Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2968, 3302, 3496 u 4174 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2970, 3304, 3498 u 4176 u jgħid f’kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propoganda li saret mill-Gvern wara d-Diskors tal-Budget 2027, li sar nhar it-Tnejn 26 ta’ Ottubru 2026?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2970, 3304 u 3498 u jgħid f’kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tlaqqghet ix-xahar li għadda u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2968, 3302 u 3496 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tlaqqghet ix-xahar li għadda u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 512 rigward kumpens jew għajnuna lil dawk li ġarrbu xi ħsarat kawża tal-isplużjoni tal-kamra tan-nar ġewwa n-Naxxar, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar kumpens jew għajnuna lil dawk li sofrew xi ħsarat?
Irkupru ta' remunerazzjoni mħallsa lill-membri tal-bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern ħax xi passi sabiex jirkupra r-remunerazzjoni mħallsa lill-membri tal-bordijiet u l-kumitati msemmija fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li matul is-sena 2023 ma kellhom l-ebda laqgħa formali? Jekk iva, jista’ jgħid x’passi ttieħdu u kemm flus ġew irkuprati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk le, jista’ jispjega għaliex ma ttieħdu l-ebda passi f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-Gvern indirizza l-kummenti kollha li ħarġu mir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, inkluż istanzi fejn (i) membri ta’ bordijiet u kumitat baqgħu jitħallsu b’rati qodma tal-2016, jew (ii) deputy chairpersons li tħallsu ammont anqas minn dak li kien dovut lilhom skont il-Manwal. F’Lulju 2026 il-Gvern ippubblika l-verżjoni aġġornata tal-
Manual for government appointed board and committees
u l-Kodiċi tal-Etika relatati. Dawn il-linji gwida ġew imsaħħa sabiex, fost oħrajn:
i. Il-ministeri jkunu jistgħu jwaqqfu l-ħlasijiet lill-membri ta’ bordijiet u kumitati f’każ li dawn ma jiltaqgħux għal perjodu ta’ tliet xhur.
ii. Jenfasizza li l-attendenza għal-laqgħat hija mandatorja, ħlief f’każ ta’ mard. Il-bordijiet jistgħu jirregolaw il-proċedura tagħhom u jippermettu li membru jipparteċipa online biss f’każ ta’ safar.
Ir-reviżjoni tal-Manwal u l-Kodiċi tal-Etika saret wara li f’Marzu 2026 tlesta l-proċess ta’ kategorizzazzjoni u klassifikazzjoni tal-bordijiet u l-kumitati kollha tal-Gvern. Kopja ta’ dan il-Manwal tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fit-22 ta’ Lulju 2026. Il-progress li sar ġie nnotat ukoll fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li jsemmi:
Regarding NAO’s recommended exercise for Ministries to identify those Boards and Committees which are still not categorised and classified, but with at least one remunerated member, in the Cabinet Office’s feedback it was stated that by March 2026 it had concluded the categorisation, classification and determination of remuneration levels of all Government-appointed bodies.
Barra minn hekk, il-konklużjonijiet tar-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jirreferu għal parti oħra ta’ dan l-eżerċizzju ta’ konsolidament li sar fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika. Fil-fatt sa Marzu 2026 tneħħew ammont ta’ bordijiet u kumitati li ma kienx għad hemm bżonnhom jew li l-funzjoni tagħhom ġiet assorbita minn bordijiet jew kumitati oħra:
In August 2026, NAO was informed by the Cabinet Office of the number of Government appointed bodies that had been struck off from the list of operational ones. This following a process that was initiated in 2023 to update records, consolidate the work of existing Boards and Committees and cancel those that were no longer necessary, which could contribute to a reduction in expenses.
Bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern - Remunerazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-bordijiet u l-kumitati maħtura mill-Gvern li skont l-informazzjoni li l-Uffiċċju tal-Kabinett ta lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, matul is-sena 2023 ma kellhom l-ebda laqgħa formali, iżda li l-membri tagħhom xorta waħda rċevew remunerazzjoni, kif jirriżulta mir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika dwar ir-remunerazzjoni tal-bordijiet u l-kumitati maħtura mill-Gvern?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Kabinett ma jżommx informazzjoni dwar l-ammont ta’ laqgħat ta’ bordijiet u kumitati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ ministeri differenti.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema Ministeri u dipartimenti ġew identifikati l-404 ksur jew irregolarità waqt il-135 verifika tal-proċessi ta’ reklutaġġ fis-Servizz Pubbliku, kif jirriżulta mir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għas-sena 2025? Jista’ jagħti rendikont tan-numru ta’ ksur jew irregolaritajiet identifikati f’kull Ministeru u Dipartiment?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-rapport msemmi li diġa tpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
MITA - Sigurtà identifikati fil-PHP - Sistemi informatiċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ħadet jew qed tieħu l-Malta Information Technology Agency (MITA) sabiex tiżgura li l-Ministeri, id-Dipartimenti, l-entitajiet u awtoritajiet li għandhom sistemi informatiċi li mhumiex amministrati direttament mill-MITA jwettqu l-verifiki neċessarji biex jiġi stabbilit jekk dawn is-sistemi humiex affettwati mill-vulnerabbiltajiet ta’ sigurtà identifikati fil-PHP? Jista’ jgħid ukoll jekk il-MITA hijiex qed tivverifika li dawn il-verifiki u l-miżuri neċessarji jkunu effettivament twettqu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tal-Ministeri, id-Dipartimenti, l-entitajiet u l-awtoritajiet li għandhom sistemi informatiċi li mhumiex amministrati direttament mill-MITA, l-MITA qed tiffaċilita t-tixrid tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni mas-sidien rispettivi tas-sistemi, sabiex tappoġġa l-valutazzjoni meħtieġa u l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi xierqa.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Malta Information Technology Agency (MITA) identifikatx sistemi tal-Gvern li kienu vulnerabbli fid-dawl tal-vulnerabbiltajiet ta’ sigurtà identifikati fil-PHP? Jekk iva, jista’ jgħid liema kienu dawn is-sistemi u x’miżuri ttieħdu jew qed jittieħdu sabiex jiġu indirizzati dawn il-vulnerabbiltajiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MITA identifikat sistemi tal-Gvern taħt il-ġestjoni tagħha li setgħu kienu affettwati mill-vulnerabbiltajiet inkwistjoni, u minnufih bdiet il-valutazzjoni meħtieġa u ħadet il-miżuri korrettivi xierqa. Sal-lum, ma hemm l-ebda evidenza li dawn il-vulnerabbiltajiet irriżultaw fil-kompromess tas-sistemi tal-Gvern taħt il-ġestjoni tal-MITA.
Baġit 2026 - Miżuri li għadhom ma ġewx implimentati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2166 u 3412 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u lill-Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u jgħid liema miżuri mħabbra fil-Baġit 2026 għadhom ma ġewx implimentati u jipprovdi l-istadju ta’ implimentazzjoni ta’ kull waħda minnhom?
Pubblikazzjoni ‘It-Twettiq tal-Baġit 2026’ – Miżuri mniżżlin bħala "Fil-proċess ta' implimentazzjoni"
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, għal kull miżura tal-Baġit 2026 li fil-pubblikazzjoni ‘It-Twettiq tal-Baġit 2026’ hija mniżżla bħala "Fil-proċess ta' implimentazzjoni", x'inhu l-livell ta' progress (f’persentaġġ) u meta hija mistennija titlesta?
Pubblikazzjoni ‘It-Twettiq tal-Baġit 2026’ – Rata ta’ ħidma mwettqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif ġiet ikkalkulata r-"rata ta' ħidma mwettqa" ta' 86% għall-implimentazzjoni tal-Baġit 2026, imsemmija fil-pubblikazzjoni ‘It-Twettiq tal-Baġit 2026’ u l-PR relatata? Jista' jgħid ukoll jekk il-miżuri mniżżla bħala "Fil-proċess ta' implimentazzjoni" jingħatawx piż parzjali f'din ir-rata, u jekk iva, kif jiġi stabbilit dan il-piż?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra , l-pubblikazzjoni dwar it-twettiq tal-Bagit 2026.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jirrevedi l-Pjani Lokali, u jekk iva, meta se tibda r-reviżjoni, x’se jkunu l-prinċipji li se jiggwidawha, u kif se jiġu involuti l-pubbliku u l-kunsilli lokali f’dan il-proċess?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri li attwalment jiffurmaw il-Kumitat dwar il-Kunflitti ta’ Interess (Conflicts of Interest Committee)? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-Kumitat għandux kriterji oġġettivi u stabbiliti li abbażi tagħhom jevalwa każijiet ta’ kunflitti ta’ interess u jekk iva, jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kriterji?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li skont Directive 16 – Governing Framework for Preventing and Managing Conflicts of Interest in the Public Administration, il-Kumitat dwar il-Kunflitti ta’ Interess huwa responsabbli li jikkunsidra każijiet riferuti mis-Segretarju Permanenti Ewlieni u/jew mis-Segretarji Permanenti u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tagħhom. Il-Kumitat huwa magħmul minn Chairperson, Deputy Chairperson, żewġ Membri u żewġ Membri Sostituti, kollha Segretarji Permanenti fil-kariga jew irtirati. Membru tal-Kumitat li jkollu interess fil-każ in kwistjoni għandu jastjeni milli jipparteċipa fid-diskussjoni tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il vacancy oħra bħalissa mal-Gvern hemm approvata biex timtela matul ix-xhur li ġejjin?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-proċess tal-mili tal-vakanzi fi ħdan is-Servizz Pubbliku, li, bħal f’kull organizazzjoni huwa prerogattiva tal-Management, huwa kontinwu, ntiz sabiex jiġu ndirizzati is-diversi ħtiġijiet li jqumu, minn żmien għal żmien, fis-Servizz Pubbliku, bħala l-organizazzjoni tant, u l-iktar, versatili.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti breakdown ta’ dawk l-ingaġġi mal-Gvern li saru fi Frar, Marzu, April u Mejju 2026 skont kull ministeru u entità governattiva?