Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — Rotot

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi dettalji tal-frekwenza tar-rotot kollha li jgħaddu mill-Mosta, jew dawk ir-rotot li jibdew jew jintemmu fil-Mosta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija l- lista li turi l-frekwenza tar-rotot kollha li jservu l-lokalità tal-Mosta. It-tabella hija ikkumpilata fuq il-ħinijiet ‘peak’. Rotta Minn Via Sa Frekwenza 41 Ċirkewwa Via Birkirkara Valletta 20 minuta 42 Ċirkewwa Via St. Venera Valletta 20 minuta 48 Buġibba Via Birkirkara Valletta 12 minuta 31 Buġibba Via Sptar Mater Dei Valletta 15 minuta 280 Buġibba Sptar Mater Dei 60 minuta 44 Mġarr Via Birkirkara Valletta 30 minuta 45 Buġibba Via Birkirkara Valletta 30 minuta 47 Mosta Via Birkirkara Valletta 60 minuta 103 Pembroke Bidnija 60 minuta 186 Rabat Buġibba 30 minuta 203 Buġibba Sliema 30 minuta 260 Għargħur Valletta 60 minuta 238 Mġarr Via Sptar Mater Dei Valletta 60 minuta 202 Sliema Rabat 30 minuta

Vetturi tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' numru ta' reġistrazzjoni (number plates) tal-vetturi li huma proprjetà tal-Gvern? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma skont il-Ministeru u kif ukoll l-awtorità jew l-entità li jappartjenu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, tinqabeż l-advisory cost limit.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Malta Shipping Registry — reġistrazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta ġie stabbilit il-Malta Shipping Registry, kemm kien in-numru ta’ reġistrazzjonijiet sena b’sena sal-aħħar tas-sena 2023? Kemm kien it-tunnellaġġ totali tal-vapuri reġistrati kull sena, sena b’sena? Kemm kien id-dħul minn dawn ir-reġistrazzjonijiet sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Reġistru tal-Bastimenti Merkantili ġie istitwit fis-sena 1973. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tirrapreżenta l-figuri fl-aħħar ta' kull sena, mis-sena 1973 sas-sena 2023 u li turi n-numru ta' reġistrazzjonijiet għal kull sena u t-tunellaġġ totali tal-vapuri reġistrati.

Sussidju lill-kumpaniji tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ sussidji li ngħataw mill-Gvern lill-kumpaniji Arriva u Auto Busss Urbanos de Leon minn mindu bdew joperaw sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, l-operatur tat-trasport pubbliku tħallas l-ammont ta’ €41,830,322.40 bħala Public Service Obligation. Ghas-sena 2022 nirreferi lil Onor. Interpellant ghal Mistoqsija Parlamentari Numru 5721. Nirreferi ukoll l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3683 ghas snin bejn 2015 u 2021. Nirreferi ukoll għar-risposta ta’ Mistoqsija Parlamentari li saret fl-2016 bin-Numru 28413 ghas-snin 2012 sa 2014.

Il-Fgura – Triq il-Kampanella — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, u meta huwa mistenni li jkunu lesti u kemm ser tkun l-ispiża relattiva?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, tlestew fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. F’din it-triq saru xogħlijiet ta’ trinek tal-ilma tax-xorb u d-drenaġġ, trinek tal-Enemalta u t-telekomunikazzjoni, sistema ta’ stormwater li tingħaqad ma’ dik eżistenti, bankini ġodda, skavar u bini tat-triq mill-ġdid u linji taż-żebgħa, tul it-triq kollha. L-investiment fuq dan il-proġett kien ta’ madwar €800,000.

Tas-Sliema — Ferries Terminal – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14633, jista’ l-Ministru jgħid x’jifhem meta jgħid “fil-ġimgħat li ġejjin” u għaldaqstant jagħti data, fid-dawl li dawn ix-xogħlijiet ilhom għaddejjin tliet snin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li li l-proġett hu maħsub li jgħaddi f’idejn Transport Malta sa April.

Mosta — Triq Mattew Callus – Xogħlijiet minn Infrastructure Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa jinbeda x-xogħol minn Infrastructure Malta fi Triq Mattew Callus, il-Mosta? Jista’ jgħid ukoll fiex ħa jikkonsisti dan ix-xogħol u x'inhuma t-timeframes?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Mattew Callus, il-Mosta, jinsabu għaddejjin. Ix-xogħlijiet ser jikkonsistu fi trinek ta’ servizzi tal-ilma, tibdil ta’ soqfa tat-tappiera tad-drenaġġ, tqegħid ta’ servizz ta’ telekomunikazzjoni, sistemi ta’ stormwater biex jiġbor l-ilma tax-xita, bankini ġodda, skavar u bini tat-triq. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew sa Ġunju ta’ din is-sena.

