Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32812.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34144, 34291, 34647 u 34880 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.       it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.      data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Għawdex u Kemmuna - Stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm stabbilimenti tal-ikel f’Għawdex u Kemmuna, maqsuma raħal b’raħal, u kemm minnhom ġew irreġistrati matul l-2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ stabbilimenti tal-ikel f’Għawdex u Kemmuna, maqsuma raħal b’raħal huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Minn total ta’ 244 stabbiliment, 11 ġew irreġistrati matul l-2025. Catering Establishments Locality Restaurants Snack Bars Ir-Rabat 22 52 Il-Fontana 1 0 Għajnsielem 9 3 L-Imġarr 10 3 L-Għarb 3 4 L-Għasri 0 1 Ta' Kerċem 0 1 Santa Luċija 0 0 Il-Munxar (incl. Xlendi) 20 11 In-Nadur 6 7 Il-Qala 5 4 San Lawrenz 3 0 Ta' Sannat 5 0 Ix-Xagħra 9 10 Ix-Xewkija 4 0 Iż-Żebbuġ (incl. Marsalforn) 32 19 TOTAL 129 115

Wied il-Għajn - Pjan għat-turiżmu

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4462 u 9420, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk mit-12 ta’ Ġunju 2023 sal-lum, il-pjan għat-Turiżmu f’Wied il-Għajn huwiex finalizzat jew le? Jekk iva, meta ser ikun ippubblikat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dak iż-żmien seħħ tibdil, li minn pjan ta’ riġenerazzjoni turistika trasforma ruħu fi pjan ta’ investiment infrastruttutali. Għaldaqstant nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ċittadini Maltin li qed jiskontaw sentenzi ta’ ħabs barra minn Malta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ċittadini Maltin li qed jiskontaw piena ta' ħabs f'ħabsijiet barranin mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f'liema pajjiż qegħdin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Maltin f’ħabsijiet barra minn Malta bħalissa jammonta għal erbatax (14)-il persuna, imqassmin skont kif indikat fit-tabella t'hawn taħt. Irrid nenfasizza li l-lista tinkludi biss dawk iċ-ċittadini Maltin li talbu l-għajnuna mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, hux permezz tal-Ministeru f’Malta stess jew mal-ambaxxati u l-konsulati ta’ pajjiżna f'artijiet barranin. Skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari, jekk priġunier ma jitlobx għajnuna mir-rappreżentanza diplomatika tiegħu, din tal-aħħar ma tistax tagħmel kuntatt miegħu jew magħha. Għaldaqstant it-tabella t'hawn taħt tista’ effettivament ma tirriflettix l-ammont kollu tal-persuni ta’ nazzjonalità Maltija li jinsabu f’ħabsijiet barra minn xtutna. Pajjiż Ammont L-Alġerija 1 L-Awstralja 5 It-Tuneżija 1 It-Turkija 1 Il-Marokk 1 Il-Libja 2 L-Iżvizzera 1 L-Amerika 1 Franza 1

San Pawl il-Baħar – Tisbiħ tal-lokalità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jieħu l-passi neċessarji sabiex, permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), isir investiment fl-infrastruttura li hemm f’San Pawl il-Baħar, bħalma huma sinjali tat-traffiku u tabelli oħra, inkluż żebgħa fit-toroq, sabiex tingħata dehra aħjar lill-istess lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dawn it-tip ta’ interventi ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, avolja dejjem ikun hemm dispożizzjoni sabiex tingħata għajnuna lill-Kunsilli Lokali.  F’dan il-każ jeżistu Awtoritajiet oħra li huma aktar adattati għal dan il-għan.

San Pawl il-Baħar – Tourist beds

Question

Fid-dawl li l-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar għandha madwar 16,000 sodda għat-turisti, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jara li parti mill-flus miġbura mit-taxxa ta’ kull lejl, li minn din is-sena telgħet għal €1.50 kuljum, tingħadd  lill-Kunsill Lokali sabiex tkun tista’ tiġi investita fil-bosta bżonnijiet tal-lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-flus li jinġabru mill-Eko kontribuzzjoni ta’ kull lejl, dejjem intefqu f’proġetti relatati mat-turiżmu, mill-Ministeri responsabbli għat-turiżmu, b’kollaborazzjoni ma’ numru ta’ stakeholders u mhux l-ewwel darba li gawdiet il-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar. Ninfurmaha wkoll li r-rata ta’ €1.50 għal kull lejl se tkun effettiva mill-1 ta’ Lulju 2026, u mhux mill-bidu tal-2026 kif tat x’tifhem l-Onor. Interpellanta

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijet parlamentari 34144, 34291 u 34647 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.       it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.      data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Protokolli ta’ infurzar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’koordinazzjoni qed issir jew hi prevista li ssir bejn Transport Malta (TM Maritime), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u awtoritajiet oħra kompetenti sabiex jiġi żgurat li bastimenti, pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità li jżommu f’wiċċ l-ilma ma jidħlux f’żoni riservati għall-għawm, u li ma jinqabżux il-livelli permissibbli ta’ storbju li jistgħu jaffettwaw lir-residenti tul il-kosta?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Impatt ambjentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk sarux jew humiex previsti studji jew valutazzjonijiet dwar l-impatt ambjentali relatat ma’ operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-qiegħ tal-baħar, il-ġestjoni tal-iskart, u l-impatt possibbli tal-istorbju fuq ir-residenti u l-komunitajiet kostali fil-qrib?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Liċenzjar u permessi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-awtoritajiet rispettivi rċevewx xi applikazzjoni jew jekk ingħatax xi permess għall-operat ta’ pjattaforma jew struttura ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar jew pjattaformi kbar li jżommu f’wiċċ l-ilma, fiż-żona tar-Reġjun Tramuntana jew f’żoni oħra fil-qrib? Jekk iva, jista’ jgħid ta’ xiex inhuma, f’liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet u taħt liema qafas regolatorju qed jiġu kkunsidrati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, li jinkludu l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, ma rċievew l-ebda applikazzjoni formali għal dak li qed jiġi deskritt fil-mistoqsija tiegħu.

