Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar
Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati — struttura organizzattiva
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12251 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9342, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-eżerċizzju ta’ debt collection? Kemm kienu dawk il-ġenituri li ħallsu l-multi f’dawn l-aħħar tliet snin wara li rċevew l-ittra legali? X’isir jekk il-ġenituri jibqgħu ma jħallsux il-multa?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11352, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet il-ħidma li għaliha tagħmel referenza biex allura l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2394 jiġu implimenti, tenut kont tal-fatt li dan ir-Regoloment tal-UE daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2020?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru rrapportati lill-pulizija kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12378 u 12492 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2019.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – laqgħat ma’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la jien u lanqas is-Segretarju Parlamentari, fil-kapaċità tagħna fuq ċitata, ma ltqajna mal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12378 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipedia page
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12402, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni biex tivverifika li fil-fatt il-manipulazzjoni ta' wikipedia ma saritx minn uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll liema hu l-Ministeru kkonċernat?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12251 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9342, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-eżerċizzju ta’ debt collection? Kemm kienu dawk il-ġenituri li ħallsu l-multi f’dawn l-aħħar tliet snin wara li rċevew l-ittra legali? X’isir jekk il-ġenituri jibqgħu ma jħallsux il-multa?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12097, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ebda entita' fid-dekasteru tiegħi ma tagħat impjieg lill-individwu li d-dettalji dwaru qed ingħataw separament wara Jannar 2017 s'issa.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page
Question
Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat