Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #30630 Sitting 425 2011-12-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — nefqa globali fuq stationeries

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għal stationeries għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-nefqa f'stationery mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu għall-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant kienet is-segwenti:-
Leg 11 PQ #30707 Sitting 424 2011-12-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesta rigward ċirkolazzjoni ta' ritratti kompromettenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk talabx spjegazzjoni mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija dwar il-konklużjoni ta’ inkjesta li kienet ippubblikata fil-ġimgħat li għaddew u li sabet li f’Jannar tal-2010 kien sar rapport mal-pulizija kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar ċirkolazzjoni ta’ ritratti kompromettenti tal-ex partner tiegħu u minkejja li sa xahrejn wara l-pulizija kienet lestiet ir-rapport tagħha dwar dan il-każ, ma wriet l-ebda għaġġla partikolari biex tikkomunika mal-persuna, tant li l-ewwel kuntatt miegħu dam biex sar ħmistax-il xahar, u fejn l-istess inkjesta rrimarkat ukoll li l-pulizija ppreżentat iċ-ċitazzjoni fil-qorti kontra l-individwu indikat separatament, għaxar t’ijiem wara li dan irriżenja mill-Partit Nazzjonalista u ingħaqad mal-Partit Laburista?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

M'għandi xejn x'inżid mal-konklużjoni tal-Bord tal-Inkjesta maħtur biex jinvestiga l-allegazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #30708 Sitting 424 2011-12-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesta rigward ċirkolazzjoni ta' ritratti kompromettenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni dwar il-konklużjoni ta’ inkjesta li kienet ippubblikata fil-ġimgħat li għaddew u li sabet li f’Jannar tal-2010 kien sar rapport mal-pulizija kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar ċirkolazzjoni ta’ ritratti kompromettenti tal-ex partner tiegħu u minkejja li sa xahrejn wara l-pulizija kienet lestiet ir-rapport tagħha dwar dan il-każ, ma wriet l-ebda għaġġla partikolari biex tikkomunika mal-persuna, tant li l-ewwel kuntatt miegħu dam biex sar ħmistax-il xahar, u fejn l-istess inkjesta rrimarkat ukoll li l-pulizija ppreżentat iċ-ċitazzjoni fil-qorti kontra l-individwu indikat separatament, għaxar t’ijiem wara li dan irriżenja mill-Partit Nazzjonalista u ingħaqad mal-Partit Laburista?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

M'għandi xejn x'inżid mal-konklużjoni tal-Bord tal-Inkjesta maħtur biex jinvestiga l-allegazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #30709 Sitting 424 2011-12-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesta mill-Kummissarju tal-Pulzija fuq pusses ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-konklużjoni ta’ inkjesta li kienet ippubblikata fil-ġimgħat li għaddew u li sabet li l-Kummissarju tal-Pulizija għamel sew meta m’aċċettax li jagħmel kuntatt ma’ avukat ta’ persuna li kien qed jiġi investigat b’rabta ma pussess ta’ droga, kif talbu l-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

M'għandi xejn x'inżid mal-konklużjoni tal-Bord tal-Inkjesta maħtur biex jinvestiga l-allegazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #30585 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika li twettqu s-sena l-oħra u li ġew rapportati fl-għases tal-pulizija lokal, lokal fejn twettqet din il-vjolenza?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, il-Pulizija kellha 659 rapport li jinvolvi każijiet ta’ vjolenza domestika, kif jidher fuq it-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30586 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tfal abbandunati mill-ġenituri tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet ta' tfal li ġew abbandunati mill-ġenituri tagħhom is-sena l-oħra u f'liema lokalitajiet seħħew dawn il-każijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' tfal li ġew abbandunati matul is-sena l-oħra kien ta' 9 kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Birkirkara 1 Bormla 1 Isla 1 San Pawl il-Bahar 2 Sliema 1 Valletta 3
Leg 11 PQ #30587 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Regolamenti dwar il-Ħabs — kopja lil kull ħabsi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29951, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Regolamenti dwar il-Ħabs? Meta kriminal jidħol fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, qiegħed jingħata kopja ta' dawn ir-regolamenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kull persuna li tidħol fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kemm jekk taħt arrest preventiv, kif ukoll b’sentenza, tiġi infurmata minn Uffiċjal tas-Servizz Korrettiv bid-drittijiet u bir-regolamenti relatati mal-kondotta tagħha u t-trattament li għandha tingħata. Fil-preżent qed jiġi mħejji dokument b’estratti mir-Regolamenti tal-Ħabs relatati mal-kondotta u trattament, kif ukoll id-drittijiet tal-priġunieri, kemm bit-test Malti u bl-Ingliż, sabiex jingħata lil kull persuna li tidħol fil-faċilità. Dan l-estratt ser ikun jinkludi wkoll id-drittijiet u l-obbligi taħt il-liġi tal-Ġustizzja Riparatriċi. Dan kollu se jsir biex jikkumplimenta l-proċedura eżistenti. Ta’ min isemmi wkoll li r-Regolamenti dwar il-Ħabs tal-1995 qed jiġu riveduti sabiex jiġu aġġornati fid-dawl tal-liġi tal-Ġustizzja Riparatriċi. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-Regolamenti tal-Ħabs tal-1995.
Leg 11 PQ #30599 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kwestjoni dwar ġurnalist li kiteb fuq Sir Paul Boffa

