Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tagħha li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentement hemm 8 persuni fis-Segretarjat Privat tiegħi u 5 persuni fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari li huma ingaġġati minn barra s-settur pubbliku. Dawn jokkupaw il-karigi ta’ Segretarja Privata, Ministry Co-Ordinator, Secretariat Officer, Secretariat Pool, Messaġġier, Personal Drivers; u Head of Secretariat, Segretarja Privata, Secretariat Pool u Messaġġiera rispettivament.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11387 u 11599 li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tagħha jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tagħha sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: Fl-2015 Dar il-Mediterran għal Konferenzi offrew il-La Valette Hall b’xejn għal konferenza. Fl-2018 u l-2019, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) taw vouchers għal ikliet ġewwa l-ITS Training Restaurants lil Marigold Foundation, liema vouchers kienu jammontaw għal total ta’ €120 u €150 rispettivament biex jintużaw f’lotteriji. Fl-2020 ingħataw vouchers lin-National Alliance for Rare Diseases Support li kienu jammontaw għal €150. Fl-2018 il-Kummissjoni Maltija għal Films tat donazzjoni ta’ €1000 lil Marigold Foundation.

MCCAA – lista ta’ għaqdiet fuq livell ewropew li hi membru tagħhom

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista sħiħa tal-għaqdiet fuq livell ewropew li tagħhom l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hi membru? F’kull każ, tista’ telenka s-sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda konċernata?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din hija l-lista sħiħa tal-għaqdiet fuq livell ewropew li tagħhom l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hi membru u f’kull każ, qed jiġi elenkat ss-sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda konċernata. Uffiċċju għall-Kompetizzjoni: Isem tal-Għaqda Sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda European Competition Network (Netwek Ewropew għall-Kompetizzjoni) Dawn huwa n-netwerk ta' awtoritajiet pubbliċi ffurmat mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni sabiex jipprovdi forum għad-diskussjoni u l-kooperazzjoni fir- rigward tal-applikazzjoni u l-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Diviżjoni tar-Reg olamenti Tekniċi (TRD): Isem tal-Għaqda Sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda PROSAFE (bħala NGO) Ittestjar ta' prodotti. Joint Actions ma' stati membri oħra. Permezz ta' Prosafe, aħna nipparteċipaw fl-azzjonijiet konġunti u nwettqu ttestjar tal-prodott u wara nwettqu azzjonijiet ta' infurzar meta jkun meħtieġ. ECHA - European Chemical Agency Infurzar tal-liġi fejn jidħlu prodotti kimiċi; membri ta' networks rigward evalwazzjoni ta' riskju. Il-ka¿ijiet tal-EFSA kif ukoll tal-ECHA, ir-ri¿ultat huwa relatat ma' opinjonijiet dwar is-sikurezza tal-ikel / ingredjenti (EFSA) jew kimiċi (ECHA). Dawn l-opinjonijiet se jintużaw bħala bażi għal leġislazzjoni futura. Barra minn hekk isiru wkoll diskussjonijiet dwar għodod u metodi dwar kif jistgħu jittejbu l-outputs tal-valutazzjoni tar-riskju. Motor Vehicle Forum Infurzar tal-liġi fejn jidħlu karozzi u biex s-Sorveljanza tas-Suq isir b'mod koerenti. CSN - Consumer Safety Network Jiġu diskussi l-attivitajiet tas-sorveljanza fis-suq IMP – Expert Group on the Internal Market for Products Komunikazzjoni bejn awtoritajiet tas-sorveljanza fis-suq ADCO (Administrative Co-Operative Group) F'kull grupp jiġi diskuss titjieb fis-sorveljanza tas-suq ta' prodotti bil-marka tas-CE li jaqgħu taħt kull leġislazzjoni fosthom: ADCO Electromagnetic Compatibility Directive, ADCO Energy Label Directive, ADCO ECO Design Directive, ADCO Low Voltage Directive, ADCO Radio Equipment Directive, ADCO Restriction of Hazardous Substances Directive, ADCO Construction Products Regulation, ADCO Fertilizers, ADCO Pyrotechnical Articles, ADCO Personal Protective Equipment, ADCO Recreational Crafts Directive, ADCO Lifts Directive European Food Safety Authority Membri ta' networks rigward evalwazzjoni ta' riskju. Il-każijiet tal-EFSA kif ukoll tal-ECHA, ir-riżultat huwa relatat ma' opinjonijiet dwar is-sikurezza tal-ikel / ingredjenti (EFSA) jew kimiċi (ECHA). Dawn l-opinjonijiet se jintużaw bħala bażi għal leġislazzjoni futura. Barra minn hekk isiru wkoll diskussjonijiet dwar għodod u metodi dwar kif jistgħu jittejbu l-outputs tal-valutazzjoni tar-riskju. Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur: Isem tal-Għaqda Sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda CPC - Consumer Protection Cooperation Network Tipparteċipa kemm bħala uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni kif ukoll bħala awtorità kompetenti taħt ir-Regolament tal-Koperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur (KE) Nru 2017/2394 liema Regolament jistabbilixxi netwerk biex jiġu nfurzati l-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur b'mod ikkoordinat meta l-konsumaturi jixtru bejn il-fruntieri nazzjonali. L-Awtorità tieħu sehem b'mod attiv fid-diversi azzjonijiet, u hija wkoll membru fi gruppi ta' ħidma oħra fi ħdan dan in-netwerk. CPN - Consumer Policy Network Tieħu sehem f'dan il-forum ta' uffiċjali għolja fil-kamp tal-konsumatur għall-koordinazzjoni u l-iżvilupp tal-politika tal-konsumatur. National Enforcement Bodies (NEB) meetings for Regulation 261/2004 (Air Passenger Rights)] Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-korpi nazzjonali ta' infurzar biex jiġu diskussi l-implimentazzjoni, prattiċi u aspetti ta' dan ir-Regolament. NEB meetings for Regulation Regulation [EC] 181/2011 (Rights of passengers in bus and coach transport) Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-korpi nazzjonali ta' infurzar biex jiġu diskussi l-implimentazzjoni, prattiċi u aspetti ta' dan ir-Regolament. NEB meetings for Regulation Regulation [EC] 1177/2010 (Rights of passengers when travelling by sea and inland waterway) Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-korpi nazzjonali ta' infurzar biex jiġu diskussi l-implimentazzjoni, prattiċi u aspetti ta' dan ir-Regolament. Expert Group on the Implementation of the Directive on Credit Agreements for Consumer 2008/48/EC Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet fl-istati membri responsabbli għal din id-Direttiva biex tiġi diskussa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Expert Group on the Implementation of the Directive on Credit Agreements for Consumer 2008/48/EC Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet fl-istati membri responsabbli għal din id-Direttiva biex tiġi diskussa l-implimentazzjoni tagħha Expert Group on the Digital Contracts Directive Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet fl-istati membri responsabbli għal din id-Direttiva biex tiġi diskussa l-implimentazzjoni tagħha Expert Group on Better enforcement and modernisation Directive Laqgħat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet fl-istati membri responsabbli għal din id-Direttiva biex tiġi diskussa l-implimentazzjoni tagħha European Consumer Centre Network (ECC) ECC (Malta) jagħmel parti min-netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur li għandhom uffiċċji fl-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea. In-netwerk jagħti pariri u jassisti lill-konsumaturi minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea f'rabta ma xiri bejn il-pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea. Dan in-netwerk huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-istati membri rispettivi. Istitut tal-Metroloġija tal-Istandards: Dawn l-għaqdiet huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea u mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles bħala responsabbli għall-i¿vilupp ta’ standards Ewropej li Malta trid tadotta bħala standards nazzjonali sabiex ti¿gura li Malta jkollha l-istess standards bħal Stati Membri oħra biex timplimenta l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-merkanzija. Is-sħubija f'dawn l-għaqdiet hija magħmula mill-korpi nazzjonali tal-istandards tal-Istati Membri u l-MCCAA (bħala l-korp nazzjonali Malti għall-istandards) hija membru sħiħ f'kull waħda minn dawn l-għaqdiet. F’dawn l-għaqdiet, MCCAA tiegħu sehem sħiħ f’assembleji ġenerali, f’laqgħat tal-bordi teknici u fejn hemm interess għal Malta f’laqgħat ta’ Kumitati teckniċi tagħhom. F’dawn il-laqgħat l-MCCAA tieħu sehem f’deċi¿jonijiet importanti dwar l-iżvilupp futur ta’ standards tekniċi li jaffettwaw is-sigurtà tal-prodotti, biex jiġi żgurat li l-prodotti jkunu siguri, li jkunu kompatibili ma’ prodotti u sistemi oħra, li jirrispettaw l-ambjent, u sabiex jgħinu lin-negozji jkunu aktar effiċjenti, u jneħħu l-ostakli għall-kummerċ ħieles. Permezz tal-parteċipazzjoni attiva tal-MCCAA u s-setgħat tal-vot tagħha f'dawn l-għaqdiet, l-MCCAA tiżgura li l-interessi tal-konsumatur u n-negozji Maltin jkunu mħarsa sew. Isem tal-Għaqda Sehem tal-MCCAA fl-attivitajiet tal-għaqda Kumitat Ewropew għall-Għemil ta’ Standards (CEN) CEN hija fdata sabiex tiżviluppa standards Ewropej f'firxa wiesgħa ta' oqsma u setturi li jinkludu: prodotti għall-konsumatur, kostruzzjoni, kimiċi, enerġija, ambjent, saħħa u sigurtà, trasport u ppakkjar. Kumitat Ewropew għall-Għemil ta’ Standards fl-Elettroteknika (CENELEC) CENELEC tiżviluppa standards fil-qasam Elettrotekniku. Istitut Ewropew għal Standards fit-Telekomunikazzjonijiet (ETSI) ETSI hija responsabbli biex tiżviluppa standards Ewropej fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — sponsorships/grants mogħtija

