Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13952 u jagħti rendikont ta’ kemm hemm impjegati fi Transport Malta illi ġew jew qed jiġu investigati mill-pulizija u/jew mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u mill-Human Resources tal-Awtorità mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-pożizzjoni u l-grad tagħhom u kemm ilhom impjegati mal-Awtorità? Jista’ jgħid x'inhu/x’inhuma l-każ/każijiet li fuqu/fuqhom ġew/qed jiġu investigati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Kirkop sal-aħħar tal-2023 u tul is-sena 2024? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Hal Kirkop ppreżenta lista ta’ toroq fejn ġie propost li Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet infrastrutturali fihom, liema toroq huma: Triq Nerik Xerri, Triq San Pietru, Triq L-Industrija, P/o Triq San Nikola, Sqaq San Ġwann, Sqaq San Andrija, Mistrah Kirkop, Triq il-Parroċċa, Triq il-Kbira, Triq San Rokku, Triq Fieres u Triq In-Niċċa Tal-Madonna.
Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq il-Kbira (High Street), tas-Sliema u meta din ser tinfetaħ għat-traffiku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa ser jiġu ffinalizzati sal-aħħar ta’ din is-sena filwaqt li hu previst li x-xogħol taż-żewġ fażijiet l-oħra ser jiġu konklużi f’April 2024.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10679 u jagħti statistika tal-kategoriji tal-ilmenti li saru fl-2022 u fl-2023?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-maġġoranza tad-domandi u lmenti li jirċievi l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu jistgħu jiġu kategorizzati kif ġej:
• Mistoqsijiet rigward “grants”;
• Mistoqsijiet u lmenti rigward il-liċenzji tas-sewqan;
• Mistoqsijiet u lmenti rigward it-trasport pubbliku;
• Mistoqsijiet u lmenti rigward road-markings u sinjali tat-traffiku;
• Mistoqsijiet u lmenti rigward irmiġġi fil baħar;
• Ilmenti rigward vetturi abbandunati kif ukoll vetturi pparkjati b’mod irregolari;
• Mistoqsijiet u lmenti relatati mal-‘Y-plates’;
• Domandi u lmenti rigward parkeġġi riservati;
• Mistoqsijiet u lmenti rigward xogħlijiet fit-toroq kif ukoll permessi tal-istess xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10667 u jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li fihom kienu involuti karozza tal-linja minn Jannar sa Ġunju 2023?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operatur tat-trasport pubbliku rrapporta li ħames mija u disgħa u għoxrin (529) inċident li seħħew bejn il-karozza tal-linja u xi vettura oħra (wieħed jirrimarka li l-maġġoranza ta’ dawn kienu inċident minuri bħal “bumper to bumper”), kien hemm mitejn u erbgħa u għoxrin (224) inċident fejn il-karozza tal-linja laqtet xi oġġett, tliet (3) inċidenti li fihom kienu involuti xi persuni, kif ukoll mija u sitt (106) inċidenti li ma kinux ikklassifikati (miscellaneous).
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – Positions of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li jridu jsiru mill-ġdid fil-Pjazza Antoine de Paule, f’Raħal Ġdid, humiex ser jsiru tul is-sena 2024?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-mument għaddejin diskussjonijiet bejn il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid, Infrastructure Malta u Transport Malta biex tinsab soluzzjoni fit-tul għal din it-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba d-dawl fit-triq l-antika ta’ Marsaskala huwiex jinxtegħel regolarment, billi hemm ilmenti varji li ma huwiex u dan b’detriment għas-sewwieqa varji u dawk li jużawha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-Deputati tal-Oppożizzjoni li huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess maġġoritarju u ta' kontroll, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn qegħdin iservu u l-kariga li jokkupaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13997.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm xufiera jaħdmu mal-Malta Public Transport bħalissa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Operatur tat-Trasport Pubbliku li n- numru ta’ xufiera li jaħdmu fuq is-servizz tat-trasport pubbliku huwa kif isegwi:
Fuq bażi Full-Time
957
Fuq bażi Part-Time
87
Vetturi “Y-Plate” — Spezzjonijiet minn uffiċjali ta’ Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet minn uffiċjali ta' Transport Malta sabiex jassiguraw li l-vetturi li għandhom l'hekk magħrufa “Y-Plate” huma miżmuma fi stat tajjeb ta’ ndafa u kundizzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali ta’ Transport Malta regolarment jispezzjonaw vetturi tal-kategorija msemmija sabiex jiżguraw li jkunu miżmuma fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni.
