Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Jekk il-Gvern għandu l-intenzjoni jistabbilixxi strateġija turistika separata għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-linji gwida ta’ din l-istrateġija turistika?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni jistabbilixxi strateġija turistika separata għal Għawdex li tagħti prijorità lit-turiżmu rurali, kulturali, tal-benesseri, tal-għadis, ekoloġiku u niċeċ oħra ta’ valur ogħla?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu bħalissa qed tagħmel reviżjoni tal-istrateġija, li tinkorpora wkoll sezzjoni dedikata għal Ghawdex, kif filfatt diġa’ hemm bħalissa.
Kemmuna – Tisbiħ, preservazzjoni u salvagwardja – Investiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar f’Kemmuna għat-tisbiħ, preservazzjoni u salvagwardja ta’ din il-lokalità sensittiva u ta’ preġju kbir, matul is-snin 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-proġett Blue Lagoon li tniegħda fil-bidu tas-Sajf 2025 ikkonċentra fl-ewwel istant li jtejjeb l-operat, l-indafa, s-sigurta u l-esperjenza ta’ min jmur iqatta’ ħin fiż-żona tal-Blue Lagoon. Saret sistema ta’ booking li biha persuna tirriserva l-ħin tagħha fiż-żona, u ġie kkontrollat in-numru ta’ viżitaturi, sar investiment f’diversi faċilitajiet fil-Blue Lagoon kif ukoll fis-servizzi anċillari, tkabret iż-żona ta’ l-għawm, filwaqt li Transport Malta għamlet kapitenarija għat-trakkar tad-dgħajjes biex ikun mod ordinat.
Infurmat ukoll li f’dan il-perjodu ġew imfassla pjanti u pjanijiet għal investiment kapitali li se jagħti xejra ġdida liż-żona u jkompli jsaħħaħ l-esperjenza ta’ kull min iżurha. Infurmat li dawn il-pjanti bħalissa qegħdin fi stadju ta’ applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar.
Blue Lagoon – Numru massimu ta’ viżitaturi preżenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru massimu ta’ viżitaturi li l-Gvern iqis li jistgħu jkunu preżenti fl-istess ħin fil-Blue Lagoon b’mod sigur u sostenibbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32042 tal-Leġiżlatura XIV.
Day visitors – Inċentiv/kontribut għal-lokalitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi inċentiv jew kontribut maħsub mill-Gvern għal dawk il-lokalitajiet li jkollhom ħafna day visitors u jekk iva, x’se jkun dan l-inċentiv jew kontribut?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal dak imħabbar fid-diskors tal-Budget għas-sena 2027.
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx jew hijiex ippjanata evalwazzjoni dwar l-impatt li l-faċilità proposta, it-traffiku addizzjonali, irwejjaħ potenzjali, storbju u attività industrijali oħra jistgħu jkollhom fuq lukandi, ristoranti, operaturi turistiċi, bajjiet u investiment turistiku fil-Mellieħa u l-Għadira? Jekk iva, jista’ jqiegħed din l-evalwazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kinitx ikkonsultata dwar il-proposta u dwar l-impatt potenzjali tagħha fuq il-Mellieħa bħala destinazzjoni turistika? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġiet ikkonsultata, x’parir tat u jqiegħed il-korrispondenza u d-dokumentazzjoni relattiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant sabiex jirrferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 2629.
Dħul mill-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu – Allokazzjoni – Kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm allokazzjoni speċifika mid-dħul addizzjonali li se jiġi ġġenerat miż-żieda fil-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu għall-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jgħid minn meta se tiġi applikata?
Dħul mill-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu – Allokazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mid-dħul addizzjonali li se jiġi ġġenerat miż-żieda fil-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu se jiġi allokat direttament lil dawk il-lokalitajiet li qed jesperjenzaw l-akbar pressjoni turistika?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji sejrin jiġu mħabbra fiż-żmien propizju.