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tagħha sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant tgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizjattiva u meta ngħatat?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-isponsorships ingħataw prinċipalment hekk kif ġej: · Malta Film Commission – sponsorjat attivitajiet relatati ma’ festivals tal-films · Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) – Fellowship Exposure Grants lill-ħaddiema tagħha · Awtorita’ tal-Mediċina – Fellowship Exposure Grants u korsijiet oħra lill-ħaddiema tagħha · Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) – sponsorships ta’ natura turistika li l-maġġorparti tagħhom ilhom jiġu sponsorjati għal snin sħaħ. Dawn jgħaddu mill-iskrutinju ta’ Kumitat fi ħdan l-MTA imwaqqaf apposta għal dan il-għan. L-informazzjoni f’dan il-każ hija ta’ natura kummerċjali.

Diretturi Ġenerali (Kompetizzjoni) — liġijiet

Question

Tista’ l-Ministru telenka l-liġijiet kollha (kemm l-atti kif wkoll ir-regolamenti magħmula taħthom), inklużi r-regolamenti tal-UE li allura d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) hu awtorizzat li jinforza jew jamministra?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġijiet li d-Direttur Ġenerali hu awtorizzat li jinforza jew jammistra huma s-segwenti: · L-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kapitolu 379 tal-liġijiet ta’ Malta) · L-Att dwar l-Awtorita ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (Kapitolu 510 tal-liġijiet ta’ Malta) · Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonjiet (Liġi sussidjarja 379.08) · Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta'Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat · Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi · Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 802/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi · Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 ta' l-24 ta’ Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli · Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 169/2009 tas-26 ta' Frar 2009 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni · Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru · Regolament tal-Kummissjoni Nru 906/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji marittimi tal-linja (konsorzji) · Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma · Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategorji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur · Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1217/2010 tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategorji ta’ akkordji ta’ riċerka u żvilupp · Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 316/2014 tal-21 ta’ Marzu 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehimiet dwar trasferiment ta’ tekonoloġija

Liġi Sussidjarja 379.01

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn il-Liġi Sussidjarja 379.01 għadha hemm, ukoll meta wieħed iqis li wħud mill-entitajiet li hemm elenkati jew ma għadhomx jeżistu jew inbidlu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl tal-emendi li kienu daħlu fis-seħħ bl-Att XXVIII ta’ l-2000 li emendaw l-artikolu 30(1) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, l-Att sar japplika għal kull dipartiment tal-Gvern jew għal kull korp imwaqqqaf bil-liġi jew kumpanija jew soċjeta’ li fihom il-Gvern, direttament jew indirettament, ikollu l-kontroll. Għaldaqstant minn mindu ġew fis-seħħ l-emendi fl-2000, ma kienx baqa’ skop tal-liġi susidjarja 379.01. Għaldaqstant, sejrin jittieħdu l-passi neċessarji biex din il-liġi sussidjarja tiġi revokata.

Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) — liġijiet

Question

Tista’ l-Ministru telenka l-liġijiet kollha (kemm l-atti kif wkoll ir-regolamenti magħmula taħthom), inklużi r-regolamenti tal-UE li allura d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) hu awtorizzat li jinforza jew jamministra?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija elenkata hawn taħt: 1. L-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kapitolu 378 tal-Liġijiet ta’ Malta) 2. Regolamenti dwar il-Wiri ta’ Listi ta’ Prezzijiet f’Bars u Kjoskijiet (Leġislazzjoni Sussidjarja 378.05) 3. Avviż għall-Għanijiet tat-Tifsira ta’ Kummerċjant fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Leġislazzjoni Sussidjarja 378.06) 4. Regolamenti dwar Prezzijiet Indikati skond l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Leġislazzjoni Sussidjarja 378.09) 5. Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Kreditu għall-Konsumaturi Marbutin ma’ Propjetà Immobbli Residenzjali (Leġislazzjoni Sussidarja 378.10) 6. Regolamenti dwar Kreditu lill-Konsumatur (Leġislazzjoni Sussidarja 378.12) 7. Regolamenti dwar l-Ipprezzar tas-Servizzi tal-Ajru (Leġislazzjoni Sussidarja 378.13) 8. Regolamenti dwar il-Kumpens u l-Assistenza għal Passiġġieri tal-Ajru li jitħallewx jitilgħu (Leġislazzjoni Sussidarja 378.14) 9. Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri fit-Trasport bix-Xarabank u bil-Kowċ (Leġislazzjoni Sussidarja 378.15) 10. Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri meta Jivvjaġġaw bil-Baħar jew minn Passaġġi fuq l-Ilma Interni (Leġislazzjoni Sussidarja 378.16) 11. Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (Leġislazzjoni Sussidarja 378.17) 12. Regolamenti dwar is-Soluzzjoni Alternattive għat-Tilwim (ADR) tal-Konsumatur (ADR Residwa) (Leġislazzjoni Sussidarja 378.19) 13. Artikoli 17 u 29, u t-Tielet Skeda tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (Kapitoli 510 tal-Liġijiet ta’ Malta) 14. Artikolu 9(a) ta’ l-Att dwar Servizzi li jingħataw fis-Suq Intern (Kapitolu 500 tal-Liġijiet ta’ Malta) - (Leġislazzjoni Sussidarja relatata: Regolamenti dwar Nomina ta’ Diversi Entitajiet (L.S. 500.01) u Regolamenti dwar l-Istabbiliment ta’ Sanzjonijiet u Pieni (L.S. 500.02).

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – xirjiet minn entitajiet tal-catering

