Wesgħet Kunsill tal-Ewropa – parkeġġi li għandhom limitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ eż. Un/loading bays u Keep Clear f’Wesgħet Kunsill tal-Ewropa eskluż parkeġġi riservati għal persuni b’diżabiltà? Jista’ jgħid x’tip huma dawn il-limitazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fi Triq Wesgħet il-Kunsill tal-Ewropa, l-Fgura ma hemmx parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ eż. Un/loading bays u Keep Clear fi Triq is-Sur eskluż parkeġġi riservati għal persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid x’tip huma dawn il-limitazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fi Triq is-Sur il-Fgura hemm (2) żewġ parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ approvati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Un/loading bays approvati ġewwa l-Fgura? Jista’ jgħid f’liema toroq jinsabu dawn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fil-Fgura hemm (25) ħamsa w għoxrin parkeġġ (UN/Loading bays) approvati:
Triq Hompesch 7
Triq Żabbar 7
Triq is-Sur 2
Triq Alderbaran 1
Triq San Pietru 1
Triq San Tumas 1
Triq il-Karmnu 1
Vjal Kottoner 1
Triq Valperga 1
Triq San Xmun 3
Total 25
Il-Fgura – Triq Wied Blandun – tisbiħ u rijabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-Ministeru tiegħu tul is-sena li ġejja sabiex ikun hemm tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn Triq Wied Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi preċedenti tal-baġit?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fl-infrastruttura għaċ-ċikliżmu kull sena mill-2017, 2018 sal-2019? Jista’ jgħid x’kienet tinvolvi din l-infrastruttura u f’liema toroq saru?
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x’passi se jittieħdu biex is-servizz tat-trasport pubbliku li kien iservi f’Ħal Farruġ u li twaqqaf wara xogħlijiet li saru fit-Triq Ħal Qormi, jerġa’ jitkompla?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, Infrastructure Malta kellha tieħu deċiżjonijiet neċċessarji minħabba miżuri ta’ sigurtà.
Fil-frattemp intant TM qed taħdem ħalli issib alternattiva fuq it-transport pubbliku.
Cameras tat-traffiku installati minħabba sewqan eċċessiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn cameras tat-traffiku installati minħabba sewqan eċċessiv f’pajjiżna? F’liema lokalitajiet huma installati dawn il-cameras?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Il-Mellieħa – bankina bejn Triq in-Nases u Triq il-Kbira
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12161 u jara li x-xogħol ta’ tqegħid ta’ bankina mill-kuntrattur li qed jaħdem fuq sit ta’ kostruzzjoni (lukanda u appartamenti) li jinsab fid-daħla tal-Mellieħa bejn Triq in-Nases u Triq il-Kbira fil-Mellieħa ma tikkawżax inkonvenjent għar-residenti ta’ Triq in-Nases meta dawn jiġu biex joħorġu vetturi/inġenji oħra mill-garaxxijiet privati tagħhom kif ukoll jekk l-istess bankina saritx skont il-permessi approvati u dan anke fid-dawl sabiex jiġu mħarrsa s-saħħa u s-sigurtà ta’ min jagħmel użu minn din iż-żona?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Uffiċċju tar-Regolament tal-Bini li l-bankina msemmija saret skont l-istruzzjonijiet mogħtija u ma jirriżultax li hija ta’ x’inkonvenjent għal xi residenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu sabiex ladarba se jkun qed isir xogħol fi Triq Tas-Sridak f’żona industrijali fil-limiti tal-Mosta, dawk kollha bil-garaxxijiet li jaħdmu hemm, ikun possibbli għalihom li jibqgħu jaħdmu hemm?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin.
Fil-każ tat-triq indikata, Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjonijiet mal-entitajiet rispettivi biex tara x’xogħlijiet hemm bżonn li jsiru fiha b’konnessjoni ma’ servizzi. Bħal f’kull każ, l-aġenzija tagħmel minn kollox biex tnaqqas kemm tista’ l-inkonvenjent u, sa fejn ikun possibbli, t-triq xorta tibqa’ aċċessibbli għar-residenti, għall-ħwienet u negozji oħrajn li jkun hemm fl-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanat xogħol fi Triq San Xmun, il-Fgura? Jekk iva, liema parti?
Response (BORG, IAN)
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali.
It-triq indikata hija waħda milli se jsiru fiż-żmien li ġej.
L-aġenzija tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġew installati l-bus stages ġodda li hemm fi tmiem Triq Hompesch Fgura u kemm dawn ġew jiswew?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, iż-żewg bus shelters ġodda li hemm fi tmiem Triq Hompesch, Fgura ġew installati għall-ħabta ta’ Novembru 2018.
Rigward l-informazzjoni mitluba ta’ kemm ġew jiswew, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjegazzjoni li kienet ingħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10266 ta’ Seduta 230.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, irriżenja mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mis-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà u/jew mill-Awtorità tal-Ippjanar bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li qed inpoġġi id-dokumenti mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Artijiet — talbiet għall-permessi għall-ipparkjar ta' caravans
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn, u permezz ta’ pjanta u lista juri għal-liema lokalitajiet u areas fil-pajjiż l-Awtorità tal-Artijiet, fl-aħħar sentejn u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda, evalwat talbiet għall-permessi, u ħarġet permessi neċessarji, wara talba ta’ applikanti biex jingħataw permess biex ikunu jistgħu jipparkjaw caravan u jieqfu bl-istess caravan għal ħin twil inkluż, matul il-lejl, u li konsegwenzjalment ikunu koperti bil-Liġijiet Maltin?
Ħ’Attard – uffiċjali ta’ Transport Malta — traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal ta’ Transport Malta, li jidderiġu t-traffiku, kienu assenjati f’Ħ’Attard u ċjoè fit-toroq ta’ Ħ’Attard u dawk it-toroq li jagħtu għal Ħ’Attard, mill-1 t’Ottubru 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? Fejn kienu stazzjonati biex jidderiġu t-traffiku u x’ħinijiet għamlu fuq il-post?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, iż-żona ta’ Ħ’Attard tiġi ssorveljata mill-Pulizija. Fil-laqgħat li saru qabel bdiet l-iskola kien ġie deċiż li l-Pulizija se tieħu ħsieb iż-żona taċ-ċentru ta Malta, filwaqt li l-uffiċjali ta’ TM se ikunu responsabli għan-naħa ta’ isfel ta Malta.
Madankollu kuljum TM għandha mutur li jissorvelja ż-żona taċ-ċentru ta’ Malta, mis-sitta ta’ filgħodu sas-sitta ta’ filgħaxija. Dan il-mutur kull fil-għodu sad-disgħa jkun qed jobdi d-direzzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija.