Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-ħidma fuq il-proġett pilota ta' underground refuse collection u metodi innovattivi kif jinġabar l-iskart? Jista’ jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett u dwar it-tqassim tan-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames ħaddiema fl-entitajiet li għandhom 'il fuq minn 65 sena. Għar-rigward tal-ħaddiema li għandhom 'il fuq minn 65 sena fis-Settur Pubbliku nitlob lill-Onor. Interpellant jirrferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.
Jista' l-Ministru jsemmi l-attivitajiet li saru fil-Port il-Kbir matul is-sena 2024, maqsuma nefqa nefqa, filwaqt li jindika lil min dawn tħallsu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MTA tellgħet tlett spettakli fil-Port il-Kbir bħala parti mill-Malta International Fireworks Festival. Dawn kienu jinkludu Pyro Competition, spettaklu tal-logħob tan-nar tradizzjonali kif ukoll show tal-għeluq. Għaqdiet u kmamar tan-nar mifruxin madwar Malta u Għawdex kienu l-akbar benefiċarji.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma’ skali skont il-katergorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma’ dik il-katergorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-katergorija.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt għall-Laqgħa Informali tal-Ministri tat-Turiżmu fi Frar tal-2024. Ma hemm l-ebda laqgħat oħra ppjanati sal-aħħar ta’ Diċembru 2024.
Għawdex u Kemmuna — Stabbilimenti li jqiegħdu siġġijiet u mwejjed fuq art pubblika - Permessi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi biex stabbilimenti jqiegħdu siġġijiet u mwejjed fuq art pubblika f’Għawdex u Kemmuna, f’dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma xahar b’xahar? Għal kull permess, jista’ jindika t-triq fejn inħareġ il-permess u l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet li jistgħu jitqiegħdu bil-permess, jew l-ispazju f’metri kwadri li huma permessi jkunu okkupati?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li ġew impjegati mad-Diviżjoni tat-Tindif minn Jannar sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Settembru 2024 ġew impjegati 88 ħaddiem.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22125, jista' l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża involuta biex ġie installat l-iscreen fi Ġnien Ġużè Howard, fl-Imdina?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li dan l-iscreen kien parti minn proġett ikbar. L-iscreen u l-installazzjoni swew madwar €5,468.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Segretarjat għall-Indafa Pubblika - rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretjaru Parlamentari għall-Indafa Pubblika u jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mis-Segretarjat Parlamentari u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti:
a. L-isem l-attivita;
b. L-iskop tal-attività;
c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.);
d. Id-Data tal-attività;
e. Il-post fejn saret;
f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u
g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19141 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li gradwaw minn xi kors mill-ITS u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28392 (Leġiżlatura XII), u 6533, 6534 u 14135 ta’ din il-Leġiżlatura, ninfurmaha li n-numru ta’ studenti li se jigradwaw din is-sena jkun finalizzat aktar tard dan ix-xahar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19142 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mill-kors fl-ITS u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li waqfu mill-istudji tagħhom ġewwa l-ITS huwa s-segwenti:
Sena Akkademika
Numru ta’ studenti
2017/8
59
2018/9
68
2019/0
139
2020/1
129
2021/2
94
2022/3
105
2023/4
111
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21940 u jagħti t-total tal-ħlas għal-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul l-2023 u l-2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21939 u jagħti rendikont ta’ kemm-il konsulent ġie maħtur mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul is-snin 2023 u 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min huma dawn il-konsulenti, fuq liema kriterji ntgħażlu u x’rata ta’ remunerazzjoni għandhom?
Awtorità Maltija għat-Turiżmu – miżuri ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20650 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7445, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il miżura ta’ infurzar inħarġet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-snin 2021, 2022 u 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lis-sena 2021, kienet waħda partikolari għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu peress li kellha rwol importanti ħafna li tiżgura li l-istandards imposti mil-liġi u l-protokolli maħruġa mill-Awtorità tas-Saħħa jiġu osservati.
