Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kalendarju Akkademiku

Question

Tista’ l-Ministru tippubblika kopja tal-Kalendarju Akkademiku li tqassam lill-istaff akkademiku u lill-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-bidu tas-sena akkademika 2011/2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti li daħlu fl-iskejjel post-sekondarji

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra minn liema skejjel (gentilment tindika l-isem ta' kull skola u n-numru ta' studenti relattivi, bis-sess) kienu ġejjin dawk l-istudenti li fis-sena akkademika attwali daħlu: 1) il-Junior College 2) Higher Secondary 3) Skejjel ta' Edukazzjoni Post-Sekondarja tal-Knisja, skola, skola 4) l-Iskola Post-Sekondarja (Sixth Form) t'Ghawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-Direttorat tal-Kwalità u Standards ma jiġborx informazzjoni dwar skejjel ta' Edukazzjoni Post-sekondarja tal-Knisja.

Suġġett tal-Food Chemistry

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29542, tista' l-Ministru tgħid liema huwa s-suġġett l-ieħor li l-food chemistry kien ekwivalenti għalih bħala kontenut? Tista' tippubblika l-course description ta' dan is-suġġett? Għaliex tneħħa l-food chemistry u mhux dan is-suġġett la kien hemm duplikazzjoni? Tista' tispeċifika għal liema kors qed tirreferi meta tgħid li l-food science se jiġi offrut f'livell ogħla bħala parti minn kors ieħor li se jkun hemm aktar 'il quddiem? Meta iktar 'il quddiem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Science Centre

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqija parlamentari 29541, tista’ l-Ministru twieġeb dwar is-Science Centre u mhux is-Science Lab, li huma żewġ affarijiet differenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-Science Centre twaqqaf fl-2009 bl-għan li jippromwovi ix-xjenza fost l-industrija tat-turiżmu fuq inizjattiva ta’ lecturer partikolari li llum ma għadux jagħmel parti mill-istaff tal-ITS. Saret biss riċerka waħda mill-2009. Peress li ma jidhirx li dan iċ-ċentru qiegħed jagħti xi benefiċċju lill-istudenti jew lill-membri tal-istaff, il-Bord tal-Gvernaturi mistenni jixtarr il-futur taċ-Ċentru fil-laqgħa li jmiss.

Suġġetti relatati ma' xjenza tal-ikel — Kurrikulum il-ġdid

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29540, tista’ l-Ministru tispjega kif bil-kurrikulum il-ġdid is-suġġetti relatati max-xjenza tal-ikel issa jinsabu f’livelli ogħla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-suġġetti relatati max-xjenza tal-ikel issa jinsabu f’livelli ogħla minħabba l-karatteristiċi tal-kontenut tagħhom li huwa iżjed relatat mal-livell tal-kwalifika.

Kamp edukattiv — ismijiet tal-professjonisti - industrija tat-turiżmu u l-ospitalità

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29539, tista’ l-Ministru ssemmi l-ismijiet tal-professjonisti mill-kamp edukattiv kif ukoll mill-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità li ġew konsultati b’mod uffiċjali? F’liema dati u taħt liema forma saret il-konsultazzjoni ma' dawn il-professjonisti, mal-koordinaturi, il-lecturers kif ukoll l-istudenti? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiċi li japprova dan il-kurrikulu l-ġdid?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rapporti Finali tal-Konferenza Forward with Confidence

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29538, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport finali (proceedings) tal-konferenza Forward with Confidence li jinkludi l-punti li tqajmu waqt il-workshops li saru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-preżentazzjonijiet li saru mill-kelliema waqt il-konferenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel tal-Ingliż awtorizzati

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm huma, u fejn jinsabu l-iskejjel tal-Ingliż li huma awtorizzati/liċenzjati li jgħallmu l-Ingliż, kemm lill-Maltin, kif ukoll lill-barranin f'Malta u Għawdex rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Atleti li huma f'periklu ta' korriment

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 30692, tista' l-Ministru tgħid minn Settembru sa Novembru kemm daħlu talbiet ghall-benefiċċju ta' Injury on Duty li jirrelataw ma' korriment waqt attività sportiva kompetittiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda talba għall-benefiċċju għall-korriment fuq xogħol bejn Settembru u Novembru li jirrelataw ma’ korriment waqt attività sportiva.

każ ta' applikazzjoni għal post tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' xebba omm, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tieħu sussidju tal-kera u issa applikat għal post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita Tad-Djar qed tgħin lil din l-applikanta b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni familjari tagħha. L-Awtorità Tad-Djar qed tagħti prijorità lil dan il-każ.

każ ta' pensjonant li għadu jaħdem

Question

Tista' l-Ministru tagħti raġuni għaliex pensjonant ta' 73 sena għadu jaħdem, qed tinqatagħlu 15 % mill-paga u €3 fix-xahar mill-pensjoni, meta dan la qed jieħu l-pensjoni sħiħa u lanqas paga sħiħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lil Onor. Interpellant li mingħajr id-dettalji personali tal-pensjonant mhux possibbli li tingħata tweġiba għall-mistoqsija tiegħu.

Labour supply

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30770 dwar il-labour supply fejn il-Ministru ddefinixxiet il-labour supply bħala: labour supply = nies li jaħdmu full-time + nies li jaħdmu part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom + nies li jirreġistraw għax-xogħol, tista' l-Ministru tikkonferma li din id-definizzjoni tal-labour supply hi differenti minn dik mogħtija mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u mill-economic survery li jillimtaw il-labour supply għall-ħaddiema full-time + l-irreġistrati bħala qegħda? Fuq liema bażi ddaħħlet din id-definizzjoni ġdida? Fejn u għal liema skopijiet qed tintuża? Tista' tgħid hijiex konxja li din id-definizzjoni ġdida tikkontradixxi l-metodoloġija tal-Organisation for Economic Cooperation and Development (OECD) dwar kif ħaddiema part-time jiġu inklużi mal-gainfully employed u għalhekk fil-labour supply?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 30770, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tat id-definizzjoni tal-Labour Supply kif bbażata fuq il-metodoloġija tal-Labour Force Survey li jinkludi n-nies kollha li qegħdin jaħdmu u dawk qegħda. Il-Labour Force Survey toħroġ ukoll mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u hija bbażata fuq metodoloġija tal-Eurostat.

skejjel tal-gvern — ħaddiema li għandhom il-kors tal-first aid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li kapaċi jagħtu l-first aid fost it-tfal fl-iskejjel tal-gvern? Kemm-il darba ħadu dan il-kors u kull kemm isir taħriġ biex dawn il-ħaddiema jibqgħu aġġornati fit-taħriġ tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fl-iskejjel tal-gvern hemm 53 għalliem tal- Health & Safety ikwalifikati biex jagħmlu l- First Aid . Apparti minn dawn, id-Direttorat għandu informazzjoni minn għalliema oħra dwar jekk għandhomx din l-istess kwalifika. L-informazzjoni qiegħda fit-tabelli li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħħala — full-time u part time reġistrati

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 30649 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilha u tagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa, in-numru ta' raħħala full-time u part-time rispettivament, li huma reġistrati f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — lista ta' tenders

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtha u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Tista' tagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Tista' tgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema self-employed

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema self-employed, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ l-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema fis-settur pubbliku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ l-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru 2011? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Applikazzjoni tar-relief ta' persuni

Question

Tista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li applika biex jieħu r-relief u dan minkejja li kien jieħdu imma qatgħuhulu peress li kellu l-problema ta' użura u droga? Dan għandu żewġt itfal li jkollhom bżonn pilloli li jiswew €100 fix-xahar għax il-gvern ma jġibhomx?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jiena nfurmata li l-każ tal-persuna kkonċernata qed tiġi investigata mid-dipartiment biex jiġi stabbilit id-dritt tiegħu għal benefiċċju..

Applikazzjoni għal children allowance

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-kopja, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li applikaw darbtejn minħabba ċ-children allowance u minkejja li applikaw qatt ma rċiview risposta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Flus mill-Unjoni Ewopea għas-sena tal-faqar

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-flus li ħadet mill-Unjoni Ewropea għas-sena tal-faqar, kemm intnefqu flus u fejn intnefqu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.