Anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni li qed jirċievu pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2025 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppublika studju bit-titlu “DID THE EARLY PENSION DEFERRAL SCHEME LENGTHEN CAREERS IN MALTA?”
Inżid ninforma illi skont id-disposizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) u Avviżi Legali relatati, persuni li jkollhom l-ammont stipulat ta’ kontribuzjonijiet fl-età ta’ 61 sena jistgħu jibqgħu jaħdmu, mingħajr ma’ jitolbu li jirċievu pensjoni kontributorja u ta’ dan il-pensjoni li jkollhom dritt għaliha tiżdied b’persentaġġ kull sena sakemm fl-eta ta’ 65 sena tista’ tiżdiedilhom b’29%.
Fil-fatt mill-istudju joħroġ biċ-ċar illi l-persuni li għażlu
li jitolbu pensjoni kontributorja fl-eta ta’ 61 qiegħed dejjem jonqos, minn 1,254 fis-sena 2016 għal 864 fis-sena 2024.
Anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni li għażlu li jaħdmu mingħajr ma jirċievu pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni għażlu li jaħdmu mingħajr ma jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2025 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppublika studju bit-titlu “DID THE EARLY PENSION DEFERRAL SCHEME LENGTHEN CAREERS IN MALTA?”
https://www.centralbankmalta.org/policy-notes
Mill-istudju joħroġ illi bejn is-snin 2016 u 2024, kważi 7,900 persuna bbenefikaw mid-disposizzjonijiet tad-differiment tal-pensjoni u allura għażlu li jibqgħu jaħdmu flok jieħdu l-pensjoni. Dan in-numru kompla jiżdied matul l-2025 u l-2026.
Persuni li jagħżlu li jibqgħu jaħdmu wara li jagħlqu 61 sena – Bonus ta’ €500
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-bonus ta’ €500, li jingħata lil persuni li jagħlqu 61 sena iżda jagħżlu li jibqgħu jaħdmu, ma ġiex inkluż fil-Baġit għas-sena 2027?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li il-Manifest Elettorali ‘Int Malta’, bħal kull manifest elettorali, jirrapreżenta il-viżjoni strateġika tal-Gvern għall-leġislatura sħiħa. Sakemm ma jkunx ġie espliċitament imwiegħed li tali miżura tkun se tibda f’sena partikolari, dak imwiegħed jiddaħħal bi pjan skont il-prioritajiet kif jevolvu tul il-leġislatura.
Kif ġara fil-leġislaturi passati, inserraħ ras l-Onor. Interpellanta li l-wegħdi kollha mħabbra fil-Manifest Elettorali ‘Int Malta’ se jitwettqu tul il-leġislatura.
Pensjonanti li jibqgħu jaħdmu waqt li jirċievu l-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar pensjonanti li jkunu għalqu l-età ta’ 61 sena u li huma eliġibbli għall-pensjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk jaqbilx li dawn il-persuni jibqgħu jaħdmu u jirċievu l-pensjoni? Jekk ma jaqbilx, jista’ jispjega r-raġunijiet għal dan?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2025 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppublika studju bit-titlu “DID THE EARLY PENSION DEFERRAL SCHEME LENGTHEN CAREERS IN MALTA?”
L-aspetti pożittivi li ħarġu minn dan l-istudju jagħtu raġunijiet u risposti ċari għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellanta.
Qiegħed nikkwota l-Abstract tar-rapport għall-benefiċċju tal-Onorevoli Interpellanta:
https://www.centralbankmalta.org/policy-notes
Inżid ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-parir li għandu l-Gvern mill-Grupp ta’ Strateġija tal-Pensjonijiet huwa li ma jaqbilx li jiddaħħlu miżuri li jxekklu l-progress li nkiseb matul l-aħħar 10 snin fir-rigward.
Pensjonanti – Rata tal-bonus għall-għoli tal-ħajja
Question
Fid-dawl li fid-diskors tal-Baġit għas-sena 2027, il-Ministru għall-Finanzi ħabbar li matul is-sena 2027, kull pensjonant ser jirċievi l-istess rata ta’ bonus għall-għoli tal-ħajja, liema rata ser tkun waħda fissa ta’ €21.53 fil-ġimgħa, jista’ l-Ministru jgħid b’liema rata ser ikunu qed jitħallsu dawk il-pensjonanti li illum għandhom aktar minn €21.53 fil-ġimgħa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma hemm ebda rata ta’ Bonus għall-Ogħli tal-Ħajja li teċċedi l-€21.53 fil-ġimgħa.
Ta’ min jgħid li mill-2025 ‘l hawn, iż-żieda kollha li titħabbar fil-Budget għall-pensjonanti qed tmur kollha kemm hi fir-rata tal-pensjoni, kontra kif kien isir qabel fejn terz tal-COLA ma kinitx tmur fir-rata tal-pensjoni imma fil-Bonus għall-Ogħli tal-Ħajja.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellant li, l-individju (li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat fil-mistoqsija) ma kienx membru fuq bordijiet/kumitati tal-Ministeru tagħna sad-29 ta Mejju, kif ukoll fil-perijodu ta wara.
