Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-isponsorships li ta l-Ministeru minn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Min approvahom, kemm kienu u x'kien l-iskop tal-isponsorship?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 15865, 23125 u 23332.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u Malta Tourism Authority – Uffiċjali li għamlu użu minn lukandi u stabbilimenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' drabi fejn uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u tal-Ministeru għamlu użu minn lukandi u stabbilimenti oħra minn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Min approvahom, kemm kienu u x'kien l-iskop tal-ispiża?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u Malta Tourism Authority – Spejjeż ta’ stampar
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ispejjeż relatati mal-istampar tal-Ministeru u tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu minn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Min approvahom, kemm kienu u x'kien l-iskop tal-ispiża?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Kirjiet ta’ postijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kirjiet ta' postijiet li ħallas il-Ministeru għall-entitajiet li jaqgħu taħtu bejn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema huma u kif irriżultat tali kirja?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kirjiet imħallsa mill-Ministeru għall-entitajiet li jaqgħu taħtu huma s-segwenti:
· l-Uffiċini tal-Malta Laboratories Network fil-Malta Life Science Centre,
· l-Uffiċini tal-Radiation Protection Commission fil-Mosta Technopark, u
·
“Hut”
ġewwa Ħal-Qormi u 2 “
warehouses”
f’Ħal-Luqa tal-FTZD.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — organogramma
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru u Segretarjat Parlamentari li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 9, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 20.
Wara li sena ilu l-Gvern ħabbar li ser isir il-proġett tal-pitch tal-waterpolo ta' Marsaxlokk, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti għal dan il-proġett? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol? Kemm ser idum biex jitlesta l-proġett?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa, il-Ministeru għat-Turiżmu, bl-għajnuna tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, għaddej b’ħidma sfieqa sabiex jitlesta l-proġett ta’ riġenerezzazjoni fin-naħa magħrufa bħala tal-Magħluq. Dan il-proġett jikkumplimenta proġetti oħra li diġa’ twettqu f’Marsaxlokk, fosthom il-bini ta’ parkeġġ ġdid, it-tiswija ta’ diversi toroq kif ukoll ir-riorganizazzjoni tal-Monti tal-Ħadd. Dawn kollha jagħmlu parti mill-proġett ħolistiku ta’ riġenerezzazjoni ta’ Marsaxlokk. Il-pitch tal-waterpolo ta’ Marsaxlokk ukoll huwa maħsub li jkun parti minn dan il-pjan u huwa maħsub li jiġi implimentat fil-fażi li jmiss tal-Pjan ta’ Riġenerezazzjoni wara li jitlesta l-proġett tal-Magħluq. Il-permess mill-Awtorita’ tal-Ippjanar inħareġ fis-sena 2021, u bħalissa għaddejja ħidma sabiex jiġi preparat id-dokument tat-tender relatat.
Foundation for Tourism Development Zone– financial statements
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Foundation for Tourism Development Zone?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Foundation for Tourism Zone Development.
(Korrezzjoni: Ara dokument Nru PL 7553 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 537 tat-Tnejn, 24 ta' Jannar 2022)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-ITS?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-financial statements tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi għadhom mhumiex iffinalizzati. Sas-sena 2020, ITS kienu jippreparaw biss Management Accounts.
Staff tal-MTA akkomodat f’lukandi fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jelenka d-drabi li fl-2021 l-istaff tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kien akkomodat f’lukandi fil-Belt Valletta qabel/waqt/minħabba attivitajiet organizzati fil-Belt Valletta jew il-madwar? Jista’ jagħti elenku tal-ispejjeż u ħlasijiet li ntefqu fuq dawn l-akkomodazzjonijiet? Jista’ jelenka l-ismijiet tal-lukandi u liema uffiċjali ġew akkomodati f’kull każ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ġejt infurmat li din hija prassi li ilha ssir minn meta bdew isiru l-attivitajiet tal-massa mill-Gvern Malti, biex niftehmu, ħafna qabel l-2013. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hija marbuta b’kuntratti ma’ entitajiet barranin li jtellgħu l-attivitajiet tagħhom f’pajjiżna. Parti minn dawn il-kuntratti, jinkludu obbligi dwar standards ta’ akkommodazzjoni u trasport, fejn ħafna draba jiġi speċifikat il-klassifikazzjoni tal-lukanda, kemm trid tkun ’il bogħod minn fejn ser isir l-attivita’, x’faċilitajiet irid ikollha, u kemm iridu jiġu ibbukkjati kmamar, skont dak li hu imsejjaħ artistic rider. Is-sejħa għall-kwotazzjonijiet dejjem issir skont dan l-artistic rider, u jiġu bbukkjati l-kmamar li jkun hemm bżonn. Naturalment, ma’ kull booking ikun hemm ukoll cancellation policy li tgħid li jekk kamra ma’ tintużax, din xorta trid titħallas. Ħafna drabi ikun hemm kumpaniji li jispeċifikaw eżatt liema lukanda jkunu jridu li tiġi bbukjata.
Tajjeb illi ninforma lill-Onor. Interpellant li hija prassi kważi f’kull attività tal-massa li ssir f’pajjiżna, li jkun hemm persuni lokali alloġġjata f’lukandi jew f’appartamenti viċin il-post tal-attivita’.
L-MTA dejjem tara li jkollha bejn żewġ u tlett ikmamar disponibbli sabiex jintużaw mill-istaff tagħha li jkunu involuti f’dawn l-attivitajiet. Dawn il-kmamar jintużaw għal skopijiet loġistiċi, u għall-ebda vaganza jew lussu. Dawn il-kmamar ġieli kienu kmamar li jkunu parti mill-
artistic rider
inizjali, iżda li mbagħad jibqgħu mhux utilizzati mill-artisti barranin jew mill-management tagħhom. Billi dejjem skont l-imsemmija
cancellation policy
dawn il-kmamar xorta jkunu jridu jitħallsu, flok jibqgħu vojta jiġu utilizzati mill-membri tat-team tal-Events, skont kif tirrikjedi l-iskeda tagħhom. Ħafna drabi dawn il-kmamar ikunu għal bejn żewġ u tlett iljieli.
L-uniku darba fejn kellhom jinkrew xi kmamar addizzjonali kien waqt il-kunċerti tal-BBC Orchestra u Pete Tong, fejn kienu inkrew żewġt ikmamar ġewwa l-Gomerino Hotel u zewġt ikmamar ġewwa 66 St Paul’s fil-Belt Valletta b’rata ta’ €165 għal kull lejl.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23016, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid, sena b'sena mill-2013 sal-2021, kemm attendew studenti fiċ-ċentru tal-ITS ġewwa l-Qala Għawdex? Kemm minnhom kienu residenti f'Għawdex? Kemm minnhom temmew il-kors li kienu qed isegwu b'suċċess? Jista' jagħti wkoll lista tal-korsijiet li qed jiġu mogħtija llum?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li n-numru ta’ studenti li attendew għall-korsijiet fl-ITS Għawdex huma s-segwenti. F’din is-sena akkademika 2021/2022, hemm 35 student jistudjaw f’dan iċ-Ċentru.
2014/15
9
2015/16
19
2016/17
14
2017/18
15
2018/19
12
2019/20
12
2020/21
79
Rigward il-lista ta’ korsijiet li qed jiġu mogħtija llum, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19561.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk saritx konsultazzjoni mal-Kummissjoni għal Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità qabel ma ġie deċiż li fi Pjazza Tritoni tiġi armata fun park tul il-ġimgħat ta' qabel u wara l-Milied? Jista' jgħid ukoll minn ta l-parir biex il-fun park titpoġġa eżatt fuq tactile flooring magħmul apposta biex jirrendi l-pjazza aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl, bil-konsegwenza li dan it-tactile flooring ġie mblukkat u rrenda l-pjazza inaċċessibbli? Jista' jgħid ukoll min ta l-parir dwar il-kwalità u l-metodu ta' kif tqiegħed it-tactile flooring temporanju li sar aktar tard? Jista' jara li f'attivitajiet futuri li jikkonċernaw il-Ministeru tiegħu, it-tactile flooring permanenti ma jerġax jiġi ngumbrat?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Tajjeb li ninforma lill-Onor. Interpellant li, meta l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu torganizza attività ta’ din ix-xorta, trid taħdem fl-ambitu ta’ bosta restrizzjonijiet, li jinkludu attivitajiet u ċerimonji statali, kif ukoll ir-rotot ta’ emerġenza li jkunu jridu jintużaw minn vetturi u uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili, f’każ li jinqala’ xi inċident li jirrikjedi l-preżenza tal-istess uffiċjali kemm fi Pjazza Tritoni u anke fid-daħla tal-Belt. Għaldaqstant, ġaladarba l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienet konxja fuq din il-kwistjoni, minn qabel ma' nfetħet l-attività msemmija saru l-arranġamenti kollha neċessarji sabiex tiġi ordnata alternattiva temporanja għal tul l-attività kollha.