Question

B'referenza għad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea dwar id-Drittijet tal-Bniedem deċiża nhar it-22 ta' Novembru, 2011 fuq talba ta' ġurnalist bl-isem ta' John Mizzi kontra Malta dwar kummenti li hu għadda f'ġurnal lokali dwar Sir Paul Boffa, li serva ta' Prim Ministru ta' pajjiżna fl-ewwel elezzjoni ta' wara l-gwerra (fost karigi oħrajn), jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Istat Malti huwiex beħsiebu jagħmel użu mid-drittijiet tiegħu taħt il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u r-regoli tagħha u jintavola talba għal reviżjoni (review) quddiem il-Grand Chamber, anke imma mhux biss in vista tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamlu l-familjari u dixxendenti ta' Sir Paul? Huwa minnu li l-familjari u dixxendenti ta' Sir Paul ma ġewx ikkonsultati meta s-Sur John Mizzi, kif kellu kull dritt jagħmel, intavola kawża quddiem il-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kontra Malta? Għaliex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Il-Gvern qiegħed jikkunsidra r-reazzjoni tiegħu għas-sentenza ċitata wkoll fid-dawl tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni kif enunċjat fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem illi tidher illi in linea ġenerali hija iżjed permissiva minn dik tas-sentenzi tal-Qrati Maltin f' dan il-każ f'dak li jirrigwarda l-limiti ta' tolleranza ta' kritika u allegazzjonijiet fil-qasam politiku u tal-interpretazzjoni tal-istorja. Il-Qorti Ewropeja hija wkoll magħrufa illi hija ħafna iżjed stretta fl-atteġġjament tagħha dwar limitazzjonijiet ta' kritika fil-qasam politiku milli hija, per eżempju, fuq limitazzjoniiet fuq il-liberta' tal-espressjoni għall-skopijiet soċjali oħra. Il-kawżi istitwiti fil-Qorti Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem huma istitwiti kontra l-gvernijiet u huma kawżi tal-gvernijiet u mhux tal-individwi. L-individwi li jkunu rebħu sommom ta' danni fil-Qrati domestiċi iżommu dak li rebħu minkejja l-fatt illi fil-Qorti Ewropeja jista' jinstab illi s-sistema legali domestiku kien karenti fejn għandha x' taqsam il-Konvenzjoni Ewropeja - fatt li għalih l-individwu ma jaħtix.
Leg 11 PQ #30606 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunali amministrativi

Question

Jista’ jgħid kemm fil-preżent hawn tribunali amministrattivi, fejn jinżammu s-seduti ta’ dawn it-tribunali u fejn huma r-reġistri rispettivi ta’ kull wieħed minn dawn it-tribunali? Kemm hemm support staff għal kull wieħed minn dawn it-tribunali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Tribunali Amministrattivi fl-Ewwel Skeda tal-Kap 490, tal-Att dwar Ġustizzja Amministrattiva. Minn fost din il-lista ta’ Tribunali Amministrattivi imsemmija s-segwenti jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Qrati u jżommu s-seduti fil-bini tal-Qorti: - Bord li Jirregola l-Kera - Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet - Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta’ Raba’ - Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar il-Qsim tal-Wirt - Tribunal għal Talbiet Żgħar Ir-Reġistru rispettiv ta’ kull wieħed minn dawn il-ħames Tribunali Amministrattivi huwa r-Reġistru tal-Qrati Ċivili u kull wieħed minn dawn it-Tribunali għandu support staff li jikkonsisti f’Deputat Reġistratur, skrivani u messaġġiera.
Leg 11 PQ #30607 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħidma tat-tribunali amministrattivi ssir xi draba mit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva a tenur tal-Att Nru.5 tal-2007? Fil-preżent liema huma l-każijiet li qed jisma dan it-Tribunal, fejn hu r-reġistru ta’ dan it-tribunal u fejn qed jinżammu s-seduti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari tal-Onorevoli Membru jiġi rilevat li diġà hemm 12-il bord ta' appelli li ġie inkorporat minn deċiżjonijiet ta' Tribunali Amministrattivi fit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva li ġew assenjati u qed jinstemgħu mit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva a tenur tal-Att Nru 5 tat-2007. Dawn huma s-segwenti:- 1 L-elenku fiskali li jinkorporaw kwistjonijiet naxxenti mis-segwenti Atti:- a) l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap.123) b) l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni (337) ċ) l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap.364) d) l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa (Kap.372) u l-Att dwar id-Dazju u Sisa (Kap.382); 2 L-elenku li jitratta dwar it-Trasport f'Malta u kwistjonijiet naxxenti mis-segwenti regolamenti:- a) Regolamenti dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li l-Vetturi bil-Mutur huma tajba għat-Triq (L.S. 65.15) b) Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta’ Merkanzija b’Vetturi bil-Mutur (L.S. 65.19) ċ) Regolamenti dwar l-Eżenzjoni mit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur (Kap.368 u L.S. 368.01) d) Regolamenti dwar ir-Registrazzjoni u Licenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur (L.S. 368.02) It-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva fil-preżent qed jisma wkoll każijiet li jaqgħu taħt:- a) l-Airport (Groundhandling Services) Regulations (L.S. 232.15) b) Att dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap.389) kif ukoll każ marbut mal-Liġi tal-Condominium (Kap.398) Apparti dawn ai termini tal-Kap.490 u l-Leġislazzjoni Sussidjarja 490.04 it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva jista’ jisma’ każijiet derivanti minn u marbuta mal-Ordinanza dwar:- l-Esportazzjoni ta’ Prodotti tal-Biedja (Kap.45 u Kap.85) l-Att dwar it-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali (439) ir-Regolamenti dwar l-Importazzjoni ta’ Klieb u Qtates (L.S. 36.42) l-Ordinanza dwar l-Ispiriti (Kap.41) l-Att dwar l-Inbid (Kap.436) l-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy (Kap.281) l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Inġinerija (Kap.321) l-Att dwar il-Periti (Kap.390) l-Att dwar is-Socjetajiet Koperattivi (Kap.442) ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi Oħra (L.S. 33.03) ir-Regolamenti dwar l-Esplosivi Civili (L.S. 33.04) ir-Regolamenti dwar il-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta (L.S. 511.03) ir-Regolamenti dwar il-Bibljoteka Pubblika ta’ Malta (L.S. 511.06) Rigward it-tieni parti tad-domanda ir-Reġistru tal-Qrati Ċivili u Tribunali, f’Malta għandu jkun ir-Reġistru tat-Tribunal f’Malta u r-Reġistru tal-Qrati Ċivili u Tribunali, f’Għawdex għandu jkun ir-Registru tat-Tribunal f’Għawdex. It-Tribunal għandu jżomm seduti f’Malta fil-bini fejn il-Qrati tal-Ġustizzja normalment iżommu s-seduti u f’Għawdex fil-bini fejn il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) normalment iżżomm seduti.
Leg 11 PQ #30609 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

bomb threat calls fil-Qrati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn Jannar u Dicembru 2010 kemm saru bomb threat calls fiergħa relattivi għall-Qrati Maltin u jispeċifika f'liema data u ħinijiet saru peress li fuq kull bomb threat call fiergħa ssir investigazzjoni? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Diċembru tal-2010, kien hemm ħdax-il każ ta’ bomb threats irrappurtat lill-Pulizija li jirrigwardja lill-Qorti. Dawn kienu s-segwenti:- Data Hin Post 14/01/2010 12:15 Qorti Malta 09/02/2010 10:40 Qorti Ghawdex 22/02/2010 10:40 Qorti Malta 27/04/2010 11:00 Qorti Malta 21/05/2010 11:11 Qorti Malta 21/06/2010 09:40 Qorti Malta 14/07/2010 11:05 Qorti Malta 31/08/2010 12:40 Qorti Malta 10/12/2010 10:35 Qorti Malta 15/12/2010 10:55 Qorti Malta 22/12/2010 09:48 Qorti Malta Infurmat ukoll illi minn dawn il-każijiet ġew solvuti dawk tal-10 ta' Diċembru u tat-22 ta' Diċembru.
Leg 11 PQ #30610 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

nisa membri tal-Korp tal-Pulizija li telqu mill-korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mara membru tal-Korp tal-Pulizija telqet mill-Korp, qabel ma laħqet l-età ta' irtirar f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kif kienu mqassma dawn in-nisa sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-2002 sallum kien hemm 70 membri nisa li spiċċaw mill-Korp qabel ma kienu għalqu il-25 sena servizz. Dawn kienu mqassmin skont it-tabella t'hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 6 12 5 14 7 9 10 4 Xejn 3
Leg 11 PQ #30611 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

pulizija nisa li jaħdmu bir-reduced hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li qed jaħdmu bir-reduced hours fil-preżent? Fejn huma stazzjonati dawn il-membri tal-Korp tal-Pulzija nisa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 54 membru tal-Korp tal-Pulizija, 53 nisa u wieħed raġel, li qed jaħdmu bir-reduced hours. Dawn kollha jaħdmu fl-uffiċċju fid-diversi taqsimiet tal-Korp.
Leg 11 PQ #30612 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — child care facilities

