Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' pedofelija matul l-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant, kien hemm sitta u għoxrin (26) każ li jinvolvu erbgħa u għoxrin (24) persuna ta’ sess maskil u żewġ (2) persuni ta’ sess femminil, li tressqu l-Qorti fuq każi ta’reati relatati ma’ pedofelija, u ċjoè atti sesswali jew abbużi oħra li involvew direttament minuri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' serq matul l-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Settembru 2019 kien hemm tliet mija u tnejn u għoxrin (322) persuna li tressqet il-Qorti fuq reati ta' serq. Minn dawn ħamsa u sittin (65) kienu nisa u mitejn u sebgħa u ħamsin (257) kienu rġiel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni matul l-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil perjodu ta’ bejn 1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Settembru 2019 tressqu sitt mija u tlieta u disgħin (693) persuna l-Qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni. Minn dawn mija u wieħed u disgħin (191) kienu nisa, filwaqt illi ħames mija u tnejn (502) kienu rġiel.
Peress li reċentement dehru żewġ containers allegatament mimlija b’flus indirizzati lejn il-Libja, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont hemm kontenut u jekk il-valuta kenitx valida? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx inkjesta maġisterjali maħtura? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet oħra f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm minorenni subien u bniet li f’dawn l-aħħar tliet snin intbagħtu l-ħabs fis-sessjoni YOURS u x’etajiet kellhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin: Is-Servizz ta’ Psychiatric In-Reach Services
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21489 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika fid-dettal fiex jikkonsisti s-servizz ta’ Psychiatric In-Reach Services? Minn mindu beda dan il-programm, kemm kien hemm priġunieri li ħadu sehem f’dan is-servizz? Kemm kien hemm priġunieri li kellhom jiġu rriferuti għall-kura ġewwa l-Forensic Unit tal-Isptar Monte Carmeli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Psychiatric In-Reach Services huwa servizz ta’ psikjatra pprovdut ġewwa l-ħabs b’arranġament mad-Dipartiment tas-Saħħa. Il-psikjatra, flimkien ma’ infermiera, jattendi clinic darbtejn fil-ġimgħa fejn jiġu segwiti residenti tal-faċilità ta’ kull età, li jippreżentaw ruħhom b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali. Dan is-servizz jinkludi wkoll terapija minn psikologi. Il-psikjatra huwa wkoll membru tat-team multidixxiplinarju tal-Care and Reintegration Unit, fejn jiġu diskussi care plans rijabilittattivi tar-residenti
Il-Psychiatric In-Reach Services huwa estensjoni tas-servizz psikjatriku li jingħata mill-Forensic Unit ġewwa l-isptar Monte Karmeli. Priġunieri huma rreferuti għall-kura u osservazzjoni, ġewwa l-Forensic Unit, mill-psikjatra jew mit-tobba tal-ħabs. Iż-żieda fin-numru ta’ admissions ġewwa l-Forensic Unit, jirrifletti ż-żieda fil-populazzjoni tal-ħabs tul dawn is-snin.
Dettalji ta’ kemm residenti attendew din il-Clinic ġewwa l-Ħabs huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Sena
Numru ta’ admissions
2015
189
2016
269
2017
307
2018
319
2019
671 sat-8 ta’ Novembru
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ każijiet ta’ pickpocketing fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u fl-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn is-sena 2013 u sa Settembru tas-sena 2019 tressqu mija u ħamsa u sittin (165) persuna l-Qorti b’rabta ma’ każijiet ta’ pickpocketing kif jidhru sena b'sena fit-tabella t’hawn taħt. Ta’ min jinnota li fl-2019 il-każi rrappurtati kien terz ta’ kemm kienu fl-2016.
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
sa Settembru
Total
Ammont
23
23
19
29
8
32
11
165
B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10513 dwar uniformità fuq preżenza tal-pulizija fil-postijiet fejn jinħaraq in-nar ġewwa Għawdex u Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk din ġietx indirizzata kollha kemm hi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-kwistjoni dwar uniformità fuq preżenza tal-pulizija fil-postijiet fejn jinħaraq in-nar, ġiet indirizzata u sal-istaġun tal-festi li jmiss għandha tkun riżolta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’programmi u diskussjonijiet qed isiru preżentement mal-UNHCR?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jiddiskuti mal-UNHCR fuq bażi regolari, partikolarment f'dak li jirrigwardja kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. Barra minn hekk il-UNHCR għandha aċċess għall-faċilitajiet ta' detenzjoni u miftuħa fejn jinżammu persuni li jkunu applikaw għall-ażil. Uffiċjali tal-UNHCR ukoll jiddiskutu ma' rappreżentanti tal-AWAS u d-Detention Services, partikularment rigward kundizzjonijet ta' akkoljenza.
Ta' min iżid ukoll li l-UNCHR tipparteċipa wkoll fir-Resettlement lejn l-Istati Uniti, li pero ġej fi tmiemu.
Min-naħa tal-Ministeru jsir kuntatt bejn iż-żewġ naħat b'mod regolari.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati u jista’ jindika jekk dawn humiex se jiżdiedu tul is-sena li ġejja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li, fil-preżent hemm tlettin (30) ħaddiem fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati. Hemm il-ħsieb li dan l-uffiċċju jissaħħaħ.
