Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, bħala total, li użaw is-servizz tal-emerġenza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 2026 sas-17 t’April 2026, 6,717 użaw is-servizz tal-Emerġenza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran – Servizz tal-emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, bħala total, li użaw is-servizz tal-emerġenza fiċ-Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema tip ta' servizz ta' emerġenza qed jirreferi.
Fic-Ċentru Reġjonali Ċensu Moran jingħata servizz ta' Kura Primarja apparti numru sostanzjali ta' servizzi, kliniċi u teatri tal-operazzjoni.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru,
japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-inkjesta relatata mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
L-Isptar Mater Dei – OECI accreditation – Quality standards
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34131, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdiliet dwar il-quality standards relatati mal-akkreditazzjoni mal-Organisation of European Cancer Institutes (OECI) fis-settur tal-onkoloġija? Jista’ jgħid ukoll jekk l-istaff ingħatax training relatat mal-OECI?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f’Jannar 2026 beda proġett pilota fejn hemm core group li qiegħed imexxi study groups għas-sebgħa kapitli tal-assesjar imfassla għal dan il-proċess ta’ ċertifikazzjoni li huma Governanza, Kura, Riċerka, Integrazzjoni tar-Riċerka mal-Kura, Innovazzjoni, Prevenzjoni u Edukazzjoni u Taħriġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) li ġew ingaġġati bħala Allied Assistants mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fis-snin li ġejjin ġew inganġati dawn it-TCNs bħala Allied Assistants kien kif ġej: 2024 – 3; 2025 – 5; u 2026 (sakemm qed titwieġeb din il-mistoqsija – 2.
Physiotherapists u Occupational Therapists – Uniformijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34125 dwar l-uniformijiet il-ġodda li ngħataw lill-Physiotherapists u lill-Occupational Therapists (OTs) is-sena l-oħra, fejn ġie mwieġeb li l-uniformijiet “għalihom ikunu mibdula u skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi neċessarji.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi time frame ppjanat għal dan?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat ikkonċernat jinsab f'kuntatt mal-fornitur biex jiżgura li l-uniformijiet jiġu mibdula skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba, u t-target huwa li dawn jitqassmu sa tmiem it-tieni kwart ta’ din is-sena.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ntużatx il-konferenza tal-Primary Health mtella’ fit-3 ta’ Ottubru biex jinkisbu l-ħiliet imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-konferenza kienet iffokata fuq il-professjonijiet miġbura f’dan id-Direttorat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, jista’ l-Ministru jipprovdi break down tal-ispejjeż li ssemmew, kopji ta’ rċevuti, u jagħti rendikont jekk kienx hemm xi dħul finanzjarju minn dawn il-konferenzi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ispiża tal-konferenza li saret fl-2025 kienet tinkonsisti: f’kiri ta’ sala f’Dar il-Mediterran; loġistika; apparat awdjoviż; kelliema internazzjonali u spejjeż oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-konferenzi tal-Allied Health professionals fl-2022 u 2023 kienx hemm call for abstracts? Jista’ jgħid ukoll jekk xi waħda minn dawn il-konferenzi kenitx meqjusa bħala ‘scientific conference’?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-konferenzi li saru fis-snin preċedenti 'Allied Health Conference: Together we Make a Difference' fl-2022 u 'Allied Health: Trending Digitally' fl-2023 kienu fundamentali biex jiddaħħal l-ispirtu ta' tiġdid professjonali. Dawn il-konferenzi kienu ffukati fuq il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiċi u l-iżvilupp professjonali kontinwu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, jista’ l-Ministru jagħti break down tal-ispejjeż relatati mal-konferenza tal-Allied Health li saret fl-2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ispiża tal-konferenza li saret fl-2024 kienet tinkonsist: f’kiri ta’ sala; loġistika; onorarja lill-kelliema; kif ukoll servizzi u spejjeż oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-konferenza tal-Allied Health fl-2023 u jagħti breakdown tal-ispejjeż? Jista’ jgħid ukoll kemm attendew delegati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għall-konferenza li saret fl-2023 attendew għaliha 230 parteċipant. L-ispiża kienet ta’ €3,600.00 VAT eskluż. Din l-ispiża tinkonsisti: f’kiri ta’ sala; loġistika; u spejjeż oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, fejn intqal li “l-konferenza li saret fl-2025, attendew għaliha 600 parteċipant.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn is-600 delegat kenux delegati differenti fuq jumejn jew delegati li attendew iż-żewġ ġranet ġewx magħduda darbtejn (doppji)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li r-reġistrazzjoni kienet miftuħa b'tali mod li persuna setgħet tattendi għal ġurnata waħda biss jew għaż-żewġ sessjonijiet.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34128 fejn intqal li “fil-perjodu msemmi kien hemm żewġ riżenji ta’ Professional Leads tal-Allied Health.”, jista’ l-Ministru jelabora dwarhom? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm aktar riżenji ta’ Professional Leads tal-Allied Health u jekk iva, minn liema professjoni kienu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li, kien hemm total ta’ tliet riżenji ta’ Professional Leads fl-Allied Health, b’waħda minnhom isseħħ wara li weġibt PQ 34128. Dawn kienu mill-Clinical Perfusion, l-Occupational Therapy u r-Radjografija.
Persuna meta tirriżenja mhix obbligati li tati r-raġuni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri tat-tfal li jkunu qed jirċievu l-kura fl-Isptar Mater Dei, jitħallewx joqogħdu ħdejn it-tfal tagħhom il-ħin kollu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li skont il-proċeduri tal-Isptar, jista’ jkun hemm il-ħin kollu ġenitur wieħed li jibqa’ mat-tfal li jkunu rikoverati l-isptar Mater Dei. Imbagħad, skont il-kundizzjoni tal-każ speċifiku, jkun hemm ħinijiet fejn iż-żewġ ġenituri jkunu jistgħu joqogħdu mal-wild.