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 16080 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16055, tista' l-Minsitru tgħid u tagħti tweġiba permezz ta' lista ta' ismijiet ta' entitajiet kummerċjali tal-catering li biegħu s-servizz tagħhom lill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Tista' tgħid kemm swew u kemm tħallsu għal xirjiet mill-entitajiet kummerċjali tal-catering u dawn ir-risposti jingħataw għal perjodu ta' 2015 - 2020?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din hija l-lista ta’ entitajiet kummerċjali tal-catering li biegħu s-servizzi tagħhom lill-Ministeru u l-entitajiet għall-perjodu msemmi: ENTITA' DATA KUMPANIJA TAL-CATERING ĦLAS (MINGĦAJR VAT) Cleansing and Maintenance 2015 The Waterfront Hotel € 1,557.20 Division 2016 Dragonara Resort € 1,140.68 Hotel San Antonio Ltd € 2,211.86 2017 Hotel San Antonio Ltd € 4,794.50 2018 Dolmen Complex € 4,002.97 2019 AX Hotel operations € 1,805.08 Baypoint Hotel Ltd € 792.37 Heritage Malta Services € 2,080.17 2020 Grand Hotel Excelsior € 6,245.60 Foundation for Tourism Zones 2015 F-Kosy Bar Food € 500.00 Development (FTZD) 2017 Caffe' Cordina € 114.13 2018 Cheeky Monkey Gastro Pub € 1,253.95 Institute for Tourism Studies 2015 Neriku Confectionery € 854.00 (ITS) 2016 James Caterers € 837.20 2017 James Caterers € 823.67 2018 Elia Caterers € 1,885.20 James Caterers € 43.50 2019 Busy Bee € 1,321.00 Elia Caterers € 221.81 Malta Competition & Consumer 2015 Dolceria Percius Ltd. € 814.20 Affairs Authority (MCCAA) James Caterers € 84.75 Phoenicia Hotel € 1,888.14 2016 Elia Borg Bonaci € 417.00 2017 Elia Borg Bonaci € 1,561.58 Island Caterers (*) € 4,936.00 Radisson Blu Resort € 127.00 The Westin Dragonara € 2,811.00 Vivaldi Hotel € 1,949.00 2018 Elia Borg Bonaci € 1,528.21 James Caterers € 1,469.97 Phoenicia Hotel (*) € 998.00 Preluna Hotel € 366.00 2019 Corinthia Hotel (*) € 4,000.00 Elia Borg Bonaci € 1,439.52 Mediterranean Conference Centre (*) € 3,084.00 The Palace (*) € 3,010.00 Malta Film Commission (MFC) 2015 Island Caterers Ltd € 3,305.09 2017 James Caterers € 201.86 Mannarino Caterers € 461.02 2018 Astoria Ltd € 630.00 2019 Astoria Ltd € 150.00 Mannarino Caterers € 398.30 Primavera Caterers € 5,391.74 Malta Tourism Authority (MTA) 2015 Dolceria Croce Bonaci € 1,195.76 Mannarinu Ltd € 528.84 2016 Chateau Buskett € 3,716.52 Island Caterers Ltd € 7,031.78 James Caterers Ltd € 497.50 Mannarinu Ltd € 1,360.17 Neriku Catering € 2,741.65 2017 Gianpula Village € 4,162.50 Island Caterers Ltd € 16,435.79 Mannarinu Ltd € 632.84 Neriku Catering € 19,372.45 2018 Busy Bee Ltd € 3,992.39 Corinthia Caterers Ltd € 13,983.04 Heritage Malta € 5,994.00 Mannarinu Ltd € 7,990.32 Neriku Catering € 4,791.25 2019 Dolceria Croce Bonaci € 4,233.05 James Caterers Ltd € 15,837.75 Elia Borg Bonaci Ltd € 1,744.87 James Caterers Ltd € 23,500.00 Mannarinu Ltd € 20,084.81 James Caterers Ltd € 16,724.00 Neriku Catering € 323.50 James