Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xgħajra — Ta' Barkat - Xogħol ta' Landscaping

Question

Jista' jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta' landscaping madwar l-impjant Ta' Barkat fix-Xgħajra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Art mogħtija liċ-Ċentru għall-Ħarsien tal-Annimali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38429 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid il-klawsoli li fihom lil min ta l-art biex jibda jopera ċ-ċentru għall-ħarsien tal-annimali, kemm ingħata ħlas ta' kera fis-sena? Kemm ingħataw fondi mill-Unjoni Ewropea? X'kundizzjonijiet il-gvern ta lil min qed jieħu ħsieb dan il-proġett? Kemm huwa obligat li jħallas kull persuna biex tagħmel użu minn dan is-santwarju? Il-gvern jagħti sussidju? Jekk iva, kemm u jekk le, hemm il-ħsieb? Dan jitmexxa b'mod kummerċajli jew b'mod volontarju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

stallazzjoni ta' solar panels u solar water heaters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew istallati solar panels u solar water heaters mis-sena 2008 sal-lum f’residenzi privati, jiġiferi kemm dawk li nxtraw minn persuni li bbenefikaw minn grant kif ukoll dawk li nxtraw u ma applikawx biex jieħdu grant jew inkella stallaw sistema addizjonali għal dik is-sistema li bbenefikat minn grant?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-perjodu ta’ bejn l-2008 u llum, ġew istallati 5,271 sistema ta’ pannelli fotovoltajici u 5,067 Solar Water Heaters. Rigward dawn is-sistemi fotovoltajici, in-numru jinkludi kemm sistemi li bbenefikaw minn grant kif ukoll sistemi oħra li saru fuq inizjattiva personali tal-individwi mingħajr ebda grant. Għal Solar Water Heaters, dan jinkludi biss sistemi li bbenefikaw minn grant. L-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ma żżomx records ta’ Solar Water Heaters li ġew installati fuq inizjattiva tal-individwi.

Prodotti Agrikoli li ntbagħtu għall-bejgħ fis-swieq barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm prodotti agrikoli oħra minħabba l-patata, li ntbagħtu għall-bejgħ fis-swieq barra minn Malta? Fil-każ li iva, liema kienu l-prodotti u xi kwantitajiet intbagħtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena ma kienx hemm talbiet biex jinħarġu ċertifikati fitosanitarji għal prodotti agrikoli Maltin oħra barra patata sabiex jkunu mibgħuta barra mill-pajjiż

Esportazzjoni ta' Patata lejn pajjiżi barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm intbagħtu patata barra minn Malta matul din is-sena? Lejn liema pajjiżi ntbagħtu? F'liema xhur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm talbiet biex jinħarġu ċertifikati fitosanitarji sabiex jintbgħatu 117,475Kg patata lejn Spanja bejn ix-xhur ta Marzu u Lulju.

Xogħol ta' restawr tal-Monument tal-Gwerra fil-Furjana

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-xogħol tar-restawr tal-Monument tal-Ġwerra fil-Furjana inkluż ix-xogħol tar-roundabout? Kemm fil-fatt ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34162.

MRA — rebate fuq solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni dwar ir-rebate li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta kienet obbligata li tħallas lil min kellu l-permess biex jistalla solar water heater li s'issa jidher li l-awtorità għad ma għandhiex risposta u approvazzjoni mill-ministeru biex tkun tista' tagħmel dan il-ħlas dovut?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Talba għall-ħlas fuq ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36095 u jgħid x'inhu l-proċess għat-talba tal-ħlas, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li saret lid-dipartiment ikkonċernat li jaqa' taħt il-Ministeru rispettiv? Jista' jgħid jekk il-ħlas mitlub hemmx xi possibiltà li jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li f’każijiet simili għal inċidenzi sporadiċi ma jkunx hemm allokazzjoni definita fejn jintrabtu fondi għal okkorenza indefinita u għalhekk jkunu iridu jinstabu fondi skond il-każ. Dan li mhuwiex dejjem faċli u jkun iridu jinkisbu l-approvazzjonijiet meħtieġa.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Għawdex — karkassi ta' annimali maqtula

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir mill-karkassi tal-nagħaġ u mogħoż li nqatlu mis-Servizzi Veterinarji ġewwa razzett ġewwa Għawdex tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38240.

valur ta' annimali li nqatlu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'valur fis-suq kellhom il-mogħoż u n-nagħaġ li inqatlu mis-Servizzi Veterinarji ġewwa r-razzett tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dan l-aħħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38240.

spejjeż biex jinqatlu annimali

Question

Jista' l-Ministru jagħti break down tal-ispejjeż kollha li kienu involuti, kif ukoll il-valur tal-mogħoż maqtula, u pagi tal-pulizija li qed jagħmlu l-għassa eċċ. biex twetqet il-operazzjoni ħalli 212-il mogħża u nagħġa fir-razzett tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jiġu maqtula?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38240.

merħliet ta' nagħaġ u mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-popolazzjoni tal-merħliet ta' nagħaġ u mogħoż fil-gżejjer Maltin u Għawdxin? Jista' jgħid kemm-il kilo ta' ġbejniet jiġi produċut f'Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 36007 u 36517, ninfurmah li skont ir-reġistru l-popolazzjoni f’Malta u Għawdex ta’ nagħaġ u mogħoż tlaħħaq 16,602 ras. Kuljum dan ir-reġistru jiġu reġistrati annimali ġodda u jinqatgħu dawk li jinqatlu jew imutu.

testijiet fuq nagħaġ u mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq nagħaġ u mogħoż mis-Servizzi Veterinarji f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar 3 snin? Jista' jgħid f'liema żoni saru dawn l-ispezzjonijiet kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' seduta oħra.

trobbija ta' mogħoż u nagħaġ

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk id-dipartiment iżommx records ta' trobbija ta' mogħoż u nagħaġ li jkunu qed jitrabbew b'mod illegali? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li d-dipartiment kien jaf bihom ta' trobbija ta' nagħaġ u mogħoż illegali tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jsemmi liema kienu dawn il-każijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37867 peress li annimali kollha li jkunu qed jitrabbew b'mod illegali jkunu mneħħija.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31127 u 30891 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33424 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li qiegħed jitlob ingħatat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34400 imressqa minnu.

Ikel tal-Unjoni Ewropea — lista

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34491 u jgħid kemm kienu n-nies li kwalifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2005 sal-lum? Jista' jagħti l-lista, lokalità b'lokalità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f' seduta oħra.