġġett li għalih qed isir xi kors.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — family friendly measures
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-proġett tal-iskola sekondarja ġdida f’Għawdex u kemm hija stmata li se tkun in-nefqa sħiħa fuq kull komponent tal-proġett? X’sar s’issa fuq dan il-proġett? X’jonqos isir? Meta mistenni li jitlesta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġett ta’ l-iskola sekondarja ġdida f’Għawdex jikkonsisti fil-bini ta’ skola, f’parkeġġ taħt l-art kif ukoll f’sular ta’ faċilitajiet li jinkludi uffiċini, librerija u oħrajn li ser jintużaw mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni f’Għawdex. Il-bini tal-iskola se jkun mifrux fuq medda ta’ art ta’ 3,300 metru kwadru. B’kollox se jkun hemm 45 klassi, sitt technology workshops, disa’ laboratorji tax-xjenza, erba’ laboratorji tal-computers u diversi kmamar fejn isir tagħlim tal-komunikazzjoni grafika, home economics, needlework u arti. Din l-iskola se tkun mgħamra ukoll bi spazji għas-servizz ta’ l-istudenti bħal resource rooms kif ukoll career guidance rooms. In-nefqa fuq l-iskola hija stmata li se tkun €7 miljuni, l-istima tal-parkeġġ hija ta’ (€1,700,000) miljun u sebgħa mitt elf Ewro filwaqt li l-istima tas-sular ta’ fuq hija ta’ (€1,800,000) miljun u tmin mitt elf Ewro.
S’issa tlestew ix-xogħlijiet kif kien pjanat u għalhekk l-istudenti li jattendu din l-iskola għandhom tliet klassijiet ġodda, tliet
art rooms
, tliet
food laboratories
kif ukoll disa’ laboratorji tax-xjenza li jintużaw għat-tagħlim tal-
Integrated Science
, Fiżika, Kimika u Bioloġija
Qegħda titlesta l-kumplament tal-binja tal-iskola li tikkonsisti fil-bini u
finishes
ta’ 42 klassi, sitt
technology workshops
, erba’ laboratorji tal-
computers
, kif ukoll diversi kmamar oħra fejn isir tagħlim tal-komunikazzjoni grafika,
resource rooms
u
career guidance rooms
, sabiex dan il-proġett ikun tlesta sas-sena 2011.
Ħamrun — Kulleġġ San Ġorġ Preca - staff compliment - informazzjoni
Question
B'referenza għall-Kulleġġ San Ġorġ Preca tal-Ħamrun, tista' l-Ministru tindika kemm hemm studenti b'kollox f'dan il-kulleġġ form, form? Min liema rħula ġejjin l-istudenti form, form? Kemm huwa l-istaff compliment f'dan il-kulleġġ? F'liema suġġetti? Kemm hemm għalliema irġiel u kemm hemm għalliema nisa? X'inhi l-età medja tal-għalliema ta' kull suġġett mgħallem? Hemm xi regoli dwar id-dress code tal-għalliema u jekk hemm, x'inhu r-raison d'entre wara dan id-dress code? X'ħin tiftaħ u tagħlaq l-iskola?
Kemm kien hemm studenti fil-
form 5
matul is-sena skolastika li għaddiet? Illum kemm minn dawn l-istudenti għaddew għall-Junior College jew xi istituzzjoni oħra u x'kienu dawn l-istituzzjonijiet? Kemm minnhom irrepetew il-
form 5
? Kemm minnhom marru fid-dinja tax-xogħol? Kemm kien hemm studenti li għamlu
teaching practice
f'dan il-kulleġġ is-sena l-oħra? Kemm se jkun hemm din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jiddentifika liema skola qed jirreferi għaliha. Fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca hemm żewġ skejjel sekondarji fil-Ħamrun, waħda tal-bniet u l-oħra tas-subien.
Tfal tal-iskola — uniformijiet, kotba u stationery
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-istudju li kien sar fl-2008 dwar l-uniformijiet, il-kotba u l-stationery tat-tfal tal-iskola? X'ħareġ minn dan l-istudju u x'kienu l-benefiċċji? Liema direttorat huwa responsabbli li jwettaq ir-rakkmandazzjonijiet li saru jekk dejjem kien hemm? Tista' tgħid jekk minħabba dan ir-rapport, kienx hemm xi tibdil fil-bidu ta' din is-sena skolastika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Ministeru u d-Direttorati Edukattivi ma għamlu l-ebda studju dwar l-uniformijiet, kotba u stationery tat-tfal ta’ l-iskola.
