Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi ġodda reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1882 u jgħid kemm ġew irreġistrati vetturi ġodda mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-kategorija tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

National Transport Master Plan 2030 - Recommendations

Question

With reference to the reply to parliamentary question 1878 regarding the National Transport Master Plan 2030, can the Minister in detail state which recommendations have been implemented and which have not yet been implemented?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Vetturi awtonomi/driverless taxis

Question

Fid-dawl tat-tħabbira riċenti tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li qed tippjana li tintroduċi mill-inqas 25,000 vettura kompletament awtonoma f’diversi pajjiżi u bliet Ewropej, jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex fost il-pajjiżi kkunsidrati għal dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll: i.    jekk xi operatur ieħor kellhomx kuntatt mal-Gvern jew ma’ Transport Malta dwar testing jew introduzzjoni ta’ driverless taxis/robotaxis f’Malta; ii.   jekk saritx jew hix qed issir xi evalwazzjoni regolatorja, ta’ sigurtà u ta’ impatt ekonomiku fuq is-settur tat-taxis u Y-plates; iii.  jekk il-Gvern hux se jikkonsulta mas-sewwieqa u l-operaturi qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar l-introduzzjoni kummerċjali ta’ dawn il-vetturi; u iv.  jekk hemm xi kuntatt jew dokumentazzjoni dwar dan u jekk iva, jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Persuni b’diżabilità – Applikazzjonijiet għal parking bay riservat – Proċedura tal-appelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuna tappella minn deċiżjoni li biha tiġi miċħuda applikazzjoni għal parking bay riservat għal persuna b'diżabilità, u min jiddeċiedi dawn l-appelli?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Buġibba – Triq it-Trunċiera – Speed moderators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jiġu installati ż-żewġ speed moderators (sleeping policemen) li kienu jinsabu fi Triq it-Trunċiera, waħda fuq kull naħa tal-Pjazza ta’ Buġibba, u li tneħħew sabiex setgħu jitwettqu x-xogħlijiet fl-istess pjazza? Jekk iva, jista’ jgħid meta huwa ppjanat li dawn jerġgħu jiġu installati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Trasport pubbliku – Nefqa totali u mekkaniżmi użati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Gvern fuq il-kuntratt tas-servizz tat-trasport pubbliku għal kull sena, mill-2021 sas-16 ta’ Settembru 2026, inkluż l-ispiża relatata mal-introduzzjoni tat-trasport pubbliku b’xejn? Fid-dawl ta’ din in-nefqa, jista’ jgħid ukoll x’mekkaniżmi jintużaw biex jiġi żgurat li rotot fejn id-domanda taqbeż il-kapaċità, fosthom ir-Rotta 110, jingħataw żieda fil-frekwenza jew fil-kapaċità sabiex il-pubbliku effettivament jibbenefika mill-investiment li qed isir?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mekkaniżmu li bih l-operatur jiġi kkumpensat għal żidiet fin-network tat-trasport pubbliku huwa deskritt fil-kuntratt li jirregola dan is-servizz, li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-17 ta’ Frar 2016. In oltre, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 18053 u 33997 tal-Leġiżlatura XIV, fir-rigward tal-pagamenti li saru lill-Malta Public Transport għas-snin 2021–2025.

Rotta 110 – Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċevew Transport Malta u Malta Public Transport dwar ir-Rotta 110 matul l-2023, l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jaqsam dawn l-ilmenti skont il-kategorija, fosthom: frekwenza, overcrowding, punctuality, missed trips u reliability?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilmenti li rċeviet Transport Malta għall-perjodu indikat f’din il-Mistoqsija Parlamentari li huma marbuta mar-rotta 110 huwa kif jidher f’din it-tabella. 2023 2024 2025 2026 (Awissu) Ilmenti fuq xufiera jew impjegati oħra 1 3 1 - Affidabbiltà 3 6 6 4 Spazju u Skeda 2 1 15 3 Ir-Rotta 3 11 23 2 Puntwalità 3 2 8 1 Informazzjoni oħra 2 5 15 2