Sannat — Traffic calming measures

Question

Fid-dawl ta' diversi inċidenti li seħħew f’dawn l-aħħar xhur u ġimgħat fil-Junction ta' Triq Ta' Sannat ma’ Triq ix-Xewkija u Triq Marziena, Sannat, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta' traffic calming measures qed jittieħdu jew beħsiebhom jittieħdu mill-Gvern jew l-entitajiet tiegħu sabiex tiġi indirizzata l-problema ta’ sewqan eċċessiv jew abbużiv f’dawn it-toroq u l-Junction?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2019, 2022 u 2023, kien sar titjib fit-toroq u fl-inkroċju bejn Triq Ta’ Sannat kantuniera ma’ (k/ m) Triq Xewkija, k/ m Triq Marziena b’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Sannat. Għaldaqstant, Transport Malta ser tkompli tikkonsulta mal-Kunsill Lokali ta’ Sannat dwar miżuri addizzjonali fl-isfond tar-restrizzjonijiet li hemm minħabba li din hija triq fejn isiru t-tlielaq taż-żwiemel.

Santa Venera – Triq il-Kbira San Ġużepp — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx irreġistrati ilmenti fi Triq il-Kbira San Ġużepp, f'Santa Venera minħabba l-ilmijiet li qed ikun hemm wara li kien sar l-asfaltar u jgħid x’qed isir biex din il-problema tiġi indirizzata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm ilment wieħed u ntlaħaq qbil fuq l-intervent li se jkun qed isir. Ninsab infurmat li parti minn dan l-intervent diġà twettaq.

Santa Venera u l-Ħamrun – Tibdil fi Triq il-Kbira San Ġużepp

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jipprovdi kopja tat-talbiet li saru u l-konsultazzjoni li saret dwar fejn saru rampi, ħruġ tal-bankini u kull tibdil ieħor li sar fi Triq il-Kbira San Ġużepp, f’Santa Venera u l-Ħamrun?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-disinn tat-triq sar mill-perit tal-Kunsill Lokali b’diskussjonijiet ma’ Infrastructure Malta. Saret ukoll konsultazzjoni ma’ Transport Malta, l-għaqdiet tal-festi, l-għaqdiet tal-armar, l-għaqdiet mhux governattivi u l-entitajiet li jipprovdu s-servizzi.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sick leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Transport Malta — makkinarji/inġenji biex isiru t-testijiet ta' vetturi

Question

B'referenza għall-ittestjar tal-vetturi minn Transport Malta, jista' l-Ministru jgħid kif isiru dawn it-testijiet? X’inġenji/makkinarju/equipment għandhom biex jagħmlu t-testijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittestjar ta’ vetturi mill-Vehicle Inspectorate Unit fi ħdan Transport Malta isir permezz tas-segwenti inġenji/makkinarju/equipment: - Gas Analyser li jintuża fuq vetturi li jaħdmu bil-Petrol sabiex jitkejjel il-livell ta’ Carbon Monoxide, - Opacity Meter li jintuża biex jitkejjlu l-emissjonijiet ta’ vetturi Diesel, - Weigh bridge li jintuża għall-ittestjar ta’ tagħbija fuq il-vetturi, - DB (Decibel) Meter li jintuża biex jitkejjel il-ħoss tal-vettura (mill-kanna tal-ispurġar) - Tint Meter li jintuża biex titkejjel il-viżibilità u dħul tad-dawl mill-ħġieġ tal-vettura. - Tachograph scan li jintuża sabiex jiġu elevati dettalji tal-ħinijiet ta’ sewqan u mistrieħ mis-sewwieqa ta’ vetturi kbar. In oltre, biex jiġu ttestjati aspetti mekkaniċi, l-Awtorità tieħu dik il-vettura ġewwa VRT station sabiex isirilha test fil-preżenza ta’ uffiċjali tagħha.

Transport Malta — testijiet ta' vetturi - rapporti

Question

B'referenza għall-ittestjar tal-vetturi minn Transport Malta, jista' l-Ministru jgħid kif jintgħażel min jissejjaħ għat-testijiet? Jista' jgħid jekk jaġixxux fuq rapporti? Jista' jgħid jekk ir-rapporti jistgħux ikunu anonimi? Jista' jgħid jekk wara li jsir it-test isirux rapporti? Jista' jgħid jekk ir-rapporti jkunux interni jew jekk jingħatawx lis-sidien tal-vettura? Jista' jgħid x'passi jittieħdu wara li jsiru t-testijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li uħud mill-vetturi jiġu mwaqqfa waqt roadside inspections. Oħrajn jiġu msejjħa wara li tinġibed l-attenzjoni permezz tal-SMS Alert Campaign, kif ukoll l-App tal-MRTU (Malta Road Traffic Update). Vetturi oħra li jiġu nnotati jinsaqu fit-toroq kemm minn uffiċċjali tal-Awtorità kif ukoll minn entitajiet ta’ infurzar oħra, jiġu ukoll imsejjħa (notifikati permezz ta’ ittra) għal spezzjoni. Nikkonferma li f’każ ta’ rapport, l-Awtorità tibgħat għall-vettura konċernata sabiex tiġi ttestjata hekk kif diġà spjegajt. Nikkonferma ukoll li sabiex ma jkunx hemm abbuż, rapporti ma jistgħux isiru b’mod anonimu. Madankollu, l-Awtorità iżżomm kunfidenzjali ir-rapporti li tirċievi u min ikun għamilhom. Nikkonferma li wara li jsir test, jinħareġ rapport (Inspection Form) u s-sid jingħata kopja. Nikkonferma li kif spjegajt, tingħata kopja tal-Inspection Form (rapport tar-riżultati tat-test) lis-sid. Inzid li, f’ każ li vettura tkun fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni, u ma jinstabux difetti, it-test jieqaf hemm u s-sid jingħata ċertifikat tar-riżultat i.e. “Passed Test”. Meta vettura ikollha difetti u/jew ħsarat li jridu jiġu rranġati, is-sid jingħata appuntament għat-tieni spezzjoni li ssir 15 il-ġurnata wara. Jekk il-vettura ma tersaqx għat-tieni spezzjoni kif mitlub, il-liċenzja tal- vettura tiġi ristretta, jiġifieri il-liċenzja ta’ dik il-vettura ma tkunx tista’ tiġi mġedda. Meta vettura tinstab mhux tajba għat-triq (not road worthy), jittieħdu il-pjanċi tar-reġistrazzjoni u l-vettura tiġi irmunkata (bi spejjeż) għal għand is-sid u imneħħija mit-triq. Meta u jekk din tissewwa, il-vettura trid tgħaddi minn spezzjoni qabel ma jingħataw lura l-pjanċi tar-reġistrazzjoni.