Meta jinstabu xi infrazzjonijiet minuri, l-Awtorità twissi lill-operaturi biex dawn jirregolaw l-affarijiet mill-aktar fis possibli mingħajr il-ħtieġa li jinħarġu multi f’dan ir-rigward. Azzjoni legali bi ħruġ ta’ multi amministrattivi, tittieħed meta l-istandards ma jiġux osservati b’mod ġenerali jew meta infrazzjonijiet żgħar ma jiġux irranġati fil-ħin.
Fis-sena 2021 inħarġu 69 multa amministrattiva u 17-il avviż ta’ infurzar. Dawn jinkludu multi u avviżi relatati ma’ dawn li kienu qed joperaw mingħajr liċenzja, dawk li kien qed joperaw b’liċenzja iżda ma kienux qed josservaw regolamenti oħra skont il-liġi, kif ukoll inħarġu multi u avviżi għal ksur tal-protokolli maħruġa mill-Awtorita’ tas-Saħħa fir-rigward tal-Covid 19. Dawn ta’ l-aħħar kienu prinċipalment ksur ta’ regolamenti ta’ numru eċċessiv ta’ persuni permissibbli f’akkomodazzjoni u ksur ta’ regolamenti ta’ distanza soċjali fis-settur ta’ ristoranti u postijiet tad-divertiment.
14-il każ ġew riferuti lill-Kummissarju tal-Pulizija biex tinbeda azzjoni legali fil-Qrati Maltin kontra dawn l-opeaturi li ma ħallsux il-multa fiż-żmien stipulat.
Fis-sena 2022, inħarġu 48 multa amministrattiva u 4 avvizi ta` infurzar li kienu jikkonċernaw dawk li kienu qed joperaw mingħajr liċenzja kif ukoll dawk li kienu qed joperaw b’liċenzja iżda ma kienux qed josservaw regolamenti oħra skont il-liġi.
Fis-sena 2023, inħarġu 146 ittra ta’ twissija, 31 multa amministrattiva u 7 avviżi ta’ infurzar li kienu jikkonċernaw dawk li kienu qed joperaw mingħajr liċenzja kif ukoll dawk li kienu qed joperaw b’liċenzja iżda ma kienux qed josservaw regolamenti oħra skont il-liġi.
L-operaturi ġew mwissija biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom skont il-liġi billi japplikaw għal liċenzja jew biex jieqfu joperaw fis-settur turistiku.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19697 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lill-istabbilimenti tal-ikel li kellhom l-imwejjed jingombraw il-bankini mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema kienu l-lokalitajiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permessi biex jitqiegħdu mwejjed u siġġijiet fuq art pubblika ma joħorġux mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Ir-rwol tal-Awtorità f’dan ir-rigward huma limitat li jiżgura li l-kundizzjonijiet tal-liċenzja jiġu rispettati. Għaldaqstant, l-Awtorità tħaddan sistema li meta ssib ksur minuri tar-regolamenti, l-ewwel tagħti twissijiet verbali u toħroġ ittri ta’ twissija sabiex l-operatur jirregola ruħu fi żmien stipulat. Meta ikun hemm ksur ta’ liġi persisteni, imbagħad l-Awtorità tipproċedi b’azzjoni legali skont kif ikun meħtieġ.
Mill-2017 ħarġu 189 ittra ta’ twissija, 16-il Administrative Fine Notice u 10 Enforcement notices.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20647 u jgħid kemm hawn ristoranti liċenzjati hawn Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa s-seating capacity totali awtorizzat ta’ dawn ir-ristoranti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ristoranti liċenzjati f’Malta u Għawdex huwa ta’ 890. Fir-rigward ta’ seating capacity, l-Awtorita’ qatt ma kellha jew żammet informazzjoni f’dan ir-rigward.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Kuntratti ta’ Kera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21944 u jgħid kemm-il kuntratt ta’ kera għandu l-Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jagħti n-nefqa annwali fuq kera għas-snin 2023 u 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?