Danimarka - Konslu għal Greenland

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk humiex ser jiġu msaħħa r-relazzjonijiet diplomatiċi mad-Danimarka billi jiġi appuntat konslu għal Greenland?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol prinċipali ta’ Konslu Onorarju hu li jippromwovi l-kummerċ, it-turiżmu u l-investiment bejn Malta u l-pajjiż li jospitah, kif ukoll biex iservi ta’għajnuna għall-Maltin li jgħixu jew iżuru l-belt jew il-pajjiż li għalih ikun appuntat konslu onororju. Għal dan il-għan, Malta diġa rappreżentata minn tliet Konsli Onorarji ġewwa d-Danimarka. Jekk l-Ambaxxatur Malti għad-Danimarka iħoss il-ħtieġa li jiġi appuntat konslu onorarju ġewwa Greenland u jinnomina persuna, din in-nomina tiġi kkunsidrata skont il-proċeduri stabbiliti.

Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Ingilterra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm staff complement ta’ Malta fil-Kummissjoni Għolja tal-Ingilterra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Kummissjoni Għolja tal-Ingilterra hemm erba’ (4) uffiċjali Maltin u dsatax (19) -il uffiċjal impjegati mill-post.

Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Awstralja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm staff complement ta’ Malta fil-Kummissjoni Għolja tal-Awstralja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Kummissjoni Għolja tal-Awstralja hemm żewġ (2) uffiċjali Maltin u għaxar (10) uffiċjali mpjegati mill-post.

Settur tal-għadis - Artificial reefs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jikkjarifika jekk il-Gvern jarax l-iżvilupp ta’ artificial reefs bħala parti mill-istrateġija tiegħu biex jissaħħaħ u jitkabbar is-settur tal-għadis, u jekk hux se jieħu r-responsabbiltà politika sabiex jiżgura li proġetti ta’ dan it-tip ma jinħakmux f’piż burokratiku żejjed li jista’ jxekkel investiment sostenibbli u opportunitajiet ekonomiċi ġodda?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 34749.

Settur tal-għadis - Artificial reefs

Question

F’każ ta’ proposti biex jinħolqu artificial reefs bil-għan li s-settur tal-għadis jissaħħaħ, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’tip ta’ applikazzjoni trid issir eż. ta’ żvilupp sħiħa, minħabba li dawn l-inizjattivi għandhom għan ċar ta’ promozzjoni turistika u titjib ambjentali? Jista’ wkoll jindika: i.    jekk teżistix policy ċara dwar il-ħolqien ta’ artificial reefs; u jekk iva, jista’ jqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra; ii.   liema huma l-materjali aċċettabbli u dawk mhux aċċettabbli, u iii.  liema awtoritajiet għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom u fuq liema bażi legali qed tintalab applikazzjoni ta’ żvilupp sħiħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) appoġġjat aktar minn darba organizzazzjonijiet sabiex jimplimentaw proġetti fejn jinħolqu sikek artifiċjali billi jiġu mgħarrqa vapuri ta’ qisien differenti f’postijiet differenti. F’kull każ sar proċess kif mitlub bil-ligi tal-Ambjent u tal-Ippjanar u f’kull każ saru l-istudji u konsultazzjonijiet neċessarji li ntalbu minn dawn l-awtoritajiet. Il-Ministeru responsabbli mit-Turiżmu u l-MTA dejjem appoġġjaw is-settur tal-ghadds (diving) kemm mil-lat ta’ reklamar u kemm mill-lat ta’ prodott.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijet parlamentari 34144 u 34291 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.       it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.      data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34588.

Ħaż-Żebbuġ - Triq l-Isqof A. Buttigieg - Proġett

Question

Fid-dawl li fl-2024 ġie mwiegħed li l-spazju fi Triq l-Isqof A. Buttigieg f’Ħaż-Żebbuġ kellu l-ewwel jinbidel f’parkeġġ temporanju u eventwalment f’parkeġġ taħt l-art b’park fuqu, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti aġġornament dwar dan il-proġett ġaladarba minn dak iż-żmien ’l hawn jidher li ma sar ebda avvanz? Jista’ wkoll jipprovdi timeline dettaljata u aġġornata li tindika meta huwa mistenni li jitlesta dan il-proġett?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li ħadd mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi ma kellu talba għal tali proġett.

Kemmuna - Operaturi għall-kiri tad-deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ is-sejħa biex jintgħażlu operatur/i għall-kiri tad-deckchairs u umbrelel, kif ukoll għall-operaturi ta’ gabbani tal-ikel, xorb u prodotti oħra, kif ukoll tal-water sports f’Kemmuna qabel is-sajf 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien ma’ awtoritajiet oħra, qed taħdem fuq mekkaniżmu li se jidħol fis-seħħ mal-implimentazzjoni tal–pjan il–ġdid għall–Blue Lagoon. Sadanittant, għas-sena 2026 huwa previst li l–operaturi eżistenti  jerġgħu jingħataw konċessjoni simili għal dik tas-sena li għaddiet, sakemm jiġi konkluż tali mekkaniżmu.