Direttorat għall-Kwalità u Standards — Uffiċjali Edukattivi
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' l-Uffiċjali Edukattivi kollha impjegati mid-Direttorat għall-Kwalità u Standards bl-indikazzjoni ta' min mill-istess uffiċjali kien jaħdem fi skola tal-Knisja jew indipendenti qabel ma' ngħata l-kariga ta' Uffiċjal Edukattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux xi kirjiet ta' għamara u/jew pitturi u/jew pjanti mill-uffiċċju tagħha u dekasteri oħra li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha? Jekk fl-affermattiv, tista' tinfurmani fid-dettall xi flejjes qed jitħallsu għal dawn il-kirjiet separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta’ Malta kriet:
· seba’ pjanti għall-esibizzjoni annwali fil-Fakulta’ tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u Komunikazzjoni, li swew €122.99;
· mejda u erba’ siġġijiet għall-
Careers Convention
fl-Istitut tal-Ħarsien tas-Saħħa, li swew €70.80;
· żewġ pjanti għall-
Careers Convention
fl-Istitut tal-Ħarsien tas-Saħħa, li swew €47.20.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm mill-istudenti li applikaw l-MCAST u għadhom qed jistennew biex jibdew it-taħriġ tagħhom fl-ICT huma disabled? Kemm minn dawn huma b'diżabilità u jużaw wheelchair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-istudenti li applikaw biex jibdew isegwu programmi ta’ studju fl-ICT u li għadhom qed jistennew biex jiġu msejħa, hemm sittax li għandhom xi forma ta’ diżabilità. Din l-istatistika hija bbażata fuq dawk l-istudenti li għamlu t-talba tagħhom għal xi forma ta’ għajnuna minn-naħa tal-Kulleġġ. Dawn is-sittax jitqassmu hekk:
ADD 1
ADHD 2
Aperts Syndrome 1
Asperger Syndrome 2
Dopamine Responsive Dystonia 1
Dyslexia 3
Hearing Impaired 2
Learning Difficulties 1
Muscular Dystrophy 1
Slow Learner 2
Mill-istatistika li għandu l-Kulleġġ jirriżulta li ħadd minnhom ma juża
wheelchair
.
Tista' l-Ministru tikkonferma li l-Pixxina Nazzjonali se tkun magħluqa għall-għawm fil-ġejjieni qarib għal xogħol ta’ manutenzjoni? Jekk iva, tista' l-Ministru tgħid meta se tingħalaq u jekk hemmx alternattivi maħsuba sabiex dawn il-kategoriji ta’ għawwiema jkunu jistgħu jkomplu bit-taħriġ tagħhom – ċioe l-Malta National Swimming Team, il-Clubs’ Swimmers u Triathletes u membri individwali tal-pixxina mill-pubbliku in ġenerali, li jinkludu nies li jeħtieg li jgħumu għal raġunijiet ta’ saħħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Pixxina Nazzjonali fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq ser tingħalaq b'mod temporanju għal raġunijiet ta' manutenzjoni . Ix-xogħol mistenni jibda fl-aħħar ġimgħa ta' Novembru 2009.
Minbarra xogħlijiet infrastrutturali li jindirizzaw il-bżonnijiet ta' min jagħmel użu minn dan il-kumpless, ser ikun qed isir ukoll bdil tas-
sand filters
li qed joqorbu lejn tmiem il-perjodu rakkomandat tal-użu tagħhom.
Din il-manutenzjoni allura hija neċessarja sabiex il-
management
mhux biss ikompli jindirizza l-bżonnijiet ta' dawk li jagħmlu użu mill-pixxina iżda wkoll biex ikun jista jibqa jiggarantixxi l-ogħla livelli ta' kwalita' ta' ilma, ħieles minn materjal li jista' jikkawza infezzjonijiet jew mard tal-ġilda.
