Sewqan taħt l-effett tal-alkoħol – Persuni mressqa l-Qorti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26167 u 24322 li kienet saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni dwar kemm tressqu persuni l-Qorti minħabba li kienu qed isuqu taħt l-effett tal-alkoħol f'dawn l-aħħar ħames snin, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li tressqu l-Qorti nstabu ħatja, u jekk ingħatawx sentenza ta' ħabs jew multa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każijiet imsemmija jinstemaw ma’ każijiet oħra relatati mat-traffiku u għalekk m’hemmx informazzjoni speċifika.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27142 u 27428 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27099 u ċjoè: Fid-dawl li fl-aħħar ta’ Marzu 2025 kien hemm il-ħatra ta’ medjaturi fi ħdan il-Qorti tal-Familja fejn dawn diġà qed jaħdmu bħala medjaturi fl-istess qorti, u peress li t-talba għall-medjaturi fil-Qorti tal-Familja qed dejjem tiżdied aktar ma jgħaddi ż-żmien, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jimpjega medjaturi fuq bażi full-time, issa li hu stess nieda riforma fil-Qorti tal-Familja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm ħidma għaddejja abbażi tal-feedback li daħal fil-Konsultazzjoni Pubblika u kull deċiżjoni titħabbar fil-mument opportun.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħata rikonoxximent ta’ status professjonali lill-ġeoloġi? Jekk iva, jista jgħid meta huwa ppjanat li dan isir?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni mhux il-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kemm hemm inkjesti maġisterjali pendenti li nfetħu fit-termini tal-artikolu 546 tal-Kapitlu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jgħid ukoll kemm mill-inkjesti maġisterjali pendenti ilhom miftuħin:
i. aktar minn sena;
ii. aktar minn sentejn;
iii. aktar minn tliet snin;
iv. aktar minn erba’ snin;
v. aktar minn ħames snin; u
vi. aktar minn għaxar snin?
Kemm mill-inkjesti maġisterjali pendenti ilhom aktar minn għoxrin sena li nfetħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27066 u jippreżenta l-lista ta' kuntratti maħruġa mill-Kummissarju għar-Riformi tal-Liġijiet mill-ħatra tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema kuntratti qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27081 u jgħid kemm hawn tower cranes preżentement f'Malta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lilll-Onor. Interpelant li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol tinsab fil-proċess sabiex tiġbor din l-informazzjoni u toħloq ‘data base’ ad-hoc kif ukoll qed tesplora kull possibilità biex tinġabar u żżomm din id-data, anke bl-introduzzjoni t’obbligi ġodda abbazi tal-liġi l-ġdida approvata mill-Parlament is-sena li għaddiet.
Il-funzjoni tal-Awtorità s’issa kienet dik li meta u fejn uffiċjali ta’ l-imsemmija Awtorità’ jsibu ‘tower crane’ jintalab iċ-ċertifikat li jkun maħruġ m’għand persuna kompetenti.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27142 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Chief Executive Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista’ jgħid wkoll:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-1 t’April 2025.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2025?
Jista' l-Ministru jippreżenta l-lista ta' kuntratti maħruġa mill-Kummissarju għar-Riformi tal-Liġijiet mill-ħatra tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'riformi saru mid-data li fiha ġie maħtur bħala Ministru sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, mill-Kummissarju għar-Riformi tal-Liġijiet kemm ilu fil-kariga?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Att dwari r-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, l-Kummissarju tal-Liġijiet ma jagħmilx riformi iżda jagħmel reviżjoni tal-liġijiet, madanakollu l-Uffiċċju tal-Kummissarju iħejji u jippreżenta lill-Ministeru numru ta’ rapporti fuq dan ir-rigward. Apparti minn hekk ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Att msemmi bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ reviżjoni u aġġornament sħiħ tal-Liġijiet ta’ Malta mill-Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26124 u 26684 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Prim Ministru rispettivament u jgħid kemm hawn tower cranes preżentement f'Malta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl li fl-aħħar ta’ Marzu 2025 kien hemm il-ħatra ta’ medjaturi fi ħdan il-Qorti tal-Familja fejn dawn diġà qed jaħdmu bħala medjaturi fl-istess qorti, u peress li t-talba għall-medjaturi fil-Qorti tal-Familja qed dejjem tiżdied aktar ma jgħaddi ż-żmien, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jimpjega medjaturi fuq bażi full-time, issa li hu stess nieda riforma fil-Qorti tal-Familja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Rigali u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.