Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux il-ġudikatura kollha għandhom sentencing guidelines li jridu jsegwu fid-deċiżjonijiet tagħhom speċjalment f’każijiet bħal vjolenza domestika, stupru u abbużi fuq anzjani jew persuni b’diżabilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Membru li f’ Malta qatt ma eżistiet sistema ta’ sentencing guidelines. Għandu jingħad ukoll li ġeneralment is-sentenzi tal-Qrati jipprovdu, però, gwida.
Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff – bike racks
Question
B’referenza għal pjazza ta’ Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff Paola, fejn tpoġġew bike racks tal-concrete, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li min ħa ħsieb il-proġett ma użax l-iskema approvata tal-gvern biex ikun hemm bike racks li huma Sheffield type li wara kollox huma approvati ukoll mill-Bicycle Advocacy Group?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bike racks li huma Sheffield type ġew approvati mil-Gvern fis-sena 2018 filwaqt li kuntratt għar-riġenerazzjoni tal-Pjazza Antoine De Paul ta’ Raħal Ġdid kien approvat fis-sena 2016.
Rigward Ġnien Duminku Mintoff, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkoncernat.
B’referenza għall-art pubblika agrikola li hi bi qbiela, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jibdew taħdidiet min-naħa tal-Ministeru tal-Kultura mal-Awtorità tal-Artijiet biex tiddaħħal kundizzjoni fejn dawn l-inħawi li huma żoni stabbiliti bħala għelieqi ta’ ħruq tal-logħob tan-nar, ma jiġix miċħud dan id-dritt minn dawk is-sidien li jkollhom qbiela?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Qrati Kriminali u inkjesti maġisterjali — espert psikjatri
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie nominat espert psikjatra fis-snin 2015 sa 2018 fi Qrati kriminali u f'inkjesti maġisterjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar in-nomini ta’ esperti psikjatri fil-Qrati Kriminali u f'inkjesti maġisterjali.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018 u jista’ jinforma l-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2018? Jista’ jinforma wkoll lill-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-amont ta’ viżitaturi li żaru li l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni kien jammonta għall-33,033 viżitatur u d-dħul totali mill-bejgħ ta' biljetti kien jammonta għal €715,906. Intant infurmat li l-ispejjeż relatati mal-post kienu jammontaw għal €180,056. Skejjel primarji ma jżurux dan is-sit.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Green Leaders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.
Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.
Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm:
· tisħiħ tal-Green Public Procurement;
· introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;
· installazzjoni tal-pannelli;
· Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom
.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9212 u 9094 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8873, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors sar ai termini tal-artiklu 495A “Meta l-komproprjetarji ma jaqblux fuq il-bejgħ ta’ xi ħaġa li tkun miżmuma in komun.” tal-Kodiċi Ċivili minn meta daħal fis-seħħ dan l-artiklu sal-lum, sena b’sena? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu f'Għawdex u kemm f'Malta? Jista' jgħid kemm minnhom kienu deċiżi u kemm minnhom għadhom pendenti? Jista' jgħid kemm-il appell sar minn dawn ir-rikorsi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16) promulgat bl-Att tal-2004 li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Att Nru. XVIII tal-2004 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005 (Avviż Legali 48 tal-2005). In-numru ta’ rikorsi li saru ai termini ta’ dan l-artikolu li jittratta każijiet “Meta l-komproprjetarji ma jaqblux fuq il-bejgħ ta’ xi ħaġa li tkun miżmuma in komun”, kif ukoll kemm minnhom ġew deċiżi u kemm għadhom pendent sas-7 ta’ Marzu, 2019 huwa kif muri fit-Tabelli t'hawn taht.
