Outpatients Department – Phototherapy Ultraviolet Unit – Appuntamenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Phototherapy Ultraviolet Unit?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mill-Phototherapy Ultraviolet Unit tal-Outpatients Department huwa skont it-tabella t'hawn taħt:
Number of attendances outpatients
Year
phototherapy ultraviolet unit, MDH
2012
5,645
2013
6,478
2014
7,399
2015
8,579
2016
9,797
2017
11,212
2018
11,325
2019
10,678
2020
2,624
2021
8,468
2022
9,256
Jan-Nov 2023
9,409
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm infermiera minn pajjiżi terzi (TCN) f’kull skala minn 1 sa 7, f’Settembru 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 12-il infermiera minn pajjiżi terzi, li okkupaw karigi fi skali 1 sa 7, f’ Settembru 2023.
TCNs — Inizjattivi li jippromwovu ugwaljanza, d-diversità u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inizjattivi, miżuri jew programmi li jippromwovu ugwaljanza, d-diversità u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol ta’ ħaddiema barranin minn pajjiżi terzi (TCN), organizza l-Ministeru għas-Saħħa mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed isiru diversi inizjattivi biex jippromwovu ugwaljanza, d-diversità u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol ta’ ħaddiema barranin minn pajjiżi terzi (TCN).
Il-Ministeru għas-Saħħa ħoloq kors mal-Entita’ tal Jobsplus imsemmi Embracing Diversity. Dan ser jkun offrut lil kull impjegat barranni ġdid fuq pratiċi lokali, użanzi, kif ukoll informazzjoni prattika li jkollu bżonn kull impjegat li jgħix hawn Malta. F’din l-aħħar sena, inħoloq working group fil-Ministeru għas-Saħħa fejn impjegati barranin qegħdin fuq dan il-grupp ma membri tal-Management u membri oħrajn f’dan il-qasam biex jiġu b’idejat fejn jistaw jinħolqu inizzjattivi biex jkun hemm iżjed miżuri biex itejbu kif wieħed jista’ jaddatta għal-ambjent tax-xoghol.
Ċertu professjonijiet ukoll jipprovdu sistema fejn impjegat barrani jingħaqad ma’ impjegat lokali, biex jgħinu jaddatta għal-ambjent tax-xogħol li jsib ruħu ġo fih.
TCNs — Istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm u liema huma l-istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses għall-infermiera minn pajjiżi terzi (TCN) biex ikunu jistgħu jirreġistraw bħala infermiera f’Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm jiswa u kemm idum dan il-kors?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hawn tlett (istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses għall-infermiera minn pajjiżi terzi (TCN). Dawn huma, MCAST, IDEA Academy u UoM. It-tul tal-course huwa kif indikat hawn taħt.
MCAST –Tul tal-kors – 6 months F/T
IDEA Academy– Tul tal-kors – 8 months F/T
UoM –Tul tal-kors – 1 semester F/T
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi tip ta’ programm li ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, fosthom tobba u infermiera, jagħmlu wara li jkunu tbiegħdu mill-prattika tal-professjoni tagħhom għal ħafna snin? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji tal-programm u min hu eleġibbli għalih? Jekk le, jara xi tip ta’ riskji minn professjonisti li jkunu ilhom is-snin ’il bogħod mill-prattika tal-professjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, fosthom tobba u infermiera, humiex obbligati li jagħmlu xi tip ta’ taħriġ ta’ Continuing Professional Development (CPD) kull sena? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji? Jekk le, jista’ jgħid kif qed jinċentiva taħriġ regolari u speċjalizzat mill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tobba, infermiera u ħaddiema oħra fil-qasam tas-saħħa li jirritornaw wara assenza, normalment jiġu integrati mill-ġdid fil-prattika permezz ta’ sistema informali ta’ superviżjoni u mentoring biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-pazjent. Tobba u infermiera kif ukoll professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa huma mħeġġa li jkomplu bl-edukazzjoni medika kontinwa, b’fondi annwali li huma marbuta ma’ edukazzjoni u żvilupp kontinwu.
