B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2263 u 2513, jista’ l-Ministru jgħid jekk r-rapport finali ġiex ippreżentat jew kienx hemm estensjoni tat-terminu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport finali tal-inkjesta ġie pprezentat fi żmien stipulat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara l-interventi fuq is-social media lokali min-naħa tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ittieħdux passi dixxiplinarji?
Response (ABELA, CARMELO)
Jista l-Onorevoli Interpellant jgħid jew jindika liema interventi qed jirreferi?
Peress li skont il-Gazzetta tal-Gvern 19,726, paġna 1208 taħt DO 083, għall-provvediment ta’ xiri ta’ għamara għar-residenza tal-Ambaxxata Maltija ġdida fil-Belt ta’ Abu Dhabi, il-Valur tal-Kuntratt Eskluża l-VAT, kien għall-ammont ta’ €49,029.29, jista’ għaldaqstant il-Ministru jgħid x’tip ta’ għamara nxtrat u minn fejn inxtrat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onoroveli Interpellant illi x-xiri tal-għamara għall-Ambaxxata Maltija f’Abu Dhabi sar mingħand Nukhat Al Awaiel wara li nksibu tlett kwotazzjonijiet u ġie approvat li l-għamara kkonċernata tinxtara mil-orħos stima. Id-dettalji tal-għamara li nxtrat qed tiġi deskritta fit-tabella hawn taħt:
Kamra
Tinkludi
Kċina
Cabinet
li jinkludi sink u aċċessorji relatati,
Fridge, Cooker, Washing Machine,
Mejda u sitt siġġijiet.
Kamra tal-Pranzu
Mejda b’għaxar siġġijiet,
Side Cabinet
Spare Bedroom
Sodda ta’ wieħed, saqqu, żewġ komodini u gwardarobba
Main Bedroom
Sodda doppja, saqqu, żewġ komodini u gradenza bil-kxaxen u mirja
Sitting Room
TV on stand, Satellite receiver
(installazzjoni inkluża), Sufan x 2, Sufan x 3, Pultruna, tlett
side tables
Purtieri għall-kmamar varji kemm fl-Ambaxxata kif ukoll fir-Residenza li jinsabu fuq xulxin
Master Bedroom, Dining Room, Spare Bedroom,
Konsolat,
Sitting at ground floor, Spare Room, Sitting at first floor, Embassy foyer, Ambassador Room, Kitchen blinds at first floor, kitchen at ground floor
Individwu li inġab lura minn posting barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inġab lura ħesrem minn posting ta’ tliet snin qabel ma għalaq it-terminu tiegħu? X’kienu ir-raġuni/jiet? Ma jaħsibx li kien każ ta’ diskriminazzjoni politika, f'ċirkustanzi dubbjużi jew tpattija għall-investigazzjonijiet li għamlet ommu?
Response (ABELA, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan l-individwu ssejjah lura Malta minhabba l-esigenzi tas- servizz.
Fid-dawl tal-Proġett Consul-on-the-Move, jista’ l-Ministru jgħid għaliex numru ta’ familji Maltin fl-Awstralja, li vjaġġaw minn distanzi twal, spiċċaw tilfu eluf ta’ ewro minħabba li ġew ikkanċellati għadd sostanzjali ta’ appuntamenti konsolari fl-uffiċċju tal-Konslu Ġenerali ta’ Malta fil-Belt ta’ Sydney? (Numru ta’ Maltin f’Sydney ilmentaw li minkejja li nhar ta’ Ġimgħa l-istess Konslu Ġenerali li jitħallas ta’ konsulent dan ma jidħolx għax-xogħol) Veru li l-ordnijiet relatati max-xogħol ta’ dan il-Konslu Ġenerali jeħodhom direttatment minn Kastilja u mhux mill-Kummissarju Għoli Malti f’Kanberra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Proġett Consul-on-the-Move ma jkoprix il-Belt ta’ Sydney imma huwa intiż għal bliet aktar ‘il bogħod. Għaldaqstant l-allegazzjoni fil-mistoqsija ma tistax tkun minnha.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli nterpellant li n-network ta’ Rappreżentazzjonijiet konsolari fl-Awstralja jirrispondu direttament lill-Kummissarju Għoli Malti f’Kanberra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp Diplomatiku li rriżenjaw mill-kariga tagħhom, jew inkella applikaw għal xi tip ta’ unpaid leave mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’dan il-Ministeru, minn Marzu 2013 sa llum, kien hemm 29 membru li rriżenjaw mill-Korp Diplomatiku, filwaqt li 45 membru tal-Korp Diplomatiku applikaw għal xi forma ta’ unpaid leave.