Qorti ta’ Malta
Sena
Nru ta’ Rikorsi Ippreżentanti
Nru ta’ Rikorsi Terminati
Numru ta’ rikorsi Pendenti
2005
1
0
1
2006
3
0
4
2007
1
4
1
2008
7
3
5
2009
6
3
8
2010
10
6
12
2011
7
9
10
2012
5
8
7
2013
5
7
5
2014
8
5
8
2015
14
6
16
2016
24
11
29
2017
39
20
48
2018
39
31
56
2019
8
7
57
Minn dawk ir-rikorsi li ġew deċiżi kien hemm numru ta’ appelli kif indikat fit-Tabella t’hawn taħt:
Sena
Nru ta’ Rikorsi Preżentanti
Nru ta’ Rikorsi Terminati
Numru ta’ rikorsi Pendenti
2011
1
0
1
2012
1
0
2
2013
2
1
3
2014
0
1
2
2016
2
0
4
2017
4
5
3
2018
2
1
4
2019
1
0
5
Qorti ta’ Għawdex
Sena
numru ta’ Rikorsi Ippreżentanti
numru ta’ Rikorsi Terminati
numru ta’ rikorsi Pendenti
2005
0
0
0
2006
3
3
0
2007
3
3
0
2008
3
3
0
2009
2
2
0
2010
2
2
0
2011
3
3
0
2012
1
1
0
2013
0
0
0
2014
0
0
0
2015
3
3
0
2016
4
2
2
2017
9
8
1
2018
13
3
10
2019 sas-7 ta’ Marzu
3
0
12
Minn dawk ir-rikorsi li ġew deċiżi kien hemm numru ta’ appelli kif indikat fit-Tabella t’hawn taħt:
Sena
numru ta’ Rikorsi Ipprezentanti
numru ta’ Rikorsi Terminati
numru ta’ rikorsi Pendenti
2011
1
0
1
2012
0
0
1
2013
0
1
0
2014
0
0
0
2015
1
0
1
2016
0
0
1
2017
0
1
0
2018
0
0
0
2019
0
0
0
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema impjegati mal-Aġenzija LESA sal-14 ta ' Marzu 2019? Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga tagħhom, meta ġew impjegati u mil-liema lokalitajiet ġejjin?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ċitazzjonijiet mogħtija mill-Uffiċjali tal-Komunità f’kull reġjun bejn Jannar 2016 u Frar 2019 sena b’sena b’mod separat?
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2018 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 ġew reġistrati 30 każ volontarju, 299 każ mandatorju u 9 każijiet internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew deċiżi arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2018 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 ġew deċiżi 20 każ volontarju, 238 każ mandatorju u 5 każijiet internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm arbitraġġi pendenti fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ fl-aħħar tas-sena 2018 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mis-sena 2000, iġifieri minn meta beda jopera ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ, sal-aħħar tal-2018 kien hemm dawn il-każijiet pendenti:
Tip ta’ Każ
Numru ta’ Każi pendenti
Persentaġġ
Mandatori
528 minn 5,041
10%
Volontarju
155 minn 497
31%
Internazzjonali
19 minn 53
36%
Qrati ta’ Malta – spiża ta’ ikel u akkomodazzjoni tal-ġurati
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kienet l-ispiża li tħallset mill-Qrati ta’ Malta f’ikel u akkomodazzjoni ta’ ġurati fis-sena 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fis-sena 2018 l-ispiża totali li tħallset mill-Qrati ta’ Malta f’ikel u akkomodazzjoni ta’ ġurati kienet tammonta għal €47,090.48 kif muri hawn taħt:
Akkomodazzjoni €35,965.57
Ikel €11,124.91
TOTAL €47,090.48
Peress li ħareġ it-tender għal Triq Masri ġewwa x-Xagħra Għawdex u anke ġie awarded, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn f’din it-triq m’huwiex ser isir culvert li jilqa’ l-ilma tax-xita? Min ta l-opinjoni teknika u x’inhuma r-raġunijiet biex dan ma jsirx? Jista’ jgħid min ser jerfa’ r-responsabbiltà għal dan in-nuqqas f’din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Kunsill Lokali tax-Xagħra għaddej b’taħditiet sabiex ikun jista' jibda x-xogħol ta' asfaltar (resurfacing) u l-culverts fi Triq Masri. Dan ix-xogħol ser ikun qed isir mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra b'fondi mogħtija mill-Ministeru għal Għawdex u skont l-istimi preparati mill-perit imqabbad mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra.
