diplompatiċi u impjegati li għamlu kors fil-European Studies
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm mid-diplompatiċi u impjegati mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin - preżenti u rtirati - għamlu second degree jew higher courses fil-European Studies f'dawn l-aħħar għoxrin sena?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta' diplomatiċi u impjegati tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li għamlu second degree jew higher course fil-European Studies f'dawn l-aħħar għoxrin sena kien ta' 23 impjegati, li 4 minnhom m'għadhomx fis-servizz.
Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea — informazzjoni
Question
Billi fit-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 35469 jidher li l-Prim Ministru naqas milli jwieġeb għadd ta’ aspetti tal-mistoqsija parlamentari u għażel li jirrefereni biss għall-mistoqsija li huwa wieġeb sentejn ilu li hija mistoqsija parlamentari 15976, jista' jwieġeb il-partijiet li s’issa baqaw ma ġewx indirizzati: speċjalment jekk jistax jgħid fiex tikkonsisti r-remunerazzjoni sħiħa inklużi global emoluments, allowances u ħlas ieħor tas-Sur Cachia Caruana, bħala Rappreżentant Permanenti ta’ pajjiżna għall-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti ammonti speċifiċi fuq sena bażi 2011 u anki jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-formola Forms 1 li ta’ kull sena tiegħu mis-sena 2007 'l quddiem, li jagħtu rendikont ta’ kemm ikun qed verament jiswa lill-Kaxxa ta’ Malta kull min jservi barra l-pajjiż? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha u contracts of service relatati mas-Sur Cachia Caruana, fil-forma oriġinali tagħhom, kif setghaw ġew amendati u anki mibdula? X’kienu jekk kien hemm xi aġġustamenti fir-remunerazzjoni u dħul totali tas-Sur Cachia Caruana matul l-aħħar sitt snin? Kien hemm okkazzjonijiet fejn setgħu tħallsu xi arretrati lis-Sur Cachia Caruana, meta tħallsu u għal kemm kienu jammontaw u għal-liema snin tħallsu dawn l-arretrati? Jista' jgħid jekk is-Sur Cachia Caruana jirċeviex xi tip ta’ remunerazzjoni wkoll fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Unjoni Ewropea Secretariat u/jew bħala advisor jew f’xi rwol ieħor li jokkupa? Billi huwa jiġi mistieden jattendiil-Kabinett, għandu xi dħul ekwivalenti għal dak Ministerjali wkoll u jekk iva, b’seħħ minn meta beda jieħdu u għal kemm jammonta u dan aktar u aktar meta jiskadi jew jiġi terminat il-kuntratt l-individwu huwa fi kliem l-Prim Ministru stess intitolat għal terminal benefit u transitional facility li jinħadmu fuq il-prinċipji stabbiliti għall Ministri? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi tip ta’ aġġustamenti f’din ir-remunerazzjoni matul dawn l-aħħar snin u jekk kienx hemm xi aspetti jew elementi minnha li setgħu kienu soġġetti perjodikament għan-negozjati diretti bejn is-Sur Cachia Caruana u l-awtoritajiet tal-pajjiż?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari 35854
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barrnin jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin m'għandux entitajiet jaqgħu taħtu illi għandhom funzjoni ta' internal audit.
Tajjeb ukoll li nfakkru lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartimenti u l-entitajiet, b'mod partikolari fejn m'hemmx Internal Audit ad hocjagħmlu użu mill-Internal Audit and Investigations Department.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux dritt li jassumi ċ-ċittadinanza Maltija oltre dik ta' pajjiżu tenut kont li ilu miżżewweġ lil ċittadina Maltija għal aktar minn ħames snin? Jekk iva, x'qed iżomm biex dan jieħu din iċ-ċittadinanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Malta taċċetta l-prinċipju taċ-ċittadinanza doppja. Il-persuna kkonċernata tkun tista' zomm iċ-cittadinanza Maltija maċ-ċttadinanza barranija li għandha u/jew jista' jkollha.
Ninsab infurmat li din l-applikazzjoni għadha qed tiġi pproċessata. Kif jiġi ffinalizzat l-ipproċessar, il-persuna tkun informata dwar l-eżitu tal-applikazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis baġitarju tal-€40 miljun tnaqqsu s'issa mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu xahar b'xahar sa Mejju 2012?
