Iż-Żurrieq — Proġetti ta’ Vjal Kulħadd - Proċess ta’ konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni li saret rigward il-proġetti ta’ Vjal Kulħadd fiż-Żurrieq, kif ukoll l-istudji li saru għall-istess proġetti rigward it-traffiku u l-immaniġġjar tal-ilma tax-xita?
Ħal Kirkop — Proġetti ta’ Vjal Kulħadd - Proċess ta’ konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni li saret rigward il-proġetti ta’ Vjal Kulħadd f’Ħal Kirkop, kif ukoll l-istudji li saru għall-istess proġetti rigward it-traffiku u l-immaniġġjar tal-ilma tax-xita?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop li qed jaħdem fuq żewġ proġetti infrastrutturali bħala parti mill-iskema ‘Vjal Kulħadd’: Dawn il-proġetti huma relatati ma’ Triq in-Niċċa tal-Madonna u u ż-żona ta’ Misraħ Ħal Kirkop, Triq il-Parroċċa u Triq C. Taljana. It-tnejn li huma bħalissa jinsabu fi stadju ta’ konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, bil-għan li jsiru r-reviżjonijiet meħtieġa abbażi tal-proposti relatati mal-immaniġġjar tat-traffiku fiż-żoni rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn is-servizz tal-lift li jagħmel parti mill-kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li kien jagħti aċċess faċli u komdu minn Triq San Marku għal Triq Melita mhux aktar aċċessibbli għall-pubbliku, tenut kont li dan il-lift kien ferm utli għall-anzjani u nies bi tfal żgħar li jkunu ġejjin bil-ferry minn tas-Sliema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-lift li jinsab fil-kumpless tal-Fortress Builders Interpretation Centre bħalissa jinsab taħt manutenzjoni minħabba problemi tekniċi.
Il-parts meħtieġa sabiex isir it-tiswija ġew ordnati. Għaldaqstant il-proċess ta’ manutenzjoni mistenni jiġi finalizzata fil-ġimgħat li ġejjin, sabiex il-lift jerġa’ jibda’ jopera mill-ġdid.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26742 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta tagħmel referenza għal mistoqsija parlamentari nru 27832.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24381 u 24767 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Birżebbuġa, Ħal Safi, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Luqa u ż-Żurrieq — Korrispondenza bejn kunsilli lokali u Infrastructure Malta
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26227 fejn intqal li t-trattattivi bejn Infrastructure Malta u l-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa, Ħal Safi, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Luqa u ż-Żurrieq għadhom għaddejja, u ġaladarba li għall-mistoqsija parlamentari 25629 ma ġietx ippreżentata l-korrispondenza mitluba, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar korrispondenza mibgħuta mill-kunsilli lokali ta’ Birżebbuġa, Ħal Safi, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Luqa u ż-Żurrieq lil Infrastructure Malta dwar il-prijoritajiet fuq il-lista ta’ toroq fil-lokalitajiet tagħhom li jinħtieġu jsiru mill-ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal mistoqsija parlamentari 28328.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21257 u 23180 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika rispettivament u jgħid kemm hawn bus shelters f’Malta li għandhom soqfa tal-perspex trasparenti? Peress li dawn is-soqfa huma trasparenti, x’tip ta’ kenn jistgħu jagħtu lill-passiġġieri li jkunu qed jistennew fil-qilla tax-xemx? Hemm xi pjan biex is-soqfa ta’ dawn il-bus shelters jinbidlu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dina d-domanda trid tiġi rivolta lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li naturalment tgawdi awtonomija vis-a-vis il-politiku.
Kummissjoni tal-Films — Cultural Test - Programmi lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27796 u jgħid kif qed jitħaddem il-‘cultural test’ li jikkwalifika programmi lokali ta’ reality tv għal grants mill-Kummissjoni tal-Films? Jista’ jagħti lista ta’ programmi televiżivi lokali li bbenefikaw minn fondi tal-Kummissjoni tal-Films sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid il-valur ta’ fondi li ngħata kull programm?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27916 dwar ir-restawr li sar reċentement tal-armaturi Ġappuniżi, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn ġew u għadhomx qegħdin jiġu restawrati l-armaturi inkwistjoni u kemm hija mistennija li ser tkun l-ispiża finali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kien diġà provdut fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27916, l-armaturi tas-Samuraj kienu ngħataw bħala rigal lil Malta minn delegazzjoni Ġappuniża li żaret pajjiżna u li kienet tinkludi lill-ħassieb famuż Yukichi Fukuzawa – Samuraj, edukatur, filosfu, u figura prominenti fil-modernizzazzjoni tal-Ġappun. Kien ukoll il-fundatur tal-Università Keio f’Tokjo u sa ftit ilu kien jidher fuq il-karta tal-10,000 yen Ġappuniż. Id-delegazzjoni kienet parti mill-Missjoni Bunkyu, li kellha l-għan li tinnegozja trattati ġodda u ħadet sehem f’laqgħat diplomatiċi madwar l-Ewropa kollha. Waqfa f’Malta kienet ħaġa naturali minħabba l-qagħda strateġika ta’ pajjiżna, u minn hawn id-delegazzjoni baqgħet sejra Franza. Din kienet l-ewwel żjara rekordjata ta’ nies Ġappuniżi f’Malta.