Skemi għal restawr ta’ knejjes ta’ valur reliġjuż u kulturali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi d-dettalji jekk hemm xi skema li tgħin fir-restawr ta’ knejjes ta’ valur reliġjuż u kulturali? X’inhuma l-kriterji sabiex tikkwalifika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Direttorat tar-Restawr flimkien mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali kull sena joħroġ skema li permezz tagħha l-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu japplikaw biex jipproponu proġetti ta’ restawr fuq bini/ monumenti storiċi li jinsabu fil-lokalità tagħhom.
Il-proġetti magħżula taħt din l-iskema imbagħad jitwettqu direttament mid-Direttorat tar-Restawr matul ix-xhur ta’ wara l-għażla. Il-proġetti proposti mill-Kunsilli Lokali jkunu jridu jikkwalifikaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għazla tal-proġetti u li jiġu ppublikati mas-sejħa kull sena.
Fl-erba’ snin li ilha tinħareġ din l-iskema kienu diversi l-Kunsilli li pproponew proġetti ta’ restawr fuq kappelli u knejjes fil-lokalitajiet tagħhom, u diversi minnhom intagħżlu u twettqu jew qed jiġu mwettqa.
Qorti — Xhieda Viva Voce – recording u transcription
Question
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Qorti u tal-istess Ministeru dwar jekk litigant/attur li jixhed viva voce fil-Qorti, għandux ikollu mezz li huwa u/jew l-avukat tiegħu jingħata kopja tar-recording tax-xhieda tiegħu kif ukoll traskrizzjoni ta’ dik ix-xhieda biex jaċċerta li dak li nkiteb, ikun fidil max-xhieda tiegħu fil-kawża, speċjalment jekk l-attur ikollu problema li jaqra u jikteb bil-Malti u allura x-xhieda tiegħu tkun bl-Ingliż?
Response (BONNICI, OWEN)
Peress li l-Onor. Membru qiegħed jirrferi għal-“litigant/attur” qiegħed nassumi li huwa qiegħed jirreferi biss għal proċeduri ċivili fejn ix-xhieda kollha hija aċċessibbli għall-pubbliku sakemm il-qorti ma tkunx ordnat mod ieħor. Madankollu hija dejjem aċċessibbli għall-partijiet u għall-avukati tagħhom.
L-Artikolu 7 tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni Elettro-Manjetika ta’ Proċedimenti (Kap 284) jipprovdi ukoll hekk:
“7.Ir-Reġistratur jista’ jagħti kopji tal-oriġinali ta’ tapes mal-ħlas ta’ dak id-dritt li l-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’b’regolamenti jistabbilixxi.”
Ir-regolament 2 tal-Legislazzjoni sussidjarja 284.01 jipprovdi hekk:
“2.Għandu jitħallas dritt ta’ sitt euro u disgħa u disgħin ċenteżmu (6.99) lir-Reġistratur tal-Qrati għax-xiri ta’ kull kopja ta’ tape li fuqha jkunu gew registrati procedimenti b’xi mezz elettro-manjetiku, irrispettivament mit-tul ta’ zmien ta’ dak it-tape.”
Il-lingwa li biha tinghata x-xhieda ma taghmilx differenza.”
Dwar proceduri kriminali japplika l-artikolu 518 tal-Kodici Kriminali li jipprovdi, fost affarijiet ohra hekk:
‘L-Atti u d-dokumenti tal-Qorti ta’ Ġustizzja Kriminali ma jistgħu jintwerew lil ħadd, lanqas ma jistgħu jinghataw kopji tagħhom mingħajr permess speċjali tal-qorti, ħlief lill-Avukat Ġenerali, lill-partijiet fil-kawża jew lil avukat jew prokuratur legali li jkun awtorizzat mill-istess partijiet; imma dawk l-atti kollha li jkunu iinqraw fil-qorti bil-miftuh, jista` jarahom kull min irid u jistghu jinghataw kopji taghhom, bil-hlas tad-dritt soltu.