Caterers Ltd € 11,677.00 2020 Busy Bee Ltd € 109.74 Corinthia Caterers Ltd € 7,120.35 Il Veduta Restaurant € 14,950.60 Infinitely Xara € 10,640.00 Ta' Karolina Restaurant € 332.00 Medicines Authority 2015 Cater Max € 4,298.09 Crème caramel € 504.24 James Caterers € 117.80 Malta Nationa Aquarium € 221.19 Saracino's Café € 953.39 The Palace € 8,838.34 2016 Croce Bonaci Caterers € 3,000.00 Don Berto € 193.77 Elia Caterers € 218.75 Foodality € 386.44 James Caterers Ltd. € 277.41 Joseph Aguis € 315.25 Murella Restaurant € 57.50 Palazzo DePiro € 177.97 Saracino's Café € 406.78 Ta Karolina Restaurant € 1,187.58 2017 Aqua Terra a Mare € 584.75 Buchman's € 72.88 Croce Bonaci € 211.86 Cook and Co. Ltd € 495.58 Dolmen € 3,174.57 Don Berto € 281.91 Excelsoir € 7,585.63 Harmony € 141.10 Island Caterers € 3,183.90 James Caterers € 235.17 Kempinski Hotel San Lawrence € 2,578.82 The Palace € 4,067.79 Villa Francia € 1,240.00 Zenzero € 2,237.29 2018 Aaron's Kitchen € 330.51 C. Camilleri & sons € 160.35 Cook and Co. Ltd € 3,390.07 Dolceria Apettitosa € 381.64 Elia Caterers € 745.90 James Caterers € 2,081.90 Karrot and Ko € 296.25 2019 Busy Bee Ltd. € 3,640.00 C. Camilleri & Sons € 926.75 Café Jubilee € 211.86 Collision Catering € 2,826.36 Cook and Co. Ltd € 5,789.13 Corithia Caterers € 1,483.05 Even Planner Co. Ltd € 3,990.00 IBB Hammetts Operations Ltd € 2,860.17 James Caterers € 22.88 Luciano Restaurant € 931.36 Neriku Catering € 380.00 Palazzo Preca € 1,271.18 Piacere Mio € 1,429.23 Radission Blu € 840.97 Rampila € 1,020.34 The Palace € 4,130.77 2020 C. Camilleri & Sons € 943.25 Cook and Co. Ltd € 528.84 Piacere Mio € 478.50 Villa Arrigo (Osborne Ltd) € 1,095.00 Mediterranean Conference 2015 Island Caterers € 1,506.83 Centre (MCC) 2016 Island Caterers € 1,089.66 2017 Island Caterers € 2,533.56 2018 Island Caterers € 6,362.97 2019 Corinthia Caterers € 38,941.31 2020 Corinthia Caterers € 775.42 Infinitely Xara € 2,542.37 Ministry for Tourism (MOT) 2015 Belmont € 474.15 Caffe’ Cordina € 121.10 Catermax € 11,059.32 Deguara Catering € 101.91 Hotel San Antonio € 423.73 Mediterranean Conference Centre € 186.00 Xara Palace € 1,255.93 Zammit Tabona Ltd. € 4,699.24 2016 Caffe’ Cordina € 352.54 Corinthia Palace Hotel € 2,219.49 Fine Style Catering Co. Ltd. € 181.36 Mediterranean Conference Centre € 2,007.50 Neriku Confectionery € 577.00 Xara Palace € 785.85 2017 Christopher Ghirxi € 1,132.20 Dolceria Percius € 513.98 G & M Catering Co. € 737.29 Hilton International Malta € 1,132.63 Spinola Developments € 5,647.67 2018 James Caterers Ltd. € 7,447.59 Mediterranean Conference Centre € 2,937.60 2019 AX Hotel Operations € 1,020.00 Infinity Xara € 800.85 James Caterers Ltd. € 1,956.00 Phoenicia Hotel € 1,182.20 Testa Catering Concepts Ltd. € 1,542.37 Malta Freeport Corporation Ltd NIL Parks Malta NIL Parliamentary Secretary for Consumer Protection and Public Cleansing NIL (*) covering venue, hiring of equipment & refreshments