DTU - Persuni riferuti għal programmi ta’ riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew riferuti l-persuni li ntbagħtu mid-Day Therapy Unit (DTU) għal programmi ta’ riabilitazzjoni matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena, u kemm kien hemm referenzi lejn kull faċilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 2053.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ persuni li bdew u temmew programm ta’ trattament mad-Day Therapy Unit (DTU) matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 2053.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 2372
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati persuni mad-Day Therapy Unit (DTU) matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja mhux responsabli mid-Day Therapy Unit (DTU).
Il-Unit imsemmi (DTU) jitmexxa minn entita mhux governattiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti tas-servizz preżentement? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti li għandhom dawn l-etajiet:
i. bejn 65 u 70 sena;
ii. bejn 71 u 75 sena;
iii. bejn 76 u 80 sena;
iv. bejn 81 u 85 sena;
v. bejn 86 u 90 sena;
vi. bejn 91 u 95 sena;
vii. bejn 96 u 100 sena; u
viii. minn 101 ’il fuq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ pensjonanti tas-servizz li tħallsu fl-aħħar t’Ottubru 2026 kien ta’ 12,519.
In-numru ta’ pensjonanti skont l-etajiet indikati huwa skont it-tabella t’hawn taħt:
Etajiet
Numru ta’ pensjonanti
bejn 65 u 70 sena
1,283
bejn 71 u 75 sena
1,773
bejn 76 u 80 sena
2,960
bejn 81 u 85 sena
2,092
bejn 86 u 90 sena
1,363
bejn 91 u 95 sena
595
bejn 96 u 100 sena
109
minn 101 ’il fuq
8
Irid jingħad li pensjonanti tas-servizz speċjalment dawk tal-forzi dixxiplinati jistgħu joħorġu bil-pensjoni qabel l-età propja tal-irtirar. Fil-fatt hemm 2,336 pensjonant iehor li ghandhom anqas minn 65 sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda ta’ €3.59 fil-pensjoni li ser ikun qed jagħti l-Gvern hijiex ser tingħata mill-1 ta’ Jannar, 2027? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-pensjonanti li ser jieħdu din iż-żieda, maqsuma f’pensjonanti li jieħdu l pensjoni tal-irtirar, dik tal-invalidità, dik tar-romol kif ukoll l-anzjani li jirċievu l-pensjoni tal-età?
Response (FALZON, MICHAEL)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor Interpellanta li minn Jannar illi ġej, il-pensjonanti ser jaraw żieda ta' €10 fil-ġimgħa, inkluża l-COLA, mhux kif skorrettament qed tipprova timplika hi u l-Oppożizzjoni. Eventwalment, tul il-leġislatura l-pensjonanti ser jiżdiedu b'€50 fil-ġimgħa. Dan filwaqt li l-limitu tad-dħul minn pensjonijiet eżenti mit-taxxa se jiżdied b'€520, għal €37,624 fis-sena. Dan il-Gvern iwettaq dak li jwiegħed a kuntrarju tal-Oppożizzjoni.
Intant, d-diskussjoni fuq l-estimi finanzjarji marbuta mal-Ministeru se jiġu diskussi it-Tlieta 17 ta' Novembru 2026, hekk kif stipulat fil-Mozzjoni nru 70, Mozzjoni ta' Proċedura li tirregola s-seduti konnessi mal-Estimi Ġenerali, diskussa fis-Seduta Nru 25, nhar it-Tlieta, 20 Ottubru 2026.
Baġit 2027 – Trasferiment ta’ kontribuzzjonijiet bejn il-konjuġi
Question
B’referenza għall-Baġit tas-26 ta’ Ottubru 2026, fejn ġie mħabbar li ser ikun jista’ jsir trasferiment ta’ kontribuzzjonijiet bejn il-konjuġi, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma n-nisa miżżewġa li ser jibbenefikaw minn din il-miżura? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx irġiel miżżewġa li ser ikunu qed jibbenefikaw minn din il-miżura, u jekk iva, kemm huwa n-numru tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li bis-saħħa tal-miżura msemmija mħabbra fil-Budget għas-sena 2027, madwar 3,200 mara ser ikunu eliġibbli għall-Pensjoni taż-Żewġ Terzi maħduma fuq għaxar snin kontribuzzjonijiet, għall-ewwel darba. Raġel wieħed ser ikun eliġibbli taħt din il-miżura.
Barra minn hekk, madwar 3,800 mara u tlett (3) irġiel ser ikunu eliġibbli għal żieda fil-bonus li jitħallas darba fis-sena (DCB), bis-saħħa tal-miżura tat-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet bejn il-konjuġi.
Ninforma ukoll illi permezz tal-Budget 2027 il-bonus li jitħallas darba fis-sena (DCB) ser ikun qiegħed jiżdied ukoll permezz taż-żieda tal-Għoli tal-Ħajja.