Bħalissa qed isiru diskussjonijiet mall-Aquatic Sports Association biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi għat-tim nazzjonali tal-għawm.
Il-membri individwali li jħallsu miżata għall-użu tal-pixxina ser jingħataw għażla jekk jieħdux il-flus lura li ħallsu għaż-żmien li l-Pixxina tkun damet magħluqa jew li s-sħubija tagħhom tiġi estiża bl-istess perjodu li tkun damet magħluqa l-pixxina.
Tista' l-Ministru tgħid x’bidliet qed jiġu kunsidrati għat-trasport skolastiku ? X’alternattivi qed jiġu mistħarrġa għat-tħaddim ta’ sistemi differenti ta’ dan it-trasport ? Veru li fost id-diretturi kien hemm min semma’ l-possibiltà li l-kulleġġi jingħataw flus biex jixtru karozzi għat-trasport tal-istudenti? Kemm hija kkalkulata n-nefqa f’dan il-każ u kemm karozzi jkun hemm bżonn jinxtraw fil-kaz li tittieħed din id-deċiżjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport kkummissjona studju biex jiġi evalwat it-trasport skolastiku. L-uffiċjal inkarigat għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom qed jiġu kkunsidrati.
Mhux minnu li fost id-Diretturi kien hemm min semma l-possibilità li l-Kulleġġi jingħataw il-flus biex jixtru karozzi għat-trasport tal-istudenti. Din il-possibiltà qatt ma kienet ikkunsidrata.
Tista' l-Ministru tpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista’ sħiħa tal-konsulenti differenti li jaħdmu mal-Ministeru u l-oqsma kollha li jaqgħu taħtha u f’kull każ f’liema qasam qed tingħata konsulenza u b’liema tip ta’ remunerazzjoni u kemm hi din ir-remunerazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Żejtun — Junior Lyceum Bniet - gwida għal għażla tas-suġġetti
Question
Tista’ l-Ministru tara li tingħata għajnuna serja lill-istudenti tal-Form II u III tal-Junior Lyceum bniet taż-Żejtun għax jixtiequ gwida x'ħin jiġu biex jagħżlu s-suġġetti iżda m'humiex isibu l-għajnuna meħtieġa u dan qed joħloq ħafna ansjetà u inċertezza fost l-istudenti u l-ġenituri tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għalliema tal-Guidance kellmu lill-istudenti tat-tieni sena dwar l-għażla tas-suġġetti li jistgħu jagħżlu fit-tielet sena tagħhom tal-iskola. Saret ukoll laqgħa lill-ġenituri fis-6 t'April 2009 mill-għalliema tal-guidance lill-ġenituri ta' dawn l-istudenti biex dak li ġie spjegat lit-tfal ikun spjegat ukoll lill-istess ġenituri.
Fl-iskola imsemmija l-istudenti jagħmlu l-għażla tas-suġġetti fil-Form 2 biex ikunu jistgħu jistudjaw iż-żewġ suġġetti magħżula għal tliet snin jiġifieri mill-Form 3 sal-Form 5.
B'referenza għad-diskors li qal l-Prim Ministru dwar ħidma biex jiġi restawrat il-Forti Sant'Anġlu, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
1) ir-rapporti li għandu l-Gvern li jispjegaw il-qagħda preżenti (
condition report
);
2) ir-rapporti li għandu l-Gvern dwar kif il-Fort Sant' Anġlu se jigi restawrat, xi spiża se tintnefaq, fuq kemm snin u minn fejn se jiġi finanzjat dan il-proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-twegiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11263 seduta 149, fejn ġie imqiegħed il-Condition Report.
Ix-xogħolijiet koperti minn dan ir-rapport jammontaw għal madwar €700,000. Għad iridu jsiru aktar studji biex tiġi determinata l-ispiża totali tal-konservazzjoni u r-restawr tal-Forti Sant’ Anġlu. Il-proġett ta’ restawr irid isir fuq numru ta’ snin. Dan il-proġett se jiġi iffinanzjat kemm minn fondi nazzjonali kif wkoll permezz ta’ applikazzjoni għall-Fondi Strutturali Ewropej.
