Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11368 u jgħid kemm ingħataw akkomodazzjonijiet soċjali, xahar b’xahar, matul is-snin 2022 u 2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2022 sat-30 t’April 2024, l-Awtorita’ tad-Djar iffirmat 852 kuntratt ta’ kirja mal-inkwilini.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11394 u jgħid kemm tqassmu postijiet mibnija ġodda matul is-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li tiġi fiha mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12038 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Reklami fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sarx infiq f'dan ir-rigward.
Vittmi ta' vjolenza Domestika li qed jistennew akkomodazzjoni Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5803 u jgħid kemm hemm persuni vittmi ta’ vjolenza domestika li għadhom qed jistennew akkomodazzjoni soċjali? Kemm ilhom li applikaw għal dan is-servizz?
Response (GALDES, RODERICK)
Fl-aħħar snin wettaqna revoluzzjoni ta’ ġustizzja soċjali hekk kif naqqasna l-waiting list tal-housing soċjali bin-nofs u rajna r-rata ta’ home ownership titla’ għal 82% tal-poplu Malti u Għawdxi. Dejjem sostnejt li l-housing għandu jkun parti minn katina mqabbda ma’ servizzi oħrajn. Il-problema tal-vjolenza domestika hija waħda li taffettwa n-nisa, irġiel, tfal, u persuni b’diżabilità li bħalissa qed isofru minħabba dan it-tip ta’ abbuż. Fil-fatt waqt il-pandemija konna ta’ spalla għal min huwa vittma ta’ vjolenza domestika tant li kont ħabbart miżura fejn dawn il-vittmi llum jaċċessaw benefiċċju tal-kera ferm ogħla. Dan mhux kollox, għaliex preżentament, l-Awtorità tad-Djar għandha 17-il applikazzjoni minn persuni li huma vittmi ta’ vjolenza domestika fuq il-lista ta’ stennija u li għaddejja ħidma biex dawn jingħataw kull għajnuna meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4216 u 5973 u u jgħid kemm-il akkomodazzjoni soċjali ngħatat minn Ottubru 2021 sa Marzu 2022 u minn April 2022 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninformaw lill-Onor. Interpellant li ma sarx infieq f'dan ir-rigward.
B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mibnija ġodda matul is-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li tiġi fiha mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Irrid nibda nwieġeb lill-Onor. Interpellant billi nirrimarka kif is-settur tal-housing, ftit inqas minn 11-il sena ilu kien fil-qiegħ tal-aġenda politika tal-Gvern ta’ dak iż-żmien. Mhux biss is-settur innifsu, iżda wkoll dawk l-eluf ta’ familji li minħabba ċ-ċirkostanzi soċjali tagħhom kellhom bżonn l-assistenza tal-Istat biex ikollhom saqaf diċenti u dinjituż.
Writna waiting list li teċċedi it-3,000. Illum niżżilniha għal madwar 1,500. Biżejjed? Le.
Kellna nkunu aħna li nelevaw lis-settur u lil dawn il-familji. Il-politika tagħna mibnija fuq il-ġustizzja soċjali u l-mobilità soċjali.
Naqqasna n-nies fuq il-waiting list u żidna d-disponibbiltà tal-housing. Din is-sena qegħdin fit-triq it-tajba biex negħlbu r-rekords preċedenti, u b’hekk issir sena importanti għas-settur tal-housing.
Fl-aħħar sentejn biddilna u se nbiddlu l-futur ta’ 440 familja li se jgħixu taħt saqaf diċenti u dinjituż.
U dawn iċ-ċifri lanqas biss jinkludu dak li qed itina l-privat fl-iskema Nikru biex Nassitu.
Mill-2017 ’l hawn, il-privat żied 1,100 appartament fis-suq u qed jgħinna nsaħħu l-isforzi tagħna.
Dan huwa l-mod kif qed inżewwġu s-suċċess ekonomiku tas-settur privat mal-bżonn soċjali ta’ eluf ta’ familji. Dan huwa messaġġ b’saħħtu ta’ fiduċja fil-politika tal-Gvern għas-settur tal-housing mis-settur privat.
Barra minn hekk, irrid insemmi l-ħidma tal-Awtorità li tiġbor ċwievet ta’ familji li jkunu avvanzaw f’ħajjithom u għalhekk ma jkollhomx bżonn aktar l-assistenza tagħna.
Lil hinn miċ-ċifri, dawn mhumiex sempliċiment numri jew suċċessi ta’ dan il-Gvern. Dawn huma familji li llum bdew jew se jibdew jifformaw il-futur tagħhom u ta’ wliedhom. Dawn huma stejjer Maltin ta’ suċċess li dħalna fil-politika għalihom, biex inbiddlu u nagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja ta’ dawn in-nies u ta’ oħrajn bħalhom.
Konna, għadna u se nibqgħu naħdmu favur il-ħaddiem, favur il-familji Maltin u Għawdxin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11650 u jgħid meta sejra tiġi riżolta l-problema tal-madum fl-entratura tal-binja tal-Gvern, Binja Imsieraħ, fl-Imtarfa, minħabba li l-madum qiegħed jinqala' u jwassal għall-ħsarat fil-garaxxijiet għaliex l-ilma minn taħt il-madum maqlugħ qiegħed jinżel fil-basement kif ukoll qed ikun ta' periklu għal min jimxi fuqu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin diskussjonijiet sabiex tiġi riżolta din il-problema.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati, iffirmati kuntratti u ngħataw ċwievet għall-akkomodazzjoni soċjali fl-2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2022, il-Bord tal-Allokazzjonijiet fi ħdan l-Awtorità tad-Djar alloka 587 propjetajiet filwaqt li ġew iffirmati u ngħataw ċwievet għal 506 proprjetà.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati, iffirmati kuntratti u ngħataw ċwievet għall-akkomodazzjoni soċjali fl-2023?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2023, il-Bord tal-Allokazzjonijiet fi ħdan l-Awtorità tad-Djar alloka 175 proprjetà filwaqt li ġew iffirmati u ngħataw ċwievet għal 309 proprjetà.
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema irħula jew bliet kienu l-applikanti li ngħataw l-akkomodazzjoni soċjali, jiġifieri l-belt jew raħal li kienu rreġistrati fuqu l-applikanti meta għamlu l-applikazzjoni, qabel ingħataw l-akkomodazzjoni soċjali fl-2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema irħula jew bliet kienu l-applikanti li ngħataw l-akkomodazzjoni soċjali, jiġifieri l-belt jew raħal li kienu rreġistrati fuqu l-applikanti meta għamlu l-applikazzjoni, qabel ingħataw l-akkomodazzjoni soċjali fl-2023?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16957 dwar xogħlijiet fi Blokk A5, Triq Mahatma Ghandi, il-Fgura, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta x-xogħol?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Blokk A5 il-Fgura huwa previst li jitlesta sal-aħħar ta’ Mejju 2024 skont il-programm ta’ xogħlijiet.
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Programmi tar-radju - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma sar l-ebda infiq ta’ flus mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħtu fuq programmi tar-radju kif indikat fil-mistoqsija.