B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28980, tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet it-tender għax-xiri ta’ boroż organiċi, peress li issa r-residenti ilhom xhur sħaħ ma jirċievu dawn l-istess boroż mingħand il-kunsill lokali rispettivi? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li dawn il-boroż jibdew jitqassmu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ebda offerta ma laħqet ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi provdut prodott ta’ kwalità tajba, u minħabba f’hekk Wasteserv se tkun tista’ tkompli toffri dan is-servizz biss, meta l-proċess tax-xiri jwassal għal prodott ta’ kwalità.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28850 dwar l-ammont ta’ drenaġġ li jitwassal sal-impjant tad-drenaġġ fl-inħawi taċ-Ċumnija,
fil-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-ammont totali ta’ drenaġġ li twassal f’dawn l-inħawi mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena separatament? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dan id-drenaġġ ġie msoffi u twassal bħala new water, matul l-istess perjodu u f’liema nħawi ntuża dan l-istess ilma tan-new water, u taqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma trattat id-drenaġġ kollu li wasal għandha u rnexxielha tipproduċi l-ammont kollu tan-New Water skont il-kapaċità tal-impjant. Dan l-ilma ntuża f’diversi nħawi fit-Tramuntana ta’ Malta. Kif diġà tħabbar pubblikament, il-Korporazzjoni se tkun qiegħda twettaq investiment biex tirdoppja l-kapaċità tal-impjant.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Pwales – Main tal-ilma
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30107, dwar il-main tal-ilma fi Triq il-Pwales, f’San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq l-istess main, li skont l-istess tweġiba tali proġett jinsab fil-proġetti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)? Tista’ tgħid ukoll kemm hu mistenni li jdum għaddej ix-xogħol fuq dan il-proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru fit-triq indikata huma parti minn proġett estensiv li se jestendi minn ħdejn ir-roundabout ta’ Selmun, fil-Mellieħa, sal-Ġnien Olimpiku fix-Xemxija. Il-proġett kollu huwa maħsub li jieħu madwar sentejn minn meta jibda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta’ kuntratturi li ressqu applikazzjoni biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet ta’ dawk kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Giuseppe Cali, Ħal Tarxien? Tista’ tgħid ukoll kemm ser jiswew u meta se jkunu lesti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fit-triq indikata qed ikunu kkordinati minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Remedial Action for Residents
Question
To ask the Minister, what immediate steps will the Water Services Corporation take to address and resolve the continuous, low-frequency hum and vibrations emanating from underground, which is severely disrupting sleep and quality of life, and what channel can the affected residents use to report the issue for immediate investigation and monitoring at their specific property?
Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Mitigation Measures
Question
To ask the Minister, what specific mitigation measures are being taken, or are planned to be taken, within the Pembroke to Ta’ Qali water supply tunnel structure (such as anti-vibration mountings or acoustic damping on pipes and equipment) to reduce the ground-borne noise and vibrations that are now affecting residents 24 hours a day?
Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Noise and Vibration Studies
Question
To ask the Minister, were there any post-construction noise and vibration studies, specifically relating to the operational phase of the Pembroke to Ta’ Qali water supply tunnel, conducted in the affected residential areas of Swieqi and Ibraġġ? If so, can the Minister publish the findings of these studies and confirm the measured decibel and vibration levels?
Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Noise Source
Question
To ask the Minister, has the Water Services Corporation identified the precise source of a continuous hum and vibration (e.g. water pumping, ventilation systems, or water flow) following the completion of the Pembroke to Ta’ Qali water supply tunnel boring, which passes directly underneath or in close proximity to Swieqi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jipprovdi iktar informazzjoni dwar il-ħsejjes u l-vibrazzjonijiet li qed jagħmel aċċenn għalihom.