Ninsab infurmat li r-restawr għadu mhux finalizzat peress li x-xogħol fuq tnejn mill-armaturi għadu għaddej. Fid-dawl ta’ dan, l-Aġenzija ma’ tistax tagħti ċ-ċifra finali għalissa.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Rigali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27184 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-bankini fil-Belt Valletta jiġu rranġati speċjalment dawk li huma fi stat ħażin tant li huma ta' detriment għal min għandu problemi ta' mobilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li qed isiru t-tħejjijiet biex jibda x-xogħol ta’ tiswija tal-bankini.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’passi beħsiebhom jittieħdu mill-Kunsill Lokali tal-Fgura biex is-siġar taż-żebbuġ li jinsabu fil-lokalità jiġu nnumerati u l-istess żebbuġ jinġabar u ma jintilifx?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Fgura m’għandux ħsieb li jinnumra s-siġar taż-żebbuġ, li ħafna minnhom jinsabu fit-triq prinċipali fejn jgħaddu ammont kbir ta’ karozzi. Għal din ir-raġuni, iż-żebbuġ ma jistax jinġabar biex jintuża. Iż-żebbuġ l-ieħor, li jkun f’siġar li jinsabu fit-toroq residenzjali, jinġabar mir-residenti.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’passi beħsiebhom jittieħdu mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien biex is-siġar taż-żebbuġ li jinsabu fil-lokalità jiġu nnumerati u l-istess żebbuġ jinġabar u ma jintilifx?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li s-suġġett imsemmi ser ikun qed jiġi diskuss fil-laqgħa tal-Kunsill li jmiss.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’passi beħsiebhom jittieħdu mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid biex is-siġar taż-żebbuġ li jinsabu fil-lokalità jiġu nnumerati u l-istess żebbuġ jinġabar u ma jintilifx?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid ma jħossx il-ħtieġa li jinnumera s-siġar taż-żebbuġ. Rigward il-ġbir taż-żebbuġ innifsu, l-Kunsill ser jieħu ħsieb jinforma lill-kuntrattur tiegħu sabiex dan jinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kiri ta’ karozzi - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24398 u 24909 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u Gvern Lokali, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm 73 vetturi li huma mikrija.
Ħal Luqa — Triq Gużeppi Ellul - Tibdil fir-rotta tal-karozzi tal-linja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-karozzi tal-linja qegħdin jgħaddu minn Triq Gużeppi Ellul, f’Ħal Luqa, minflok ir-rotta li kienu jużaw qabel?
Ħal Luqa — Triq Gużeppi Ellul - Tibdil fir-rotta tal-karozzi tal-linja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni li l-karozzi tal-linja qegħdin jgħaddu minn Triq Gużeppi Ellul, f’Ħal Luqa, hijiex waħda temporanja jew permanenti?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ ħaddiema tal-Community Workers Scheme li hemm allokat għal kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex, u jiddentifika ghal kull wieħed jekk hux part time jew full time?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL5514 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 345 nhar l-Erbgħa, 21 ta' Mejju 2025)
Attachments:Tabella 28184 - Community Workers Scheme .pdfCorrection PQ28184.pdf
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’passi beħsiebhom jittieħdu mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun biex is-siġar taż-żebbuġ li jinsabu fil-lokalità jiġu nnumerati u l-istess żebbuġ jinġabar u ma jintilifx?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li mhux possibbli li jiġu ennumerati s-siġar taż-żebbuġ minħabba l-ammont kbir ta’ siġar fil-lokalità. Il-maġġoranza taż-żebbug jinġabar sabiex jingħasar fl-attività ta’ Żejt iż-Żejtun kif ukoll jinqata’ mir-residenti sabiex jintuża għas-salmura u għat-tagħsir.