Proġett tal-Belt Ewropea tal-Kultura — partnership bejn Heritage Malta u awtoritajiet Olandiżi
Question
Tista' l-Ministru tispjega x'ħidma kienet qed issir bejn Heritage Malta u awtoritajiet Olandiżi bil-għan li jkun hemm partnership bejn Malta u belt fl-Olanda fil-kuntest tal-proġett tal-Belt Ewropea tal-Kultura? X'xogħol sar u għalfejn waqaf kollox ħesrem? Liema hija l-belt Olandiża? X'inhi l-mira tal-Gvern fid-diskussjonijiet tiegħu mal-Olandiżi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ebda xogħol ma sar bejn Heritage Malta u awtoritajiet Olandiżi.
F’dan il-kuntest Heritage Malta s-sena l-oħra pparteċipat fil-wirja ‘
Painted with Passion
–
Masterpieces from the Golden Age
’ li saret fil-mużew Catharijneconvent ta’ Utrecht.
Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għandu ftehim ta’
Cultural Exchange
mal-bliet ta’
Utrecht
u
Maastricht
.
Sejba ta' oqbra f'Kerċem — informazzjoni fuq il-personnel
Question
B'referenza għas-sejba ta' oqbra ta' 5,000 sena f'Kerċem, tista' l-Ministru tispjega kif inhu magħmul il-personnel li qed jaħdem fuq dan is-sit, jiġifieri jekk humiex arkeologi jew speċjalisti oħra u ma' min huma impjegati? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema? X'beħsiebu jagħmel il-Gvern dwar din is-sejba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-personnel li qed jaħdem fuq dan is-sit huwa magħmul mis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali, li għandu 20 sena esperjenza ta’ skavi u field work, kif ukoll iż-żewg personnel tekniċi tas-Sovrintendenza. Flimkien, dawn jieħdu ħsieb xogħol u analiżi stratigrafikiċi, fotografija, disinn, kif ukoll xogħol ieħor loġistiku marbut mat-teknika tal-iskavar.
Għal dan il-proġett speċifiku s-Sovrintendenza qed tuża wkoll s-servizzi ta’ speċjalista Maltija
freelance
fl-arkeo-osteologija/antropoloġija fiżika, snien u għadam. Qed jieħdu sehem ukoll 4 gradwati fl-arkeologija, kif ukoll voluntier speċjaliżżat fl-osteologija.
Għal dak li huwa xogħol ta’ analiżi speċifiku, bħal ngħidu aħna
Carbon Dating
, jew fejn u jekk hu possibbli, analiżi ta’ DNA antika, huwa maħsub li jintużaw servizzi ta’ laboratorji jew universitajiet li għandhom laboratorji atrezzati għal dawn is-servizzi.
Billi l-oqbra huma żgħar bi spazju ristrett, jistgħu jaħdmu biss mhux aktar minn tnejn min-nies direttament fihom. B’kollox, bejn impjegati tas-Sovrintendenza (3), speċjalista (1) u voluntieri (5) il-
personnel
għal dan il-proġett ammontaw għal 9.
Hu maħsub li din is-sejba sservi bħal attrazzjoni kulturali, billi l-kamra fejn issa jinsabu l-oqbra ssir mużew. Id-disinn tal-kamra, li oriġinarjament kienet estensjoni tad-dar arċipretali, inbidel hekk kif rakkomandat mis-Sovrintendenza u maqbul mill-MEPA. B’hekk, l-oqbra ser ikunu protetti mill-elementi u fl-istess ħin, bi qbil mal-awtoritajiet tal-Knisja, isir mużew komunitarju.
Tista' l-Ministru tiddikjara jekk il-Gvern huwiex beħsiebu, li sakemm tgħaddi l-ewwel fażi tal-ġbir u evalwazzjoni ta' tagħrif dwar iċ-Ċittadella, jagħmel xogħol ta' restawr urġenti fuq iċ-Ċittadella, bħat-tneħħija tax-xitel tal-kappar jew xurbebb li qed jiftħu l-konsenturi, jitneħħa l-konkos u jissewwew il-fanali?
Intant, tista' l-Ministru tgħid meta hu prospettat li wieħed jgħaddi għat-tieni fażi, issa li kważi għaddew sena u nofs mill-għeluq tas-sottomissjoni ta' l-offerti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.