Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14383 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li daħlu l-isptar b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14017 u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' overdose f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kategoriji: · Kategorija A : Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijologiċi (ICD-10 codes X40 - X44) · Kategorija B : Attentat ta’ suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64) · Kategorija C : Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijologiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10 - Y14) Ninsab infurmat li matul l-2009 il-każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala pazjenti kif jidher hawn taħt. Dawn il-figuri huma provviżorji. Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu eżaminati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar. Ta’ min jinnota li dawn il-figuri jirreferu għal ‘ admissions ’ u mhux persuni għaliex l-istess persuna tista’ tiddaħħal l-isptar għal aktar minn darba għall-istess kundizzjoni f’dan il-perjodu ta’ żmien. Kategorija A Numru ta’ pazjenti reġistrati: 28 Kemm minnhom kienu nisa: 15 Kemm minnhom kienu irġiel: 13 Kemm kienu taħt it-30 sena: 25 Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 2 Kemm kienu ‘l fuq minn 60 sena: 1 Nazzjonalità barranija: 1 li kellu n-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’ Kategorija B Numru ta’ pazjenti reġistrati: 18 Kemm minnhom kienu nisa: 4 Kemm minnhom kienu irġiel: 14 Kemm kienu taħt it-30 sena: 8 Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 10 Nazzjonalità barranija: 4 bin-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’ u 1 bin-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘A’ Kategorija C Numru ta’ pazjenti reġistrati: 197 Kemm minnhom kienu nisa: 93 Kemm minnhom kienu irġiel: 104 Kemm kienu taħt it-30 sena: 81 Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 109 Kemm kienu ‘l fuq minn 60 sena: 7 Nazzjonalità barranija: 12 bin-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’ u 18 bin-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘A’ Dwar il-każijiet ta’ pazjenti li ddaħħlu l-isptar ta’ Għawdex minħabba overdose , l-Onorevoli Interpellant mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #14519 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14541 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministu jwieġeb mistoqsija parlamentari 14435 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea u f'din l-aħħar sena?

Response (DALLI, JOHN)

Din il-Mistoqsija tirrikjedi ħafna ħin u xogħol. Nitlob l-Onor. Interpellant ikun iktar preċiż fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 11 PQ #14590 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — spiża ta' maintenance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14313 u jgħid kemm kien l-ammont totali li l-Gvern ħallas bħala maintenance tal-Isptar Mater Dei fis-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14591 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — informazzjoni dwar ċesarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistosqija parlamentari 14314 u jgħid kemm tqum ċesarja (kollox inkluż) lill-Gvern? Kemm saru ċesarji fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14592 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — ħruġ ta' ilma minn kamra tal-banju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14299 u jara li jittieħdu passi biex jiġi rimedjat l-inkonvenjent li qegħdin isofru inkwilini tal-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minħabba ħruġ tal-ilma mill-kamra tal-banju tal-post indikat? Jista' jara li tingħata attenzjoni lil dan il-każ peress li l-post kien mogħti mill-Awtorità tad-Djar u l-inkwilin in kwestjoni qiegħed bir-relief?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija kienet diġa bbenefikat minn għand l-Awtorità tad-Djar sabiex tistalla kamra tal-banju ġdida. Il-policy tal-Awtorità tad-Djar ma tippermettix li persuna terġa' tibbenefika minn għajnuna fuq l-istess xogħlijiet. Għalhekk, hija fir-responsabilità tal-persuna msemmija illi tfittex lil min għamel ix-xogħol fil-kamra tal-banju.
Leg 11 PQ #14594 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