Transport Malta — testijiet ta' vetturi - persuni mħarġa

Question

B'referenza għall-ittestjar tal-vetturi minn Transport Malta, jista' l-Ministru jgħid x’taħriġ jingħataw dawk li jagħmlu t-testijiet? Meta l-aħħar li ħadu xi taħriġ? Min għamlilhom dan it-taħriġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk li jagħmlu dawn it-testijiet, jingħataw taħriġ fuq kif jitħaddmu l- inġenji / makkinarju / equipment hekk kif twieġbet il-Mistoqsija Parlamentari Numru 14997. L-ahhar taħriġ sar barra minn Malta fl-2023. Dan it-taħriġ sar mill-European Labour Authority flimkien mal-pulizija stradali Spanjola. Lokalment, ingħata taħriġ minn Inġinier lokali. Sar ukoll taħriġ ieħor minn kumpanija privata fuq uħud mill-apparat li ssemma fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14997. Isir ukoll taħriġ intern minn uffiċjali tal-Awtorità.

Il-Mosta — Triq Durumblat u Vjal Ragusa – Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li għaddej fi Triq Durumblat u Vjal Ragusa, fil-Mosta, meta dawn it-toroq saru mill-ġdid madwar sentejn ilu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq Durumblat u Vjal Ragusa, Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet għall-Enemalta fejn jitħaffru trinek biex jitqiegħdu cables ġodda bħala parti mit-titjib ta’ distribuzzjoni tal-enerġija. Infrastructure Malta tinnota li fi Vjal Ragusa hemm lok għal titjib fid-disinn tat-triq, għaldaqstant mat-tlestija tax-xogħol għall-Enemalta, l-entità ser timplimenta d-disinn il-ġdid ta’ din it-triq.

Trasport pubbliku — Rotot

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-operatur tat-trasport pubbliku huwiex obbligat jikkonsulta mal-kunsilli lokali dwar il-postijiet fejn ser ikunu qed isiru bus-stops/stages meta jsir tibdil jew estensjoni f'xi rotta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabiltà dwar fejn isiru bus stops meta jsir tibdil jew estensjoni f'xi rotta hija ta’ Transport Malta u mhux tal-Operatur tat-Trasport Pubbliku. Madanakollu, ninfurmaħ ukoll li meta jkun hemm il-ħtieġa jew talba għal tibdil fil-lokazzjoni jew twaqqif ta’ bus stops ġodda, id-deċiżjoni tittieħed b’konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali.

Bus stops mingħajr shelter

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10755 u peress li l-Ministru qed jikkonferma li 29% biss tal-bus stops f’Malta u f’Għawdex għandhom shelter jew canopies u peress li dan ifisser li 71% tal-bus stops ma joffru l-ebda kenn mill-elementi tan-natura (xemx jew xita) waqt li jkunu qed jistennew il-karozza tal-linja, ħafna drabi għal ħin twil, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-71% l-oħra għandhom l-imsemmija restrizzjoni ta’ spazju li allura mhuwiex possibli li jiġu nstallati bus shelters jew canopies fuqhom? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jittieħdu biex jitqiegħdu bus shelters jew canopies u fejn jistgħu jiġu nstallati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat.

Transport Malta – Sewqan taħt l-effett tal-alkoħol u breathlyzer tests

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni nqabdu minn Transport Malta jsuqu taħt l-effett tal-alkoħol minn Ottubru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm saru breathalyzer tests matul l-istess perjodu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tal-Infurzar fi ħdan Transport Malta ma tagħmilx breathalyser tests. Madankollu, meta membri tat-taqsima waqt il-qadi ta’ dmirijiethom jiltaqgħu ma’ sewwieqa suspettati li huma taħt l-effett, jissejħu l-pulizija fuq il-post