Il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa huma appoġġjati b’fondi kif ukoll leave ta’ studju mħallas u mhux imħallas għal taħriġ u żvilupp ta’ wara l-lawrja kemm f’Malta kif ukoll okkażjonalment barra.
In-Nursing Services Directorate jisponsorja programm bl-isem ta’ Clinical Skills Update (NUR1505) għal dawk l-infermiera li jerġgħu jiġu re-instated fis-settur pubbliku. Dan il-programm huwa taħt ir-responsabilità tal-Università tà Malta u jiġi offrut kull sena lill-infermiera kollha, fosthom lil dawn l-infermiera li jkunu tbiegħdu mill-prattika għal ħafna snin.
Għalkemm mhux b’mod obbligatorju, it-Taqsima tal-Infection Control ġewwa Mater Dei tenfasizza lill-infermiera u qwiebel kollha li jsegwu korsijiet online indikati hawn taħt:
Hand Hygiene Course
Aseptic Non-Touch Technique Course
L-infermiera u qwiebel huma obbligati li jagħmlu dawn is-CPD programmes kif imsemmi hawn taħt:
Basic Life Support (għall-infermiera u qwiebel kollha).
Intravenous Infusion Course (għall-infermiera u qwiebel kollha).
Moving & Handling (għall-infermiera u qwiebel kollha).
De-Escalation Programme (għall-infermiera tal-Mental Health Services).
Award in Induction Training (għall-infermiera li jiġu trasferiti ġewwa l-ITU).
700 siegħa tà training lill-iScrub Nurses u lill-Anaesthetic Nurses li jkunu bdew jaħdmu ġewwa l-operating theatres.
Breast Feeding Course (għall-qwiebel u l-infermiera kollha ġewwa l-NPICU).
Induction Training Course (Theoretical & Practice) għall-infermiera u l-qwiebel li jiġu trasferiti ġewwa l-NPICU.
Neonatal Life Support (għall-infermiera u l-qwiebel tal-NPICU).
Paediatric Basic Life Support (għall-infermiera u l-qwiebel tal-NPICU).
Infermiera li jaħdmu fit-taqsima tal-Emerġenza għandhom numru tà korsijiet li jridu jsegwu fosthom:
Induction Programme (għall-infermiera fl-ewwel livell)
Basic Life Support (għall-infermiera fl-ewwel livell)
Paediatric Life Support (għall-infermiera fl-ewwel livell)
Intermediate Life Support (għall-infermiera fl-ewwel livell)
Triage Course (għall-infermiera fl-ewwel livell)
Pre-Hospital Drugs Course (għall-infermiera fl-ewwel livell)
Ambulance Control Room Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell)
Updated BLS Course in Adults and Paediatrics (għall-infermiera fl-ewwel, fit-tieni u t-tielet livell)
Advanced Life Support (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell)
Spinal Immobilisation (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell)
Rapid Response Vehicle Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell)
Port-a-Cath course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell)
Sepsis Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell)
Stroke Pathway Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell)
Plaster Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell)
Intraosseous Course (għall-infermiera fit-tieni u t-tielet livell)
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni bil-meninġite minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu li talbet hi kien hemm 17-il każ ta’ Meninġite.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Ophthalmic Outpatients?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Ophthalmic Outpatients mill-2018 kien hemm skont it-tabella t'hawn taħt:
Number of outpatient attendances
Year
Ophthalmic OP clinics MDH
2018
45,450
2019
46,802
2020
30,797
2021
39,253
2022
42,215
Jan-Oct 2023
37,306
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fil-Paediatric (Children's) Outpatients (COP)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Paediatric Outpatients mill-2018 kien hemm skont it-tabella t'hawn taħt:
Number of outpatient attendances
Year
COP clinics MDH
2018
6135
2019
6752
2020
4629
2021
6822
2022
8487
Jan-Oct 2023
8417