Qorti – persuni mressqa fuq traffikar u pussess ta’ droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga, mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-qorti fuq traffikar jew pussess ta’ droga, inkluż dawk li dehru quddiem it-Tribunal tal-Ġustizzja, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Settembru 2109, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
sa Settembru
Numru ta' persuni mressqa l-Qorti jew dehru quddiem it-Tribunal fuq pussess ta' Drogi
415
435
427
761
728
646
432
Numru ta' persuni mressqa l-Qorti fuq Traffikar ta' Drogi
152
123
132
117
78
133
157
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena b’mod separat? X'tip ta’ droga kienet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ qabdiet ta’ droga reġistrati mit-Taqsima Kontra Droga fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, li tinkludi wkoll każi ta’ qabdiet li ġew irreferuti lilha mid-Dipartiment tad-Dwana, għas-snin 2013 sal-aħħar ta’ Settembru 2019, kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qorti – persuni mressqa fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ngħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi wara t-tweġiba għall-mistoqsija simili aktar kmieni din is-sena, it-tabella riveduta qed li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fiha l-ammont ta’ persuni li tressqu l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, sena b’sena, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Waqt li hemm diversi każi li għadhom sub judice fil-każijiet li ġew deċiżi u ngħatat sentenza, xi wħud mill-pieni li ngħataw kienu jinkludu priġunerija, multi, multi u priġunerija, probation, twiddiba u ċanfira, sigħat ta’ xogħol fil-komunità u sentenzi ta’ ħabs sospiżi. Kien hemm każi fejn l-akkużat ġie illiberat u oħrajn fejn il-proċess ġie eżawrit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11676, li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-mistoqsija parlamentari 11473 li saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġew riferuti lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-Pulizija pproċediet kontra l-aggressuri mingħajr kwerela mill-vittmi tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar sentejn sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx. Infurmat ukoll illi għall-proċeduri ta’ każi ta’ vjolenza domestika, ma jkunx hemm bżonn kwerala biex il-Pulizija tressaq is-suspettati aggressuri l-Qorti.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2215, jista’ l-Ministru jindika wkoll kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani lill-pulizija fis-snin 2018 u l-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija, il-kategoriji disponibbli huma bbażati fuq it-tip ta’ reat imwettaq. Fis-sistema, ir-reati kriminali li b’xi mod jinvolvu persuni ta’ sittin sena jew aktar u li huma rreġistrati bħala vittmi ta’ reati kriminali taħt il-kategoriji li jidhru fit-tabella t’hawn taħt, kienu fl-ammonti kif indikati fl-istess tabella. Din ma tirriflettix fin-numru ta’ vittmi minħabba li rapport wieħed jista’ jinkludi aktar minn persuna waħda u għalkemm persuna anzjana tkun imniżżla bħala vittma f’rapport, tista’ ma tkunx il-persuna prinċipali fil-mira tal-aggressur.
Rapporti li jinvolvu vittma/i ta’ età 60 sena jew aktar
Report type
2018
Jannar sa Settembru
2019
Feriti fuq il-persuni
112
69
Vjolenza domestika
143
122
Serq b’armi
3
3
Mugging
6
4
Snatch and grab
47
16
Total
311
214
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-dawl tal-istqarrija maħruġa mill-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerika f’Malta nhar l-Erbgħa 16 ta’ Ottubru 2019 u li kopja tagħha qiegħda tingħata separatament, il-Gvern Malti talabx jew hux beħsiebu jitlob l-għajnuna tal-Istati Uniti tal-Amerika fl-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia? Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għamilx kuntatt mal-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u/jew mal-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerika f’Malta wara l-imsemmija stqarrija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11562.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — servizz ta' kumpanija għal microtargeting
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-ditta li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ma tatx servizzi lill-entità li taqa’ taħt dan il-Ministeru mill-2013 sal-lum.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – kumpanija — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ingħatawx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija u d-ditta legali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum la ngħataw konsulenzi u lanqas kuntratti mill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali lill-Kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.
Kummissarju tal-Pulizija – permessi lill-uffiċjali tas-Sigurtà impjegati minn Gvernijiet barranin
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il permess ħareġ il-Kummissarju tal-Pulizija lil uffiċjali tas-sigurtà impjegati minn Gvernijiet barranin jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, għall-importazzjoni u l-ġarr ta’ armi tan-nar u munizzjon skont dak li jipprovdu r-Regolamenti dwar Permessi (Protezzjoni lil Dinjitarji Barranin) (Leġislazzjoni Sussidjarja 480.06)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li minn Novembru 2015, meta ġew introdotti r-Regolamenti dwar Permessi (Protezzjoni lil Dinjitarji Barranin), Leġiżlazzjoni Sussidjarja 480.06, għall-importazzjoni u l-ġarr ta’ armi tan-nar u munizzjon lill-uffiċjali tas-sigurtà ta’ Gvernijiet barranin jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali waqt żjarat ta’ dinjitarji barranin, u ċioè dawk il-persuni pre¿enti f’Malta u li huma dinjitarji jew uffiċjali għolja ta’ xi Stat ieħor li mhux Malta jew ta’ xi organizzazzjoni internazzjonali rikonoxxuta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, sas-16 ta’ Ottubru 2019, l-ammont ta’ permessi li ħareġ il-Kummissarju tal-Pulizija kien ta’ tliet mija u tlieta u disgħin (393). Dawn dejjem inħarġu wara li ġew preżentati l-applikazzjonijiet neċessarji tramite l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena 2019 sal-aħħar ta' Lulju 2019 kemm-il serqa ġiet irrappurtata mal-Pulizija f'Għawdex? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet kienu dawn is-serqiet? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm minnhom għadhom ma ġewx solvuti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 11164.