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn jistgħu jinsabu u jinġiebu ċertifikati tal-mewt li jkunu tas-seklu 19 (madwar is-snin 1880)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi mhuwiex responsabbli miż-żamma ta’ ċertifikati tal-mewt li seħħew fis-seklu 19 (qabel jew wara). Għadaqstant nitlob lill-Onorevoli interpellant biex iressaq il-informazzjoni tiegħu lill-Ministeru jew Ministeri kkonċernati.
Uffiċjali Diplomatiku/Ambaxxatur/Kummissarju – kontijiet bankarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-prassi meta uffiċjal diplomatiku u/jew Ambaxxatur/Kummissarju Għoli/Rappreżentant Permanenti jispiċċa mill-posting f’xi Ambaxxata/Kummissjoni Għolja/Rappreżentanza Permanenti jekk għandux/iex jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-kontijiet bankarji tiegħu/ha u/jew tal-familjari tiegħu/ha fejn serva/iet u jekk għandux/hiex dritt i/tħalli l-istess kontijiet bankarji bl-indirizz tal-Ambaxxata anke snin wara li j/tkun spiċċa/t?
Response (ABELA, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant illi meta uffiċjal diplomatiku u/jew Ambaxxatur/Kummissarju Għoli/Rappreżentant Permanenti jispiċċa mill-posting f’xi Ambaxxata/Kummissjoni Għolja/Rappreżentanza Permanenti, il-kont ta’ l-Ambaxxata jibqa` miftuħ. Dan ifisser illi bejn posting u ieħor il-kont bankarju ma jiġix affettwat. Hija prassi tal-Ministeru illi joħroġ ittra speċifika li tawtorizza lill-Uffiċjal li jkun għadu kif ġie maħtur fil-Missjoni ta’ Malta bl-awtorita` meħtieġa biex jassumi l-awtorita` finanzjarja fuq il-kont ta’ dik l-Ambaxxata rispettiva.
Inżid ninforma lill-Onor Interpellant illi naturalment hija ir-responsabilita` ta’ kull Uffiċjal diplomatiku u/jew Ambaxxatur/Kummissarju Għoli/Rappreżentant Permanenti li jispiċċa mill-posting li jieħu ħsieb jagħlaq il-kont personali tiegħu u li fi kwalunkwe każ qatt ma jħalli l-indirizz tal-kont fuq l-indirizz tal-Missjoni Maltija.
Direttorat għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet irċieva kull sena, id-Direttorat għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ ta’ Formoli Notifika D – Reġistrazzjoni Volontarja għall-Ċittadini Maltin li Se Jsiefru jew Jgħixu Barra minn Malta, minn meta ġew varati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Formola Notifika D - Reġistrazzjoni Voluntarja għall-Maltin li Jsiefru u l-Jgħixu Barra minn Malta – ġiet varata nhar is-6 ta’ Novembru 2013 u minn dak in-nhar is-sottomissjonijiet kienet hekk kif elenkat hawn taħt:
45 l-applikazzjoni fl-2013;
238 l-applikazzjoni fl-2014;
794 l-applikazzjoni fl-2015;
1226 l-applikazzjoni fl-2016;
951 l-applikazzjoni (ċifra sal-11 ta’ Diċembru) fl-2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kif għadu ma ġiex sospiż l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara li nħareġ digriet mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta fil-31 t’Ottubru 2017 (Gazzetta tal-Gvern numru 19,899) li jirreferi għall-inċident serju stradali bil-karozza uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ? L-Ambaxxatur kellu dritt jagħmel użu minn vettura uffiċjali (number plates qed jingħataw separatament) waqt li qiegħed Malta u mhux jaqdi l-funzjonijiet tiegħu l-Olanda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Gazzetta tal-Gvern imsemmija fil-mistoqsija ma hemm l-ebda referenza għal kaz.