operazzjoni tal-katarretti — spiża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14307 u jgħid kemm tiswa operazzjoni tal-katarretti lill-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14595 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — pagi, allowances u overtime lin-nurses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14308 u jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għan-nurses ta' kull kategorija fl-Isptar San Luqa fis-sena 2005?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Diviżjoni tas-Saħħa ħallas is-somma ta' Lm8,280,299.89 għan-nurses ta' kull kategorija fl-Isptar San Luqa fis-sena 2005, maqsumin hekk :- Pagi - Lm5,696,574.05 Allowances - Lm2,386,237.82 Overtime - Lm 197,488.02
Leg 11 PQ #14645 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14230 u jgħid kemm kien il-budget għax-xiri ta' Herceptin matul l-2009? Kemm inxtraw fjali ta' Herceptin u kemm fjali ġew fornuti lill-pazjenti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14663 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

informazzjoni rigward il-qasam tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2008 u tal-2009: (i) In-numru ta’ nies, skond il-grupp ta’ l-età tagħhom (15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64), (a) jaħdmu għal rashom, (b) impjegati, (ċ) qiegħda u (d) inattivi; (ii) ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attiva ukoll skond il-grupp ta’ l-età tagħhom; (iii) in-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skond l-attività ekonomika; u (iv) id-dħul gross annwali medju tan-nies jaħdmu skond l-attività ekonomika tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14664 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li qed ifitttxu xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li qed ifittxu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex taħt l-ewwel parti u t-tieni parti separatament? Jista’ jagħti n-numru ta’ reġistranti skont ix-xogħol li qed ifittxu u maqsuma f’nisa u rġiel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14703 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Eks ħaddiema tat-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar numru ta' eks ħaddiema tat-Tarzna li spiċċaw bejn is-sena 2000 u 2002 u li qed ibatu minn anomalija ta' €34.94 inqas fil-pensjoni tagħhom kull erba' ġimgħat?

Response (DALLI, JOHN)

Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-anomalija li ġieli tinħoloq fil-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali li hija bbażata fuq makkinarju ta’ medja ta’ tliet snin kalendarji fl-aħħar għaxar snin kalendarji qabel l-irtirar ta’ persuna. Informat li xi kultant li b’riżultat ta’ dan il-mekkanizmu, il-pensjoni ta’ persuna tkun anqas minn kollega li rtirat qabilha. Dan jiġri l-aktar meta fis-snin li jkun qed jiġu kkunsidrati għal finijiet tad-Dħul Pensjonabbli jkun hemm żidiet fis-salarju jew paga li jkunu ogħla miż-żieda għall-ogħli tal-ħajja li tingħata mill-Gvern. Informat ukoll li l-mekkanizmu fl-iskema nazzjonali tal-pensjonijiet huwa l-istess għal kulħadd u mhux limitat biss għal eks ħaddiema tat-Tarzna. Għalhekk din l-anomalija mhix limitata biss għal eks ħaddiema tat-Tarzna. Minkejja li saru diversi tentattivi biex tinstab soluzzjoni prattika għal din l-anomalija mingħajr impatt negattiv fuq l-iskema taż-żewg terzi, sa issa ma nstabx mekkanizmu li filwaqt li tindirrizza din l-anomalija, il-prinċipji li fuqhom inbniet l-istess skema ta’ żewg terzi jibgħu salvagwardati. Nista’ ninforma lil Onor Membru, li l-istudji fuq din l-anomalija flimkien ma’ anomaliji oħra għadu għaddej u fejn hemm soluzzjonijiet prattiċi dawn l-anomaliji jiġu rranġati skond il-każ.

permessi għal ħaddiema barranin li jridu jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar il-permessi tax-xogħol lil ħaddiema barranin li jridu jaħdmu f'Malta? Jista' jikkonferma jekk il-policy hijiex li jingħataw permess biex jaħdmu għal erba' snin biss? Din il-policy hija policy tal-Gvern ta' Malta jew b'konformità ma' xi regolament ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-policy tal-Gvern dwar il-ħrug ta’ liċenzji tax-xogħol lil ħaddiema barranin li jridu jaħdmu f’Malta hi li ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea tinħarġilhom liċenzja tax-xogħol b’mod awtomatiku. L-istess isir għal refuġjati u persuni li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja. Persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi trid issir applikazzjoni għalihom minn min iħaddem lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi jista’ jkollhom liċenzja tax-xogħol għal mhux aktar minn erba’ snin. Din hija policy tal-Gvern u ma toħroġx minn xi regolament ta’ l-Unjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #14709 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