Response (BORG, TONIO)
Il-Budget tal-Gvern jinħadem fuq bażi ta' sena. Għalhekk nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32231.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin hemm seba' ħaddiema fis-segretarjat tal-Ministru li m'humiex civil servants.Il-grad u x-xogħol tagħhom huwa:
Head of secretariat
Policy Coordinator
Żewġ (2) Secretariat Officers
Żewġ(2)Xufiera/Security Officers
Wieħed (1) Messaġġier
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u d-Dipartimenti fid-dekasteru tiegħu iħaddmu żewġ impjegati b'diżabilità
Total ta' impjegati huwa 331, għalhekk il-perċentaġġ ta' persuni b'diżabilità huwa ta' 0.6 fil-mija
International Institute on Ageing — persuni li ngħataw taħriġ
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm persuni ngħataw taħriġ mill-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) f'dawn is-snin: 2010 u 2011? Kemm minnhom huma ta' Nazzjonalità Maltija u barranija?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
International Institute on Ageing (United Nations — Malta) - pubblikazzjoni ġurnal
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid min hu l-editur tal-ħarġa li jmiss tal-ġurnal tal-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) BOLD? X'salarju j/tgawdi di il-persuna?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-editur tal-ħarġa li jmiss tal-ġurnal tal-International Institute on Ageing (United Nations-Malta ) BOLD huwa Mr. Lawrence Grech b'salarju ta' Euro 1,200 fis-sena.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin hemm żewġ skrivani (clerks) illi għandhom degree mill-Università, waħda għandha BA Hons Arabic u qiegħda fid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u oħra għandha BA in Literature Studies u qiegħda fid-Directorate Financial Management.
International Institute on Ageing — fondi mill-gvern
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienu l-fondi tal-gvern għall-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) f'dawn is-snin: 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011?
Response (BORG, TONIO)
L-fondi tal-Gvern għall-International Institute on Ageing (United Nations-Malta) kienu :
2007 Lm 79,900
2008 € 186,000
2009 € 186,000
2010 € 186,000
2011 € 186,000
International Institute on Ageing — fondi tan-Nazzjonijiet Uniti
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienu l-fondi tan-Nazzjonijiet Uniti għall-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) f'dawn is-snin: 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011?
Response (BORG, TONIO)
Mis-sena 2007 sas-sena 2011, l-fondi tan-Nazzjonijiet Uniti għall-International Institute on Ageing (United Nations-Malta) kienu :
2007 $ 92,846
2008 $ 97,956
2009 $ 90,000
2010 $ 88,360
2011 $70,165
International Institute on Ageing — informazzjoni dwar id-direttur
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid min hu d-direttur tal-International Institute on Ageing (United Nations - Malta)? X'salarju kellu/kellha fis-sena 2011? Għandu mobile imħallas mill-istitut? Jekk iva, kemm kien il-kont għal dawn is-snin: 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011? Meta jagħlaq il-kuntratt tad-direttur preżenti?
Response (BORG, TONIO)
Id-direttur tal-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) huwa l-Professur Joseph Troisi li fis-sena 2011 kellu salarju ta' Euro 32,190. L-istitut ħallaslu l-kontijiet tal-mobile phoneli fis-snin murija kienu jammontaw hekk :
2007 - Euro 468.75
2008 - Euro 2,106.91
2009 - Euro 2,742.96
2010 - Euro 3,121.31
2011 - Euro 3,352.01
Il- kuntratt tad-direttur preżenti jagħlaq fl-10 ta' April 2013, sakemm ma jerġax jiġġedded.
Internatinal Institute on Ageing — informazzjoni dwar id-direttur
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk id-direttur tal-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) hux impjegat fl-Università ta' Malta? Jekk iva, xi grad u salarju j/tgawdi?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
International Institute on Ageing — persuni impjegati
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm persuni impjegati fl-International Institute on Ageing (United Nations - Malta)? Kemm hemm persuni fil-grad ta' depurty director? Xi gradi u salarji jgawdu l-impjegati kollha tal-isitut?
Response (BORG, TONIO)
Fl-International Institute on Ageing (United Nations-Malta) hemm tmien persuni impjegati.
Dawn li ġejjin huma l-gradi u s-salarji tal-impjegati kollha tal-Istitut :
Direttur 32,191
Receptionist 11,135
Programme Manager 14,818
Accountant 2,100
Clerk 2,498
BOLD Editor 1,200
Administrator 11,000
International Institute on Ageing — persuni li ngħataw taħriġ
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm persuni ngħataw taħriġ mill-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) f'dawn is-snin: 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm minnhom huma ta' ċittadinanza Maltija u barranija?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hux veru li l-gvern qed jippjana biex jagħlaq l-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) li jinsab fi 117, Triq San Pawl, Valletta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandniex indikazzjonijiet li l-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) se jagħlaq.
International Institute on Ageing (United Nations — Malta) - kuntratt
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandu l-gvern ta' Malta man-Nazzjonijiet Uniti rigward International Institute on Ageing (United Nations - Malta)?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn il-Gvern Malti u Nazzjonijiet Uniti.
International Institute on Ageing — rapport ta' ħidma
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' ħidma tal-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) għal dawn is-snin: 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti ta' ħidma tal-International Institute on Ageing (United Nations - Malta) mis-sena 2005 sas-sena 2011 huma dawn annessi.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-istess mistoqsija.