Ħruġ inkorrett ta’ skart jew rimi ta’ skart illegali - Multi
Question
Tista’ l-Ministru tagħti ċifra ta’ kemm-il multa nħarġet għall-ħruġ inkorrett ta’ skart jew rimi ta’ skart illegali (littering)? Tista’ tgħid ukoll kemm minnhom ġew imħallsa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30585, tista’ l-Ministru tara li t-tarf ta’ Triq Valperga fil-Fgura, kif ukoll taħt l-mina, jiġi mdawwal aħjar peress li bħalissa ma tantx huwa mdawwal? Tista’ tara wkoll li jsir ilqugħ tal-ħadid fuq il-bankini taż-żewġ naħat sabiex jipproteġu lil min ikun qiegħed jaqsam?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li saret spezzjoni mit-tekniċi tal-Enemalta fiż-żona indikata u nbidlu l-lampi li kien hemm maqtugħin kemm ġewwa kif ukoll barra l-mina. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi t-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid fejn u kemm inbnew stazzjonijiet tal-ippumpjar tad-drenaġġ (sewage pumping stations) ġodda f’Għawdex, mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu indikat f’din il-mistoqsija, f’Għawdex inbnew tliet stazzjonijiet tal-ippumpjar tad-drenaġġ. Dawn jinsabu fi Triq Daħlet Qorrot u oħra fi Triq l-Emigranti n-Nadur u l-oħra fi Triq San Pawl, ix-Xewkija.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq San Duminku fir-Rabat, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll kif inhu għaddej l-andament ta’ dawn ix-xogħlijiet u meta huwa ppjanat li jitlesta x-xogħol relatat ma’ din is-sejħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fit-triq indikata għandhom jitlestew sal-aħħar ta’ din is-sena kif stipulat fil-kuntratt iffirmat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx studju fuq il-kwalità tal-arja fil-Magħtab fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti ta’ dawk l-inħawi? Jekk iva, tista’ tqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji bażi tal-kwalità tal-arja għall-aħħar EIA li sar minn WasteServ Malta.
Magħtab landfill - Impjant li jikkontrolla l-irwejjaħ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri jittieħdu biex l-impjant tal-Magħtab landfill jikkontrolla l-irwejjaħ li spiss ikun hemm u li qed jikkawżaw inkonvenjent għar-residenti?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Settembru 2025?
Tista’ l-Ministru tgħid x’ser tkun qed tagħmel biex tiġi riżolta minnufih il-problema kbira li qed jiffaċċjaw ir-residenti Qriema kull darba li tagħmel ħalba xita u jfur id-drenaġġ fi Triq il-Wied, Ħal Qormi?
Tista’ l-Ministru tgħid x’ser tkun qed tagħmel biex tiġi riżolta minnufih il-problema kbira li qed jiffaċċjaw ir-residenti Qriema kull darba li tagħmel ħalba xita u jfur id-drenaġġ fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li s-sitwazzjoni li qed jagħmel aċċenn għaliha l-Onor. Interpellant hija kkawżata minn konnessjonijiet illegali ta’ binjiet privati li jiġu mqabbdin man-network tad-drenaġġ meta mhux suppost. Meta jkun hemm inzul qawwi ta’ ilma tax-xita qed twassal għal din is-sitwazzjoni. F’ċirkostanzi hekk, id-Discharge Permit Unit tagħmel kuntatt mar-residenti jew stabbilimenti li jkollhom konnessjoni llegali mad-drenaġġ u tiżgura li dawn jitneħħew fi żmien stipulat.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda l-pjan ta’ riabilitazzjoni tal-Ġnien ta’ Sant Anton, speċjalment tal-passaġġi li saru ta’ periklu għal min ikun miexi f’dan il-ġnien?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara sejħa għall-offerti minn Project Green, it-tender għall-proġett ta’ Sant Anton intrebaħ mingħajr ma kien hemm kontestazzjoni. Bħalissa għaddej il-proċess biex ikun finalizzat il-kuntratt, fejn qed issir kordinazzjoni ma’ diversi stakeholders inkluż ir-residenti biex kulħadd ikun infurmat bil-proċess u jkun jista’ jagħti l-opinjonijiet tiegħu fuq il-proġett.
Ix-xogħlijiet se jiġu esegwiti f’fażijiet, fejn l-aċċess pubbliku se jinżamm miftuħ f’żoni li ma jkunx qed isir xogħol fihom. Kull fażi se tirrestawra sezzjoni tal-ġnien, li terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku kif titlesta.