Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Fil-mument, ħadd mill-impjegati tal-Ministeru ma jinstab fi kwarantina.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taht.
Kariga
Rgiel
Nisa
FITA Board of Administrators
Chairperson
1
Membri
4
3
Malta Space Task Force
Chairperson
1
Membri
9
MCST Board
Chairperson
1
Membri
8
6
Segretarju
1
STEM Engagement Management Working Group
Chairperson
1
Membri
8
7
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm żewġ talbiet minn mindu twaqqaf dan il-portafoll. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li tittratta kif jiġu mwieġba dawn it-talbiet.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità li taqa taħt il-Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 ma għandha ftehim kollettiv skadut.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — konsulenti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għandu 5 konsulenti maħtura, fi skala 3. Erbgħa (4) minnhom huma part-timers, u wieħed full-timer.
Title of Position/Contract Nomenclature
Department / Entity engaged with
Date of First Appointment of Contract
Salary Scale
Full Time / Part-Time
Policy Consultant - SPU
MRIC
23.11.20
3
Part Time
Policy Consultant - SPU
MRIC
23.11.20
3
Part Time
Policy Consultant - SPU
MRIC
04.01.21
3
Part Time
Policy Consultant - SPU
MRIC
04.01.21
3
Part Time
Policy Consultant - SPU
MRIC
12.01.21
3
Full Time
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija dwar dawn il-proġetti kapitali li għaddejjin bħalissa, jew li se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin:
· Tisbieħ (
embellishment
) tal-Esplora Foreshore
· Restawr tal ħajt ta’ Bighi
· Restawr tal-ħajt tal-foss (
moat
) tan-nofsinhar ta’ Villa Bighi
· EsploraNatura Natural History Discovery Centre
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-binja tal-Ministeru hija mgħammra b’ restroom waħda aċċessibbli minn persuni bi bżonnijiet speċjali.
Il-binjiet tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija huma mgħammra bi tnax (12) -il restroom aċċessibbli minn persuni bi bżonnijiet speċjali.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija kontra l-Covid-19 – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.
Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.
Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-bord tal-Malta Council for Science and Technology (MCST) iltaqa’ darbtejn matul din il-leġiżlatura. Infurmat ukoll li darbtejn kien hemm xi membru jew ieħor illi m’attendewx xi laqgħa.