Outpatients Department – Phlebotomy & ACC Clinic – Appuntamenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Phlebotomy and ACC Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Outpatients Department – Recurrent Miscarriage Clinic – Appuntamenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Recurrent Miscarriage Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Outpatients Recurrent Miscarriage Clinic mill-2014 kien hemm skont it-tabella t'hawn taħt:
Number of outpatient attendances
Year
Recurrent miscarriage clinics MDH
2014
29
2015
181
2016
238
2017
278
2018
279
2019
419
2020
272
2021
350
2022
437
Jan-Oct 2023
474
Outpatients Department – Bereavement Midwifery Clinic – Appuntamenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Bereavement Midwifery Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Outpatients Bereavement Midwifery Clinic mill-2012 kien hemm skont it-tabella t'hawn taħt:
Number of sessions bereavement midwifery clinic, MDH
Year
2012
358
2013
449
2014
449
2015
440
2016
545
2017
560
2018
542
2019
410
2020
430
2021
438
2022
533
Jan-Aug 2023
233
Outpatients Department – Cardiac Rehabilitation Unit – Appuntamenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Cardiac Rehabilitation Unit?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Outpatients Cardiac Rehabilitation Unit mill-2012 kien hemm skont it-tabella t'hawn taħt:
Number of attendances outpatients cardiac rehab unit, MDH
Year
2012
244
2013
286
2014
219
2015
243
2016
285
2017
422
2018
440
2019
502
2020
391
2021
407
2022
520
Jan-Nov 2023
478
Fid-dawl tal-każ li jġib miegħu n-numru tar-referenza 5935/2023 li ntbagħat lill-Environmental Health Directorate, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jiġi ddeterminat minnufih x’inhu l-likwidu ta’ kulur skur (ritratti annessi) li ħiereġ mill-binja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex ikun stabbilit jekk hemmx bżonn ta’ tiswijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-binja indikata minnha saru żewġ spezzjonijiet minn uffiċċjal għas-Saħħa Ambjentali fit-22 ta’ Novembru u kif ukoll fl-1 ta’ Diċembru iżda fiż-żewġ okkażjonijiet dan l-ilment ma ġiex ikkonfermat peress li waqt il-ħin tal-ispezzjoni ma nstab l-ebda ħruġ ta’ ilma maħmuġ. Madankollu, sar ukoll kuntatt mal-kumpanija li tieħu ħsieb il-kondominju tal-fond indikat, u sar appuntament sabiex titkompla l-investigazzjoni.
Attachments:BenRik Ville Estate, Block B Balzan Ritratti.jpg
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-Atorvastatin tal-40 mg li bħalissa qiegħda out of stock ser tkun lura fl-istock tal-POYC u għaliex ma ngħatatx alternattiva oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Atorvastatin tal-40 mg hija disponibbli.
TCNs — Infermiera li applikaw għal rwoli fi skala 1 sa 7
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera minn pajjiżi terzi (TCN), li applikaw għal rwoli fi skala 1 sa 7 fl-2023 u sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 2 infermiera minn pajjiżi terzi li applikaw għal irwoli fi skala 7 fl-2023.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm infermiera minn pajjiżi terzi (TCN) li okkupaw karigi fi skala 1 sa 7, f’Lulju 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 12 infermiera minn pajjiżi terzi li okkupaw karigi fi skala 7 f’Lulju 2023.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm infermiera minn pajjiżi terzi (TCN) f’kull skala minn 1 sa 7, f’Awwissu 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 12-il infermiea minn pajjiżi terzi fi skala 7 f’Awwissu 2023.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fil-Pulmonary Function Lab?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ attendenzi ġewwa l-Pulmonary Function Lab fl-Isptar Mater Dei fid-data mitluba minnha jinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Number of outpatient attendances
Year
Pulmonary function lab clinics MDH
2012
5915
2013
6366
2014
5616
2015
6501
2016
7397
2017
7521
2018
7443
2019
7059
2020
3064
2021
5820
2022
6009
Jan-Oct 2023
4967