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li membri tal-Korp tal-Pulizija tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin jingħataw childcare facilities fid-dawl tas-sigħat partikolari li dawn jaħdmu? Jekk hemm xi forma ta' pjanijiet, jista' jgħid x'inhuma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent ma hemmx il-ħsieb għall-faċilità ta' childcare units.
Leg 11 PQ #30613 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

seduti tal-ALE marbutin ma' kaċċa u nsib

Question

Jista' l-Ministru jindika f'liema dati saru seduti tal-Administrative Law Enforcement li kienu jitrattaw każi marbutin ma' kaċċa u nsib, fl-ewwel ħdax-il xahar ta' din is-sena? Kemm ġew imposti multi marbutin ma' kaċċa u nsib f'kull seduta f'dawn l-istess seduti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Data tas-seduta Multi 19 ta’ Jannar 2011 € 14,844 16 ta’ Frar 2011 € 11,685 23 ta’ Marzu 2011 € 13,740 6 ta’ April 2011 € 12,910 11 ta’ Mejju 2011 € 20,150 6 ta’ Lulju 2011 € 25,140 12 ta’ Ottubru 2011 € 13,520 16 ta’ Novembru 2011 €16,080
Leg 11 PQ #30614 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — introduzzjoni ta' family friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jintroduċi family friendly measures fil-Korp tal-Pulizija ħalli uffiċjali minn spetturi 'l fuq ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess miżuri li qed jiġu offruti lil uffiċjali pubbliċi oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23650.
Leg 11 PQ #30621 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqija Parlamentari numru 27953.
Leg 11 PQ #30703 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet ta’ vjolenza fuq l-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ vjolenza fuq l-anzjani ġew rapportati lill-pulizija bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, xahar b’xahar? X’tip ta’ kategoriji ta’ abbużi kienu? Jista’ jgħid jekk dawn il-każijiet ġewx referuti lill-ħaddiema soċjali tad-Dipartiment tal-Anzjani sabiex dawn jippruvaw jgħinu lill-vittmi ta’ dawn l-allegati abbużi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-każijiet ta’ vjolenza fuq persuni ta’ sittin sena jew aktar li ġew irrapurtati lill-Pulizija bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena skont il-kategorija tal-każ huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt :- Kategorija ta' abbuż Jan Feb Mar Apr May Jun Jul Aug Sep Oct Total Bodily Harm 3 3 3 3 4 6 3 9 9 6 49 Domestic Violence 2 3 9 9 5 3 3 5 4 5 48 Homicides 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 Armed Robbery 0 0 0 1 1 0 0 0 0 0 2 Mugging 0 1 2 1 0 2 0 1 0 1 8 Snatch & Grab 5 7 2 6 0 0 5 1 12 1 39 Sakemm dawn ir-reati ma jkunux xi każ ta’ natura soċjali, mhix il-proċedura li l-Pulizija tinforma lid-Dipartiment tal-Anzjani b’dawn ir-rapporti. Madankollu, vittmi ta’ reati jiġu offruti l-għajnuna tal- victim support, dejjem jekk ikunu jixtiequ.
Leg 11 PQ #30558 Sitting 416 2011-11-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — Rapporti ta' inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rapporti partikolari għal dawk li huma inċidenti bejn Maltin u barranin, fl-inħawi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-għassa ta' San Pawl il-Baħar/ Qawra? Jekk iva, qed jittieħdu xi passi biex tali sitwazzjonijiet jiġu evitati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
Leg 11 PQ #30559 Sitting 416 2011-11-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qawra — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li fl-għassa tal-Qawra jiġi assigurat li fl-ebda ħin ma jkun hemm għassa uffiċjal wieħed tal-pulizija, u jiġi assigurat ukoll li qatt ma jkun hemm preżenti kuntistabbli biss xogħol?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ġewwa l-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra dejjem ikun hemm xogħol mill-anqas tlett membri tal-Korp u ċioe’, is-Surġent ta’ l-Għassa, l-orderly u xufier/patrol. Però jista jkun hemm mumenti fejn il-preżenza tas-Surġent u/jew tax-xufier tkun temporanjament meħtieġa x’imkien ieħor barra mill-għassa.