Rotta 110 – Żieda fis-servizz – Spiża annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-linja u kemm-il xufier addizzjonali jkunu meħtieġa biex ir-Rotta 110 titħaddem bi frekwenza ta’ kull 30 minuta? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-ispiża annwali stmata ta’ din iż-żieda fis-servizz?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex il-frekwenza tar-Rotta 110 tiżdied minn kull siegħa għal kull 30 minuta, ikunu meħtieġa bejn tmienja u disa’ sewwieqa addizzjonali u tliet karozzi tal-linja oħra.

Rotta 110 – Vjaġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu skedati vjaġġi fuq ir-Rotta 110 u kemm minnhom effettivament twettqu minn Jannar 2024 sas-16 ta’ Settembru 2026, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid kemm kien hemm vjaġġi kkanċellati jew mhux operati u jagħti r-raġuni għal dawn?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 2657 fir-rigward tan-numru ta’ vjaġġi skedati fuq ir-Rotta 110. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-perċentwali ta’ twettieq fuq din ir-rotta, maqsuma xahar b’xahar, minn Jannar 2024 sa Awwissu 2026.

Rotta 110 – Demand assessments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta, meta tistabbilixxi jew tirrevedi l-frekwenza tar-rotot tat-trasport pubbliku, tqisx iż-żieda fil-popolazzjoni tal-lokalitajiet servuti? Fid-dawl taż-żieda sostanzjali fil-popolazzjoni ta’ San Ġiljan, Birkirkara, San Ġwann u Tas-Sliema mill-2016 ’l hawn, jista’ jgħid jekk saritx demand assessment ġdida speċifikament għar-Rotta 110?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta tiżdied il-frekwenza ta’ xi rotot jiġu kkunsidrati numru ta’ fatturi, mhux id-domanda biss.  Dawn il-kunsiderazzjonijiet jinkludu l-istituzzjonijiet edukattivi, l-isptarijiet u l-postijiet tax-xogħol. Nirreferi lill-Onor. Interpellant ukoll għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 2657 fir-rigward tad-demand assessment.

Rotta 110 – Studji

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji tekniċi, passenger-demand assessments, rapporti, rakkomandazzjonijiet u dokumentazzjoni oħra li ntużaw biex ittieħdu deċiżjonijiet dwar ir-rotta, il-frekwenza u l-coverage tar-Rotta 110 bejn l-2015 u l-2017, inkluż it-tibdil li affettwa Ta’ Ġiorni?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2662.

Rotta 62 – Pjan ta’ monitoraġġ regolari tal-prestazzjoni tar-rotta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex isir monitoraġġ regolari tal-prestazzjoni tar-rotta 62 u biex ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ jintużaw sabiex jiġi żgurat titjib fis-servizz?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta twettaq monitoraġġ fuq ir-rottot kollha sabiex tevalwa l-andament tagħhom.

Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – Dewmien fis-servizz

Question

Fid-dawl tal-ilmenti ta’ passiġġieri li nhar is-Sibt 24 ta’ Ottubru 2026, tliet karozzi tal-linja ma għaddewx għal madwar 70 minuta minn Triq Dun Manwel Zammit, fis-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jinvestiga dan l-inċident u jgħid jekk dan id-dewmien huwiex rifless fir-rekords operattivi tas-servizz?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tinvestiga b’mod serju u responsabbli kull ilment irreġistrat, filwaqt li tiżgura li jittieħdu l-miżuri u l-passi meħtieġa sabiex kull każ jiġi indirizzat.

Karozzi tal-linja – Każijiet ta’ vjaġġi li ma jseħħux skont l-iskeda

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’azzjoni tittieħed meta karozza tal-linja ma toperax skont l-iskeda u l-passiġġieri jkollhom jistennew għal perjodi twal mingħajr ma jingħataw informazzjoni jew jiġu offruti alternattivi adegwati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-azzjoni li tittieħed f’każijiet bħal dawn huma speċifikati fil-kuntratt li jirregola dan is-servizz.