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – direct orders għall-konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistosqija parlamentari 16056 u tgħid kemm ingħataw direct orders ta’ konsulenza għas-snin 2015 u 2020? Tista’ tgħid ukoll x’kienet l-ispiża ta’ dawn id-direct orders u lil min ingħataw? Tista’ tgħid għal liema konsulenza ingħataw dawn id-direct orders u fuq liema kriterju ntgħażlu l-persuni li ġew mogħtija dawn id-direct orders?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direct orders ta’ konsulenza għas-snin 2015 u 2020 huma s-segwenti: 2015: BEAT Ltd Servizzi ta’ konsulenza €24,000 2020: Flint Europe Ltd Proviżjoni ta’ konsulenza €20,000 RMS Proviżjoni ta’ konsulenza €38,235 Camilleri Preziosi Advocates Proviżjoni ta’ servizzi legali €124,822 Scerri & Bonello Advocates Proviżjoni ta’ servizzi legali €44,400

Malta Film Commission – rapport ta’ investigazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tippreżenta r-rapport tal-investigazzjoni jew review li saret tal-Malta Film Commission u tal-ħidma tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala Kummissarju?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija soġġetta għal restrizzjonijiet kummerċjali u ta’ protezzjoni tad-data.

Marsaxlokk – bini ta’ pixxina tal-waterpolo

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lil din il-Kamra jekk il-pjanijiet li tinbena l-pixxina tal-waterpolo f’Marsaxlokk għadhomx fis-seħħ? Jekk iva, tista’ tagħti timeline ta’ x’inhu mistenni biex dan l-investiment jikkonkretizza għall-benefiċċju tal-isportivi u r-residenti fiż-żona?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet li tinbena l-pixxina tal-waterpolo f’Marsaxlokk għadhom fis-seħħ. Preżentement, għaddej il-proċess ta’ applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. F’dawn l-aħħar ġimgħat, ingħata il-clearance rigward il-permess mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u s-Sovarintendenza tal-Wirt Kulturali. Wara jkun imiss li joħroġ il-permess finali biex finalment ikun jista’ jiskatta l-proċess ta’ tendering għax-xogħlijiet meħtieġa.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – xirjiet minn entitajiet tal-catering

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16055, tista' l-Minsitru tgħid u tagħti tweġiba permezz ta' lista ta' ismijiet ta' entitajiet kummerċjali tal-catering li biegħu s-servizz tagħhom lill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Tista' tgħid kemm swew u kemm tħallsu għal xirjiet mill-entitajiet kummerċjali tal-catering u dawn ir-risposti jingħataw għal perjodu ta' 2015 - 2020?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — first aiders kwalifikati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtha u taqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru, is-Segretarjat Palamentari u l-entitajiet/dipartimenti kollha, bħalissa hemm total ta’ 157 persuna li huma kwalifikati bħala First Aiders.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – xirjiet minn entitajiet tal-catering

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru ħlasijiet mill-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur kif ukoll mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-entitajiet tal-catering li biegħu s-servizz tagħhom lill-Ministeru u l-entitajiet? Tista’ tgħid kemm tħallsu xirjiet mill-entitajiet kummerċjali tal-catering u min kienu dawn l-entitajiet kummerċjali tal-catering li bejn l-2015 u l-2020 biegħu s-servizzi tagħhom lill-Ministeru u lill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika t-talba tiegħu.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – direct orders għall-konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders ta’ konsulenza għas-snin 2015 u 2020? Tista’ tgħid ukoll x’kienet l-ispiża ta’ dawn id-direct orders u lil min ingħataw? Tista’ tgħid għal liema konsulenza ingħataw dawn id-direct orders u fuq liema kriterju ntgħażlu l-persuni li ġew mogħtija dawn id-direct orders?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ITS — residenti Għawdxin li gradwaw

Question

A rigward is-sena akkademika 2018 - 2019, tista' l-Ministru tinforma l-Parlament kemm kien hemm residenti Għawdxin li gradwaw mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Tista' tindika wkoll kemm minn dawn kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa? Tista' tindika wkoll minn liema fakultajiet, istituti, dipartimenti eċċ gradwaw dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmata li fis-sena akkademika 2018/19 kien hemm 34 student full-time irreġistrati mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Minn dawn lestew il-kors tagħhom u gradwaw 11-il student – 8 irġiel u 3 nisa. Huma kienu jsegwu dawn il-korsijiet: · Foundation · Certificate in Food Preparation and Service · Diploma in Food Preparation & Production Operations · Bachelor in Culinary Arts (HONS)

Għawdex – lukandi u restaurants

Question

Tista’ l-Ministru tgħid: 1) kemm kien in-numru ta’ lukandi liċenzjati f’Għawdex fil-bidu ta’ Jannar 2020 u kemm kien in-numru totali ta’ sodod f’dawn il-lukandi; 2) kemm kien in-numru ta’ self-catering establishments f’Għawdex fil-bidu ta’ Jannar 2020; u 3) kemm kien in-numru ta’ restaurants f’Għawdex fil-bidu ta’ Jannar 2020?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li f’Jannar 2020, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kellha reġistrati f’Għawdex: · 16-il lukanda – bin-numru ta’ sodod ikun 1718 · 1165 self-catering establishement · 105 ristoranti.