nurses fl-isptarijiet u health centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses impjegati bħalissa fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Paul Boffa, fir-Residenza San Vincenz de Paule u fil-health centres? Hemm postijiet vakanti? Jekk iva, fejn hemm dan in-nuqqas u f'liema grad? Dawn il-postijiet jistgħu jkunu mimlija minn nies ġejjin mill-Unjoni Ewropea jew mhux mill-Unjoni Ewropea? X'inhuma r-rekwiżiti f'dawn iż-żewġ każijiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14710 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — laboratory technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm laboratory technicians impjegati fl-Isptar Mater Dei? Kemm hemm postijiet vakanti ta' laboratory technicians fl-Isptar Mater Dei? Dawn il-postijiet jistgħu jitlew minn ċittadini tal-Unjoni Ewropea jew barra mill-Unjon Ewropea? X'inhuma r-rekwiżiti għal dawn iż-żewġ każijiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14711 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

informazzjoni dwar health carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health carers bħalissa impjegati fid-diversi residenzi tal-anzjani madwar Malta? Hemm postijiet vakanti ta' health carers u jekk iva, kemm? Xi proċeduri hemm biex nies ġejjin mill-Unjoni Ewropea jew barra mill-Unjoni Ewropea japplikaw għal dawn il-postijiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14738 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — każijiet soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14448 u 14175 u jgħid kemm hemm pazjenti magħrufa bħala każijiet soċjali fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x'qiegħed isir biex dawn il-pazjenti jiġu rikoverati x'imkien ieħor biex b'hekk jkun hemm aktar sodod liberi għal min għandu bżonn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14739 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Outpatients

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14445 u 14176 u ċioe: Peress li fl-outpatients f'kull taqsima qed ikun hemm ħafna ffullar filgħodu, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju biex forsi l-outpatients jew ċerti taqsimiet minnhom jkunu miftuħa wara nofsinhar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà hemm xi taqsimiet mill-Outpatients li jkunu miftuħa wara nofsinhar fuq bażi regolari. Dawn huma: · Cardiac Lab · Medical Outpatients 1 · Diabetes Clinic/Medical Outpatients 2 · Medical Outpatients 3 · Medical Outpatients 4 · Childrens Outpatients · Phlebotomy Unit · Ophthalmic Outpatients · ENT/Audiology Outpatients.
Leg 11 PQ #14740 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Żoni Industrijali — fabbriki vojta

Question

Peress li d-dettalji tal-fabbriki jinsabu fil-mistoqsijiet li hemm referenza għalihom fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14442, 12847 u 13386 rispettivament u jgħid kemm kienu jħaddmu nies iż-żewġ fabbriki li kienu jipproduċu auto switches u prodotti tar-rubber li kienu jintużaw u li issa jinsabu vojta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

persuni li jieħdu l-mediċini b'xejn

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13698, jista' l-Ministru jagħti breakdown lokalità b'lokalità għal kull kundizzjoni, inkluż separatament kemm hemm persuni fuq il-karta r-roża minħabba Diabetes Mellitus? Jista' jagħti ukoll indikazzjoni dwar kemm hemm persuni b'aktar minn Skeda V waħda lokalità b'lokalità, kif ukoll kemm hemm min għandu sew kartuna safra kif ukoll karta roża minħabba Diabetes, lokalità b'lokalità

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għad m'hemm l-ebda informazzjoni dettaljata kif mitluba fil-Mistoqsija. Id-dati statistiċi maqsumin f'lokalitajiet differenti huma relatati mat-total ta' applikazzjonijiet għall-iskeda V u mhumiex maqsumin f'mard speċifiku.