Rotta 62 – Titjib tas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta u l-operatur tat-trasport pubbliku humiex qed jikkunsidraw tibdil fir-rotta 62, żieda fil-frekwenza tal-karozzi tal-linja jew miżuri operattivi oħra sabiex jitnaqqas id-dewmien u jitjieb is-servizz lir-residenti tas-Siġġiewi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajtu fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 4470.

Rotta 62 – Marsa Park and Ride – Impatt fuq il-puntwalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dewmien fir-rotta 62 huwiex marbut mal-fatt li l-karozzi tal-linja jgħaddu mill-Marsa Park and Ride, fejn spiss ikun hemm konġestjoni tat-traffiku, u jekk saritx analiżi biex jiġi evalwat l-impatt ta’ din ir-rotta fuq il-puntwalità tas-servizz?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kif sar u jsir f’numru ta’ rottot aħjar, matul iż-żmien ikun hemm aġġornament f’rottot biex tissaħħaħ il-konnetivita’ u aktar persuni jkunu jistgħu jkollhom aċċess għall-użu tat-trasport. Infurmat li fl-2015, r-rotta 62 bidet tgħaddi mill-Marsa Park and Ride, wara talba li kien hemm biex din ir-rotta tgħaddi minn din iż-żona għall-persuni, partikularment mis-Siġġiewi, biex ikollhom l-opportunità jużaw rotot oħrajn mingħajr ma jkollhom il-bżonn jidħlu l-Belt Valletta. Fl-2023 żdiedet il-frekwenza ta’ din ir-rotta fil-ħinijiet peak, minn tlieta għal erba’ vjaġġi fis-siegħa, sabiex tkun tista’ tlaħħaq aħjar mad-domanda. Dan filwaqt li s-sena l-oħra sar tibdil ir-rotta de quo, tkopri partijiet oħra mis-Siġġiewi li qabel ma kienux servuti.

Malta u Għawdex - Testijiet tal-prattika - Kategorija B

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-prattika għall-kisba tal-liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B, f'Malta u Għawdex separatament, filwaqt li jispeċifika kemm minnhom għaddew u kemm m'għaddewx mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella segwenti: Sena Malta Għaddew Malta M'għaddewx Malta Total Testijiet Għawdex Għaddew Għawdex M'għaddewx Għawdex Total Testijiet 2024 4,340 5,736 10,076 341 438 779 2025 4,111 6,696 10,807 465 524 989 2026 Jan.-Sett. 2,912 5,962 8,874 387 480 867

L-Imġarr, Għawdex – Fast Ferry Terminal – Nefqa fuq tinda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa jew kemm qed tiġi tiswa t-tinda għall-passiġġieri tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, fuq ir-rotta Mġarr-Buġibba-Sliema?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Rotta 110 – Każijiet ta’ passiġġieri li ma setgħux jitilgħu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul l-aħħar tliet snin ġew irreġistrati każijiet fuq ir-Rotta 110 fejn karozza tal-linja laħqet il-kapaċità massima tagħha u passiġġieri ma setgħux jitilgħu? Jista’ wkoll jagħti din l-informazzjoni maqsuma skont ix-xahar, il-ħin u l-waqfa fejn disponibbli?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Rotta 110 – Passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il passiġġier uża r-Rotta 110 matul kull sena mill-2022 sas-16 ta’ Settembru 2026, maqsuma skont id-direzzjoni u, fejn possibbli, skont il-waqfa u l-ħin tal-ġurnata? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-average passenger load u l-ogħla passenger load irreġistrat fuq din ir-rotta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ passiġġieri li użaw ir-Rotta 110 minn Jannar 2022 sa Diċembru 2024 huwa indikat fit-tabella li qiegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Għall-informazzjoni l-oħra mitluba, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2657.