Użu tad-dħul mill-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi rendikont dettaljat ta’ kif id-dħul mill-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu ntuża matul l-2025 u l-ewwel sitt xhur tal-2026, inkluż in-nefqa skont il-lokalità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sodod ta’ lukandi kienu disponibbli iżda ma kinux okkupati matul ix-xhur tal-ogħla staġun turistiku tal-2025, u x’perċentwal tal-kapaċità totali dan kien jirrappreżenta?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb illi jistabbilixxi mira massima nazzjonali għan-numru ta’ sodod turistiċi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026 (L.S. 409.24) introduċew standards ogħla għall-kategoriji kollha ta’ akkomodazzjoni, inkluż iċ-Ċertifikat ta’ Konformità mal-Politika Turistika bħala rekwiżit għall-iżvilupp u l-liċenzjar ta’ proġetti ġodda. Fil-fatt, ir-regolamenti l-ġodda fuq l-akkomodazzjoni jagħtu stampa aktar ristretta ta’ fejn għandu jmur l-iżvilupp. Dik il-liġi flimkien ma’ inizjattivi u inċentivi oħra għandhom jirriżultaw f’titjib tal-prodott turistiku u diversifikazzjoni fl-investiment.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod turistiċi liċenzjati bħalissa f’Malta u Għawdex, maqsuma skont il-kategorija ta’ akkomodazzjoni u l-lokalità? Jista’ jgħid ukoll x’żieda fil-kapaċità hija mistennija matul l-aħħar tal-2026 u l-2027?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.
Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026 – Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda/estensjonijiet ta’ lukandi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti applikazzjonijiet għal lukandi ġodda jew estensjonijiet ta’ lukandi, mill-introduzzjoni tar-Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026, u kemm minn dawn ma jaqgħux taħt il-kriterji l-ġodda?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu rċeviet żewġ applikazzjonijiet għal lukandi ġodda, u żewġ applikazzjonijet għal estensjonijiet. L-applikazzjonijiet kollha jikkonformaw mal-kriterji l-ġodda stabbiliti.
Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026 – Short-term rentals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex ir-Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026 japplikaw ukoll għal units ta’ akkomodazzjoni turistika għal żmien qasir (short-term rentals), li kienu jeżistu diġà fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026 li daħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2026, diġà japplikaw għall-units kollha ta’ akkomodazzjoni turistika għal żmien qasir, inklużi dawk li kienu diġà liċenzjati qabel din id-data.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew identifikati proprjetajiet li kienu qed joperaw bħala akkomodazzjonijiet turistiċi għal żmien qasir (short-term rentals) mingħajr liċenzja tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) matul l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm ittieħdu azzjonijiet ta’ infurzar u kemm ġew sospiżi jew revokati liċenzji?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2025 l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu identifikat 58 proprjetà li kienu qed joperaw bħala akkomodazzjonijiet turistiċi għal żmien qasir (short-term rentals) mingħajr il-liċenzja meħtieġa. B'rabta ma' dawn il-każijiet ittieħdu azzjonijiet ta' infurzar u nħarġu 116-il multa amministrattiva li jinkludu nuqqasijiet oħra.
Matul is-sena 2026 sal-ġurnata li fiha qed tingħata din it-tweġiba ġew identifikati 70 proprjetà li kienu qed joperaw mingħajr il-liċenzja meħtieġa filwaqt li nħarġu 155 multa amministrattiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm stabbilimenti liċenzjati ta’ akkomodazzjoni turistika għal żmien qasir (short-term rentals) li bħalissa qed joperaw f’Malta u Għawdex, maqsuma skont il-lokalità?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett pilota ta’ Tourism Community Support hux se jiġi estiż għal lokalitajiet turistiċi oħra u, jekk iva, jelenka dawn il-lokalitajiet u t-timetable għall-implimentazzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett pilota Tourism Community Support jinvolvi numru ta’ Ministeri li qed jikkolaboraw flimkien fuq numru ta’ inizzjattivi sabiex jilħqu l-mirijiet tal-proġett.
L-intenzjoni tal-Gvern hija li dan il-proġett jiġi estiż għal lokalitajiet oħra ġaladarba jiġi konkluż il-proġett pilota u jsiru l-evalwazzjonijiet neċessarji.