Barra minn hekk ukoll, kull membru tal-istaff li kien ingaġġat f’din l-imsemmija attività, kien ukoll imħarreġ sabiex jkun jista’ joffri kull tip ta’ għajnuna lil persuni b’abbilitajiet differenti fosthom anke persuni neqsin mid-dawl.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2020, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) tat vouchers għal ikliet ġewwa l-ITS Training Restaurants lin-National Alliance for Rare Diseases Support u lill-Marigold Foundation li kienu jammontaw għal €150 u €330 rispettivament. Taw ukoll donazzjoni ta’ €1000 lill-Marigold Foundation.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tat donazzjoni ta’ €24,000 lill-Marigold Foundation, liema ammont inġabar minn bejgħ ta’ tazzi tal-plastik bil-logo ta’ Summerdaze 2020 waqt l-istess avveniment.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Segretarju permanenti - safar fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq xogħol uffiċjali s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu, sena b'sena mill-2013 sal-2021, x’kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat u kemm kienet in-nefqa ta' dawn iż-żjarat?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-MTA?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar financial statements tal-MTA imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta Numru 473 tal-14 ta’ Ġunju 2021.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-invoice mill-Hotel Phoenicia mibgħuta lillAwtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fl-aħħar ġimgħat, dwar prenotazzjoni ta’ diversi impjegati tal-MTA fl-istess Hotel Phoenicia għal diversi jiem matul ix-xahar ta’ Diċembru 2021?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kellha kamra waħda bbukkjata f’din il-lukanda għat-tul tal-attivitaàkollha li kien hemm fi żmien il-Milied ġewwa Pjazza Tritoni. Din il-kamra, b’rata ta’ €140 għal kull lejl, intużat speċifikament sabiex impjegati tal-Awtorita’ jkollhom fejn iżommu b’mod sikur l-assi relatati mal-istess attivita’ inkluż id-dħul monetarju ta’ kull ġurnata.
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-Aworità għadha ma rċevietx l-
invoice
mingħand il-Hotel Phoenicia.
MTA – ħaddiema li jaħdmu barra minn Malta mistiedna għal party
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema/impjegati/uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) li jaħdmu barra minn Malta kienu mistiedna jattendu l-party tal-MTA li nżamm fis-7 ta’ Diċembru 2021 fil-lukanda Corinthia San Ġorġ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma organizzat l-ebda festin għall-istaff, iżda giet organizzata attivita' soċjali mis-Social Activities Committee għall-Festi tal-Milied għall-impjegati tal-Awtorita'. Id-data ta' din l-attivita', li għaliha dawk li attendew taw kontribuzzjoni, ġiet deċiża wara li sar kordinament mill-istess Social Activities Committee, sabiex din l-attivita tkun tista' issir waqt żjarat li kellhom ippjanati sebgħa f'pajjiżna rappreżentanti tal-MTA li jaħdmu fl-uffiċini ta' barra minn Malta. Dawn iż-żjarat, nerġa’ ngħid, kienu ippjanati bħala parti minn sensiela ta' laqgħat li dawn l-istess rappreżentanti jkollhom f'pajjiżna b'mod regolari, bl-iskop aħħari ikun dak li jigi ippjanat ix-xogħol għas-sena d-dieħla.
MTA – ħaddiema li jaħdmu barra minn Malta mistiedna għal party – flights imħallsa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema/impjegati/uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) li jaħdmu barra minn Malta u li kienu mistiedna jattendu l-party tal-MTA li nżamm fis-7 ta’ Diċembru 2021 fil-lukanda Corinthia San Ġorġ kellhom fil-fatt il-flights u/jew accommodation f’lukanda f’Malta imħallsin mill-MTA? Kemm kienet din l-ispiża?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23704, ninfurmah li l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ħallset għat-titjiriet u għal żewġt iljieli f'lukanda, bl-ispiża totali tlaħħaq għal €1,578.30.