Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-bankina fi Triq San Gejtanu, il-Ħamrun tant twessgħet li t-triq saret dejqa, tant li qegħdin jintlaqtu diversi vetturi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bankini fi Triq San Gejtanu reggħu nbnew bl-istess wisgħat li kien hemm qabel.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Wied f’Ħal Qormi u jagħti dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għadha għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34698, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha u jgħid x’tip ta’ sapport finanzjarju jew xogħol bla ħlas sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, għal dawk li huma ċentri sportivi? Jista’ jgħid ukoll:
i. lil liema klabbs ingħatat tali għajnuna sa issa, matul l-2024 u l-2025 separatament għal kull sena;
ii. f’liema postijiet qed isir xogħol tal-istess natura bħalissa;
iii. fejn mistenni jinbeda xogħol ieħor tal-istess natura fil-futur qarib; u
iv. kif jista’ klabb jew ċentru sportiv partikolari japplika biex jingħata tali għajnuna?
Ħal Tarxien/Raħal Ġdid – Triq Nazzarenu – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Nazzarenu, f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid u kemm ser jiġu jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol jinkludi tibdil ta’ partijiet tal-main tal-ilma fejn instab fi stat diterjorat, tibdil tas-servizzi tal-ilma, tibdil tal-bankini u resurfacing ta’ dawn it-toroq.
Ħal Qormi – Triq il-Kummerċ – Sewqan perikoluż – Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minħabba s-sewqan perikoluż fi Triq il-Kummerċ, f'Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tat-Trasport m’għandhiex rapporti ta’ sewqan perikoluż fit-triq imsemmija. Madankollu, l-Awtorità ser tkun qed tikkomunika mas-Central Business District sabiex tiġbor aktar informazzjoni dwar il-kwistjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Ħelsien f’Ħal Qormi u jagħti dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħlijiet fit-triq imsemmija huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Vitorja f’Ħal Qormi u jagħti dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31709, jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm sabiex tiġi rranġata l-parti tal-Bajja ta’ Rinella, fil-Kalkara msemmija fl-istess tweġiba?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti tat-tender għax-xogħlijiet ta’ tisħiħ tal-pedamenti, rikostruzzjoni tal-parti mwaqqa’, parti mill-pont u xogħlijiet oħra strutturali fuq dan l-aċċess antik li mill-Bajja tar-Rinella jwasslek lejn il-bieb prinċipali tal-Fortizza Ricasoli għadhom qed jiġu ppreparati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34081, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Pjazza Gavinu Gulija, f’Bormla jinbeda x-xogħol fiha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti biex issir it-tiswija neċessarja.
Ir-Rabat/Ħad-Dingli - Triq ġdida - Kontroll ta’ sewqan eċċessiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ta’ kif ser jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv fit-triq il-ġdida bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli ladarba tinfetaħ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq din it-triq. L-Awtorità għat-Trasport qed tiddiskuti wkoll mal-Kunsilli Lokali tar-Rabat u ta’ Ħad-Dingli sabiex jiġu evalwati miżuri li jistgħu itejbu s-sigurtà fit-triq.
Ir-Rabat, Malta - Triq Ġorġ Borg Olivier - Tappieri
Question
Fid-dawl li t-tappieri fi Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat, Malta nbidlu tliet xhur ilu, ġew irranġati ġimgħa ilu u kull meta tgħaddi karozza minn fuqhom xorta qed jagħmlu ħafna ħsejjes, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitranġaw dawn it-tappieri b'mod permanenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi Triq Gorg Borg Olivier ġewwa ir-Rabat, sar intervent ieħor nhar is-Sibt li għadda 18 t'April 2026, fejn it-tappieri ġew irranġati u jidher li is-sitwazzjoni hija solvuta.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34410 dwar x’xogħol sar fix-Xatt tar-Rinella l-Kalkara wara l-ħsarat li ġew ikkawżati fil-maltempata ta’ Jannar li għadda, fejn ġejt riferuta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34075, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol wara li jitlesta l-pjan tax-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet min-naħa ta’ Infrastructure Malta jibdew kif ikollhom il-permessi kollha neċessarji f’idejhom.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34035, fejn ġejt riferuta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32119, jista’ l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni li ma kinitx laħqet inġabret għas-sena 2025? Kemm minn dawn il-liċenzji nħarġu lil persuni Maltin, u kemm lil persuni mhux Maltin? Minn liema pajjiżi huma l-persuni mhux Maltin li nħarġitilhom il-liċenzja tas-sewqan u x’inhu n-numru ta’ liċenzji maħruġa, maqsuma skont in-nazzjonalità? Jista’ jgħid ukoll jekk tinżammx statistika tal-etajiet ta’ dawk li tinħarġilhom il-liċenzja?
Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibbiltà li numru ta' rotot tal-karozzi tal-linja li jitilqu mil-venda tal-Qawra, fil-fatt jiġu studjati, biex jiġi assigurat li r-residenti tal-Qawra (ħruġ minn Dawret il-Qawra u Triq il-Wileġ), ikunu moqdija aħjar? Jista' jikkunsidra din it-talba, fid-dawl li fl-aħħar xhur numru ta' rotot biddlu d-direzzjoni tagħhom peress li ma setgħux jgħaddu mill-Pjazza ta' Buġibba?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta ħadet nota ta dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq San Edwardu f’Ħal Qormi u jagħti dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħlijiet fit-triq imsemmija huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Ħammieri f’Ħal Qormi u jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir f’din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għadha għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Is-Siġġiewi - Żona ta’ Għar Lapsi - Ħsarat kawża tal-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar ix-xogħol li għaddej fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi biex jitranġaw il-ħsarat ikkawżati mill-maltemp li kien iffaċċja pajjiżna u jagħti timeline f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Il-bajja ta Għar Lapsi ġarrbet ħsarat sostanzjali waqt il-maltempata Harry. L-iskall prinċipali lejn Għar Miżun kien meqrud għal kollox, blat kbir spiċċa tkaxkar f’din il-bajja, u rampa lejn Għar Lapsi tfarrket bil-qilla tal-mewġ. Is-sies madwar din il-bajja ttiekel u parti minnu sfronda, waqt li partijiet oħra nstabu li huma instabbli tant li hemm riskju imminenti li jċedi iktar blat madwar din il-bajja.
Ġejt infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi bħalissa għaddejjin b’diversi xogħlijiet sabiex tinbena r-rampa, jinbena il-moll u jiġu rranġati l-passaġġi madwar il-bajja ta’ Għar Lapsi. Qed ukoll jinġabar u jitneħħa ammont sostanzjali ta’ biċċiet tal-konkos, u materjal ieħor li hemm imxerred madwar il-bajja.
Ma’ dawn ix-xogħlijiet, qed isiru preparamenti sabiex jerga’ jinbena l-iskall, titnaddaf il-bajja ta’ Għar Miżun minn blat kbir u jinbena
revetment
ġdid tul dan l-iskall. Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin. Id-Dipartiment qed ukoll iħejji proposti ta’ interventi fuq il-blat instabbli sabiex jitneħħa kull periklu qabel din il-bajja terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34930, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa, kemm ser jiġu jiswew u għaliex qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett jifforma parti mill-iskema Vjal Kulħadd, b’enfasi partikolari fuq it-titjib tal-ambjent tal-madwar u l-provvista ta’ spazji aktar sikuri u segregati kemm għall-persuni li ihobbu jimxu kif ukoll għaċ-ċiklisti.
Fir-rigward tal-progress tax-xogħlijiet fuq is-sit, il-proġett issa daħal fil-fażi finali ta’ eżekuzzjoni tiegħu u huwa mistenni li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.