Londra – Kummissjoni Għolja Maltija – passi dixxiplinarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fil-każ tal-mistoqsija parlamentari 22284 tat-12-il Leġiżlatura ma ttieħdux pass dixxiplinari f’każ daqstant serju? Għaliex l-uffiċjal konċernat għadu jservi ta’ Konslu Ġenerali ta’ Malta f’Toronto?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsijiet Parlamentari 22284 tal-legislatura XII u numru 1881 ta’ din il-leġislatura.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-CV tad-Direttur għall-Affarijiet Ewropej, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija protetta bil-Liġi tad-Data u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Dokumenti uffiċjali, passaporti u karti tal-identità ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’nazzjonalitajiet għandu r-raġel tad-Direttur li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti uffiċjali, passaporti u karti tal-identità għad-dispożizzjoni tiegħu kemm dik Maltija kif ukoll dawk barranin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ma nistax nifhem x’relevanza għandha din il-mistoqsija.
Direttur għall-Affarijiet Konsolari u d-Direttur tal-Protokoll – rigal tal-Milied
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’rigal ingħataw id-Direttur għall-Affarijiet Konsolari u d-Direttur tal-Protokol għall-Milied li għadda mill-istaff tagħhom, hekk kif hemm referenza għalihom fl-email li qed tingħata separatament? Ittieħdu passi dixxiplinari minħabba ksur taċ-Ċirkulari tal-OPM f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Milied li għadda ingħata ktieb lid-Direttur għall-Affarijiet Konsolari b’valur ta’ madwar €60.00. Il-passi dixxiplinari ttieħdu mal-uffiċjali konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar insurance biex tipproteġi d-diplomatiċi Maltin hekk kif ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 21309 tat-12-il Leġiżlatura? Saret xi insurance policy għad-diplomatiċi tagħna li kuljum jiffaċċjaw perikoli f’diversi pajjiżi fejn hemm attakki terroristiċi? Jekk iva, kien hemm xi każ li sar użu minn din il-policy?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara riċerka li saret mill-Ministeru, l-kumpanija tal-Assigurazzjoni ma jkoprux attakki terroristiċi. Ninsab infurmat ukoll li ma jezistux records li qatt saret assigurzzjoni kontra atti ta’ terrorizmu.
Jista’ l-Ministru jgħid , lejn liema pajjiżi siefret is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, jekk kenitx parti minn delegazzjoni jew le, għal liema skop kienet is-safra u x’kienet l-ispiża għal kull żjara minn Lulju 2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Konsulenti fis-Segretarjat – safar ta’ ambaxxaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid l-Ambaxxaturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament (a) u (b) li huma Konsulenti fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin lejn liema pajjiżi siefru, jekk kenux parti minn delegazzjoni jew le, għal liema skop u x’kienet l-ispiża għal kull żjara, minn Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża fuq fuel tal-vettura tal-Ministru kienet is-segwenti:-
Sena
Infiq fuq Fuel
2014
€3,029.58
2015
€3,092.80
2016
€1,897.43
Ħarsien tas-sigurtà taċ-ċittadini li huma esposti għall-kriminalità organizzata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel l-istat biex jassigura l-ħarsien tas-sigurtà taċ-ċittadini li huma esposti mid-deni tal-kriminalità organizzata lokali jew barranija jew organi statali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija lil-Ministru konċernat.