Construction and Extension of Marsamxett Ferry Landing Place
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10573 u 11486 u jinforma lill-Kamra dwar is-sejħa IMT014/2022 ‘Construction and Extension of Marsamxett Ferry Landing Place including the Construction of the Breakwater, Slipway, Jetty, Boat Hardstanding Area, Waiting Facilities, Gangways and Fenders’ u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni? Jista’ jgħid ukoll minn min huma fformati t-tliet Joint Ventures li tefgħu l-offerta? Jista’ jgħid jekk dan il-proġett huwiex se jkun iffinanzjat minn xi programm tal-Unjoni Ewropea u jekk iva, minn liema programm u minn liema baġit u meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett m’għadux fost il-prijoritajiet tal-Gvern u għaldaqstant ma baqax fil-programm preżenti ta’ ħidma tal-Gvern.
Belt Valletta – Triq Nofsinhar — tiswijiet fiċ-ċangatura
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12942 jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet indikati minnu sabiex issir it-tiswija taċ-ċangaturi fi Triq Nofsinhar, fil-Belt Valletta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li li sar survey minn uffiċjali ta’ Infrastructure Malta u qed jitħejja rapport biex tittieħed azzjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12943 jista’ l-Ministru jgħid b’mod aktar speċifiku x’xogħol se jsir fi Vjal Kottoner, fil-Fgura, billi Triq San Tumas tinsab ’il bogħod minnha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Vjal Kottoner, il-Fgura, ser isiru xogħlijiet ta’ tqegħid ta’ servizzi u bini mill-ġdid tat-triq u l-bankini.
Transport Malta – Ħatra ta’ Direttur fid-Dipartiment tas-Sigurtà u Traffic Management
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi fid-Dipartiment tas-Sigurtà u Traffic Management fi ħdan Transport Malta għadha kif inħatret persuna fil-pożizzjoni ta' Direttur wara li kienet ħarġet sejħa interna, iżda din il-persuna nħatret direttament minn barra billi ġiet trasferita mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) mingħajr ma setgħet tapplika għal dan ir-rwol u mingħajr ma saru interviews lil min applika internament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm hemm impjegati fi Transport Malta illi ġew jew qed jiġu investigati mill-pulizija u/jew mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u mill-Human Resources tal-Awtorità mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-pożizzjoni u l-grad tagħhom u kemm ilhom impjegati mal-Awtorità? Jista’ jgħid x'inhu/x’inhuma l-każ/każijiet li fuqu/fuqhom ġew/qed jiġu investigati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jippubblika l-iskeda ta' meta saru x-ship-to-ship transfers matul l-2022 u l-2023 sabiex jimtela bil-gass l-Armada LNG Mediterrana li jservi bħala FSU fil-port ta' Marsaxlokk, u f'kull każ kemm ġie reġistrat li ġie trasferit LNG?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li makkinarju li qed iġorr materjal min-naħa ta' wara tal-mitjar li jagħti għal fuq Triq tas-Sejba jarmaw mobile truck wash biex jaħslu t-tires tal-vetturi qabel joħorġu mill-mitjar sabiex ma jimlewx it-toroq tal-madwar bit-tajn, fosthom Triq tas-Sejba li għadha kemm ġiet mogħtija t-tarmak?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġiżlatura l-ebda entità fi ħdan id-dekasteru ma tat l-ebda forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija msemmija.